+ANNESS IV

ANNESS IV




ANNESS IV

Applikazzjonijiet eżentati mir-restrizzjoni fl-Artikolu 4(1) speċifiċi għall-apparat mediku u l-istrumenti ta’ monitoraġġ u kontroll

Tagħmir li juża jew li jindividwa radjazzjoni jonizzanti

1. Iċ-ċomb, il-kadmju u l-merkurju f’tagħmir għar-rilevament tar-radjazzjoni jonizzanti.

2. Il-bearings taċ-ċomb f’tubi tar-raġġi X.

3. Iċ-ċomb fi strumenti tal-amplifikazzjoni tar-radjazzjoni elettromanjetika: plejt għall-micro-channel u plejt kapillari.

4. Iċ-ċomb fi frit tal-ħġieġ tat-tubi tar-raġġi X u intensifikaturi tal-immaġni u ċ-ċomb fi frit tal-ħġieġ li jintuża bħala materjal li jgħaqqad għall-armar ta’ lejżers tal-gass u għal tubi b’vakum li jbiddlu radjazzjoni manjetika f’elettroni.

5. Iċ-ċomb f’ilqugħ ta’ protezzjoni mir-radjazzjoni jonizzanti.

6. Iċ-ċomb f’oġġetti tal-ittestjar bir-raġġi X.

7. Il-kristalli tal-istearat taċ-ċomb għad-diffrazzjoni tar-raġġi X.

8. Sors tal-iżotopi tal-kadmju radjuattiv għal spettrometri fluworexxenti portabbli tar-raġġi.

Sensers, ditekters u elettrodi

1a. Iċ-ċomb u l-kadmju f’elettrodi selettivi għall-joni inkluż il-ħġieġ tal-elettrodi tal-pH.

1b. Anodi taċ-ċomb f’sensers tal-ossiġnu elettrokimiċi.

1c. Iċ-ċomb, il-kadmju u l-merkurju f’tagħmir għar-rilevament tad-dawl infraaħmar.

1d. Il-merkurju f’elettrodi ta’ referenza: il-klorur tal-merkurju b’kontenut baxx ta’ klorur, is-sulfat tal-merkurju u l-ossidu tal-merkurju.

Oħrajn

9. Il-kadmju f’lejżers tal-elju-kadmju.

10. Iċ-ċomb u l-kadmju f’lampi tal-ispettroskopija ta’ assorbiment atomiku.

11. Iċ-ċomb f’ligi bħala supertrażmettituri u trażmettituri termali fl-MRI.

▼M11

12. Ċomb u kadmju fir-rabtiet metalliċi li joħolqu ċirkwiti manjetiċi superkonduttivi fid-ditekters MRI, SQUID, NMR (Nuclear Magnetic Resonance) jew FTMS (Fourier Transform Mass Spectrometer). Tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2021.

▼B

13. Iċ-ċomb f’kontrapiżijiet.

14. Iċ-ċomb f’materjali piżoelettriċi monokristallini għal transducers ultrasoniċi.

15. Iċ-ċomb fi stannijiet għall-irbit ma’ transducers ultrasoniċi.

16. Il-merkurju fi briġġijiet ta’ kapaċitanza b’akkuratezza għolja ħafna u ta’ kejl ta’ telf u fi swiċċijiet RF ta’ frekwenza għolja u rilejs fi strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll li ma jaqbiżx 20 mg ta’ merkurju f’kull swiċċ jew rilej.

17. Iċ-ċomb fi stannijiet f’defibrillaturi ta’ emerġenza portabbli.

18. Lead in solders of high performance infrared imaging modules to detect in the range 8–14 μm.

19. Iċ-ċomb fil-kristalli likwidi fuq skrins tas-silkon (LcoS).

20. Il-kadmju f’filters tat-tkejjil tar-raġġi X.

▼M4

21. Il-kadmju fil-kisjiet tal-fosfru fl-intensifikaturi tal-immaġni għal ritratti bir-raġġi X sal-31 ta’ Diċembru 2019 u fil-parts ta’ sostituzzjoni għas-sistemi tar-raġġi X imqiegħda fis-suq tal-UE qabel l-1 ta’ Jannar 2020.

▼M5

22. Aċetat taċ-ċomb għall-użu bħala markatur fil-head-frames stereotattiċi għall-użu fis-CT (Computed Tomography) u fl-MRI u fis-sistemi ta’ pożizzjonament għat-tagħmir tat-terapija bir-raġġi gamma u t-terapija bil-partikoli Tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2021.

▼M3

23. Iċ-ċomb bħala element ta’ liga għall-berings u l-uċuħ li jittieklu fit-tagħmir mediku espost għar-radjazzjoni jonizzanti. Tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2021.

▼M6

24. Iċ-ċomb li jippermetti konnessjonijiet ermetiċi bejn l-aluminju u l-azzar fl-intensifikaturi tal-immaġnijiet bir-raġġi X. Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2019.

▼M8

25. Ċomb fil-kisi tal-uċuħ tas-sistemi tal-konnetturi bil-pinnijiet li jirrikjedu konnetturi mhux manjetiċi reżistenti għall-użu f’temperaturi inqas minn – 20 °C f’kundizzjonijiet normal ta’ tħaddim u ħżin. Tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2021.

▼M31

26. Iċ-ċomb fl-applikazzjonijiet li ġejjin li huma reżistenti għall-użu f'temperaturi ta' inqas minn – 20 °C f'kundizzjonijiet normali ta' tħaddim u ħżin:

(a) 

stann ta' unitajiet ta' ċirkwit stampati;

(b) 

kisjiet tat-terminazzjoni tal-komponenti elettriċi u elettroniċi u kisjiet tal-unitajiet ta' ċirkwit stampati;

(c) 

stann għall-wajers u l-kejbils ta' konnessjoni;

(d) 

stann għall-konnessjoni ta' transdjusers u sensers.

Iċ-ċomb fi stann ta' konnessjonijiet elettriċi tas-sensers tal-kejl tat-temperatura f'apparat li huwa mfassal biex jintuża perjodikament f'temperaturi taħt – 150 °C.

Dawn l-eżenzjonijiet jiskadu fit-30 ta' Ġunju 2021.

▼M9

27. Ċomb fi

— 
stann,
— 
kisjiet tat-terminazzjoni tal-komponenti elettriċi u elettroniċi u kisjiet tal-unitajiet ta’ ċirkwit stampati,
— 
konnessjonijiet tal-wajers elettriċi, ilqugħ u konnetturi magħluqa,

li jintużaw

(a) 

f’kampi manjetiċi fl-isfera ta’ raġġ ta’ 1 m madwar l-isoċentru tal-kalamita fit-tagħmir mediku tal-produzzjoni tal-immaġni bir-reżonanza manjetika, inkluż il-monitors tal-pazjenti mfasslin biex jintużaw f’din l-isfera, jew

(b) 

f’kampi manjetiċi inqas minn 1 m distanza mill-uċuħ esterni tal-kalamiti ċiklotroniċi, il-kalamiti għat-trasport tar-raġġi jew għall-kontroll tad-direzzjoni tar-raġġi applikati għat-terapija tal-partikoli,

▼M80

(c) 

kojls għall-MRI mhux integrati, li d-Dikjarazzjoni ta’ Konformità tagħhom għal dan il-mudell tinħareġ għall-ewwel darba qabel it-23 ta’ Settembru 2022, jew

(d) 

strumenti għall-MRI li jinkludu kojls integrati, li jintużaw f’kampi manjetiċi fl-isfera ta’ raġġ ta’ 1 m madwar l-isoċentru tal-kalamita fit-tagħmir mediku għar-reżonanza manjetika, li d-Dikjarazzjoni ta’ Konformità tagħhom tinħareġ għall-ewwel darba qabel it-30 ta’ Ġunju 2024.

Jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2027.

▼M10

28. Ċomb fl-istann għall-immuntar tad-ditekters diġitali tat-tellurur tal-kadmju u tat-tellurur tal-kadmju u ż-żingu mal-bordijiet taċ-ċirkwit stampati. Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2017.

▼M12

29. Ċomb fil-ligi, bħala superkunduttur jew kunduttur termali, użat fil-cold heads tar-refriġeraturi krijoġeniċi u/jew fis-sondi kesħin imkessħin b’mod krijoġeniku u/jew fis-sistemi ta’ rbit ekwipotenzjali mkessħin b’mod krijoġeniku, f’tagħmir mediku (kategorija 8) u/jew fi strumenti industrijali ta’ monitoraġġ u kontroll bħalissa mhijiex possibbli. Tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2021.

▼M13

30. Kromju eżavalenti fid-dispensaturi tal-alkali użati għall-ħolqien tal-fotokatodi fl-intensifikaturi tal-immaġnijiet bir-raġġi X sal-31 ta’ Diċembru 2019 u fil-parts ta’ sostituzzjoni għas-sistemi bir-raġġi X imqiegħda fis-suq tal-UE qabel l-1 ta’ Jannar 2020.

▼M30 —————

▼M30

31a. Iċ-ċomb, il-kadmju, il-kromju eżavalenti u l-eteri tad-difenil polibrominati (PBDE) fil-parts tal-bdil irkuprati minn u użati għat-tiswija jew ir-rinnovament tal-mezzi mediċi, inklużi l-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro, jew il-mikroskopji tal-elettroni u l-aċċessorji tagħhom, bil-kundizzjoni li dan l-użu mill-ġdid iseħħ f'sistemi ta' rkupru bejn negozju u ieħor f'ċiklu magħluq u verifikabbli, u li kull użu mill-ġdid tal-parts jiġi nnotifikat lill-konsumatur.

Tiskadi:

(a) 

fil-21 ta' Lulju 2021 għall-użu tal-mezzi mediċi għajr il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro;

(b) 

fil-21 ta' Lulju 2023 għall-użu fil-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro;

(c) 

fil-21 ta' Lulju 2024 għall-użu fil-mikroskopji tal-elettroni u l-aċċessorji tagħhom.

▼M14

32. Ċomb fi stann fuq bordijiet ta’ ċirkwiti stampati tad-ditekters u l-unitajiet tal-akkwist tad-dejta għal Tomografi tal-Emissjoni tal-Pożitroni li jkunu integrati f’tagħmir tar-Ritratti bir-Reżonanza Manjetika. Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2019.

▼M15

33. Ċomb fi stann fuq bordijiet taċ-ċirkwiti stampati popolati użati f’tagħmir mediku mobbli tal-klassi IIa u IIb tad-Direttiva 93/42/KEE minbarra d-difibrillaturi tal-emerġenza li jinġarru fl-idejn. Tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2016 għall-klassi IIa u fil-31 ta’ Diċembru 2020 għall-klassi IIB.

▼M18

34. Iċ-ċomb jintuża bħala attivatur fit-trab fluworexxenti tal-bozoz bi skariku elettriku li jintużaw għal bozoz tal-fotofereżi extrakorporea li fihom il-fosfori BSP (BaSi2O5:Pb). Tiskadi fit-22 ta’ Lulju 2021.

▼M25

35. Il-merkurju f'bozoz florexxenti bil-katodu kiesaħ għal skrins bil-kristalli likwidi li jixegħlu minn wara, mhux aktar minn 5 mg għal kull bozza, użati fi strumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali mqiegħda fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2017

Tiskadi fil-21 ta' Lulju 2024.

▼M24

36. Iċ-ċomb użat f'sistemi ta' konnetturi tal-pinnijiet oħra li ma jkunux dawk konformi mas-C-press għal strumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali.

Tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2020. Jista' jintuża wara din id-data f'partijiet ta' rikambju għal strumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Jannar 2021.

▼M57

37. Iċ-ċomb f’elettrodi tal-platinu platinizzat użati għall-kejl tal-konduttività meta tkun tapplika tal-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

kejl fuq firxa wiesgħa b’firxa ta’ konduttività li tkopri aktar minn ordni wieħed ta’ kobor (eż. firxa bejn 0,1 mS/m u 5 mS/m) fl-applikazzjonijiet tal-laboratorju għal konċentrazzjonijiet mhux magħrufa;

(b) 

kejl ta’ soluzzjonijiet meta jkunu meħtieġa preċiżjoni ta’ +/– 1 % tal-firxa tal-kampjun u reżistenza qawwija għall-korrużjoni tal-elettrodu għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) 

soluzzjonijiet b’aċidità < pH 1;

(ii) 

soluzzjonijiet b’alkalinità < pH 13;

(iii) 

soluzzjonijiet korrużivi li jkun fihom il-gass aloġenu;

(c) 

kejl ta’ konduttivitajiet ta’ aktar minn 100 mS/m li jrid jitwettaq bi strumenti portabbli.

Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2025.

▼M21

38. Iċ-ċomb fl-issaldjar f'interfaċċa waħda ta' elementi stampati stivati li jintużaw fuq superfiċe kbira b'aktar minn 500 interkonnettur għal kull interfaċċa użati fid-ditekters tar-raġġi-X tas-sistemi CT (tomografija komputata) u tas-sistemi tar-raġġi-X

Jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2019. Wara dik id-data jista' jintuża fil-partijiet tar-rikambju għas-sistemi CT u għas-sistemi tar-raġġi-X mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Jannar 2020.

▼M20

39. Iċ-ċomb fil-pjanċi għall-micro-channel (MCPs) użati f'tagħmir fejn minn tal-inqas hija preżenti waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

(a) 

ditekter ta' daqs kompatt għall-elettroni jew għall-joni, meta l-ispazju għad-ditekter huwa limitat għal massimu ta' 3 mm/MCP (il-ħxuna tad-ditekter + l-ispazju għall-installazzjoni tal-MCP), massimu ta' 6 mm b'kollox, u disinn alternattiv li jippermetti aktar spazju għad-ditekter mhuwiex prattiku la mil-lat xjentifiku u lanqas mil-lat tekniku;

(b) 

riżoluzzjoni spazjali b'żewġ dimensjonijiet għad-detezzjoni tal-elettroni jew tal-joni, meta japplika minn tal-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) 

ħin ta' rispons li huwa inqas minn 25 ns;

(ii) 

kampjun ta' erja ta' detezzjoni akbar minn 149 mm2;

(iii) 

fattur ta' multiplikazzjoni akbar minn 1,3 × 103.

(c) 

ħin ta' rispons li huwa iqsar minn 5 ns għad-detezzjoni tal-elettroni jew tal-joni;

(d) 

kampjun ta' erja ta' detezzjoni akbar minn 314 mm2 għad-detezzjoni tal-elettroni jew tal-joni;

(e) 

fattur b'multiplikazzjoni akbar minn 4,0 × 107.

L-eżenzjoni tiskadi fid-dati li ġejjin:

(a) 

fil-21 ta' Lulju 2021 għall-apparat mediku u għall-istrumenti ta' monitoraġġ u kontroll;

(b) 

fil-21 ta' Lulju 2023 għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro;

(c) 

fil-21 ta' Lulju 2024 għall-istrumenti industrijali ta' monitoraġġ u kontroll.

▼M19

40. Iċ-ċomb f'ċeramika dielettrika f'kapasiters għal vultaġġ nominali ta' inqas minn 125 V AC jew 250 V DC użati fi strumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali.

Tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2020. Jista' jintuża wara dik id-data f'partijiet ta' rikambju għal strumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Jannar 2021.

▼M61

41. Iċ-ċomb bħala stabilizzatur termali fil-klorur tal-polivinil (PVC) użat bħala materjal ta’ bażi fis-sensuri elettrokimiċi amperometriċi, potenzjometriċi u konduttometriċi f’apparat mediku dijanjostiku in vitro għall-analiżi tad-demm u ta’ fluwidi u gassijiet oħra tal-ġisem.

Tiskadi fil-31 ta’ Marzu 2022.

▼M83

41a. Iċ-ċomb bħala stabbilizzatur termali fil-klorur tal-polivinil (PVC) li jintuża bħala materjal ta’ bażi fis-sensuri elettrokimiċi amperometriċi, potenzjometriċi u konduttometriċi f’apparat mediku dijanjostiku in vitro għall-analiżi tal-kreatinina u tan-nitroġenu tal-urea fid-demm fid-demm sħiħ.

Tapplika għall-kategorija 8 u tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2023.

▼M28

42. Il-merkurju f'konnetturi rotatorji elettriċi li jintuża f'sistemi ta' immaġnijiet intravaskulari ultrasonori kapaċi jaħdem f'modalità għolja ta' frekwenza ta' tħaddim (> 50 MHz).

▼M63

Tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2026.

▼M32

43. Anodi tal-kadmju f'ċelloli Hersch għal sensuri tal-ossiġenu użati fi strumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali, fejn hija meħtieġa sensittività ta' inqas minn 10 ppm.

Jiskadi fil-15 ta' Lulju 2023.

▼M59

44. Il-kadmju fit-tubi tal-kameras tal-vidjo li huma tolleranti għar-radjazzjoni ddisinjati għal kameras b’riżoluzzjoni ċentrali akbar minn 450 TV Lines li jintużaw f’ambjenti esposti għar-radjazzjoni jonizzanti b’rata ta’ doża li tissupera 100 Gy/siegħa u b’doża totali li tissupera 100 kGy.

Tapplika għall-kategorija 9. Tiskadi fil-31 ta’ Marzu 2027.

▼M66

45. Il-ftalat tal-bis(2-etileżil)(DEHP) f’elettrodi selettivi għall-joni applikati waqt l-analiżi tal-punt tal-kura ta’ sustanzi joniċi preżenti fil-fluwidi tal-ġisem tal-bniedem u/jew fil-fluwidi tad-dijalisat

tiskadi fil-21 ta’ Lulju 2028.

▼M65

46. Il-ftalat tal-bis(2-etileżil) (DEHP) f’komponenti tal-plastik li jinsabu fil-kojls tad-ditekter tal-MRI.

Tiskadi fl-1 ta’ Jannar 2024.

▼M64

47. il-ftalat tal-bis(2-etileżil) (DEHP), il-butilbenżilftalat (BBP), id-dibutilftalat (DBP) u d-diisobutilftalat (DIBP) fl-ispare parts irkuprati minn apparat mediku u li jintużaw għat-tiswija jew ir-rinnovament tal-apparat mediku, inkluż l-apparat mediku dijanjostiku in vitro u l-aċċessorji tagħhom, bil-kundizzjoni li dan l-użu mill-ġdid iseħħ f’sistemi ta’ rkupru bejn negozji b’ċiklu magħluq u verifikabbli u li kull użu mill-ġdid tal-parts jiġi nnotifikat lill-konsumatur.

Tiskadi fil-21 ta’ Lulju 2028.

▼M79

48. Iċ-ċomb fil-kejbils u l-wajers tas-superkondutturi tal-ossidu tal-bismut, stronzju, kalċju u ram (BSCCO) u ċ-ċomb fil-konnessjonijiet elettriċi ta’ dawn il-wajers

Jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2027.

▼M82

49. L-użu tal-merkurju fit-trasdutturi tal-pressjoni tat-tidwib għal reometri kapillari f’temperaturi ogħla minn 300 °C u pressjonijiet ogħla minn 1 000 bar

Tapplika għall-kategorija 9 u tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2025.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.