|
+ANNESS III |
ANNESS III
ANNESS III MODULU GĦALL-KONTIJIET TAL-FLUSS TA’ MATERJAL MIFRUX MAL-EKONOMIJA KOLLHA (EW-MFA) Taqsima 1 OBJETTIVI L-EW-MFA jkopri l-materjali solidi, gassużi u likwidi kollha, minbarrra l-flussi tal-arja u l-ilma, imkejla f’unitajiet ta’ massa għal kull sena. Bħas-sistema ta’ kontijiet nazzjonali, l-EW-MFA iservi żewġ finijiet ewlenin. Il-flussi tal-materjali dettaljati jipprovdu bażi ta’ dejta empirika rikka għal għadd kbir ta’ studji analitiċi. Dawn jintużaw ukoll biex jiġu kumpilati varjetà ta’ indikaturi ta’ flussi ta’ materjal mifrux mal-ekonomija kollha għall-ekonomiji nazzjonali. Dan l-Anness jiddefinixxi d-dejta li għandha tinġabar, tiġi kkumpilata, trażmessa u evalwata għall-EW-MFA mill-Istati Membri. Taqsima 2 KOPERTURA Id-distinzjoni bejn ħażniet u flussi hija prinċipju fundamentali ta’ sistema ta’ fluss ta’ materjal. B’mod ġenerali, fluss huwa element varjabbli li jkejjel kwantità għal kull perijodu ta’ żmien, filwaqt li ħażna hija element varjabbli li jkejjel kwantità f’ċertu mument ta’ żmien. L-EW-MFA huma kunċett ta’ flussi. Dan ikejjel il-flussi ta’ dħul materjali, ħruġ u l-bidliet fil-ħażna fi ħdan l-ekonomija f’unitajiet ta’ massa għal kull sena. L-EW-MFA huwa koerenti mal-prinċipji tas-sistema tal-kontijiet nazzjonali, bħall-prinċipju ta’ residenza. Huwa jispjega l-flussi ta’ materjali assoċjati mal-attivitajiet tal-unitajiet residenzjali kollha ta’ ekonomija nazzjonali irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom. Fl-EW-MFA, hemm żewġ tipi ta’ flussi ta’ materjali li jaqbżu l-konfini tas-sistemi li huma rilevanti:
1.
Il-flussi ta’ materjali bejn l-ekonomija nazzjonali u l-ambjent naturali tagħha. Dan jikkonsisti fl-estrazzjoni ta’ materjali (jiġifieri, materja prima, maħduma jew verġni) mill-ambjent naturali u r-rimi ta’ materjali (spiss imsejħa residwi) fl-ambjent naturali.
2.
Il-flussi ta’ materjali bejn l-ekonomija nazzjonali u l-kumplament tal-ekonomija tad-dinja. Dawn jinkludu l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet. Il-flussi kollha li jaqbżu dawn il-konfini tas-sistemi huma inklużi fl-EW-MFA, kif ukoll l-addizzjonijiet għall-ħażniet magħmulin mill-bniedem. Il-flussi ta’ materjali l-oħra kollha fl-ekonomija mhumiex rappreżentati fl-EW-MFA. Dan ifisser li l-ekonomija nazzjonali hija trattata fl-intier tagħha fl-EW-MFA u, eż., il-kunsinni ta’ prodotti fi ħdan l-industrija mhumiex deskritti. Il-flussi naturali fl-ambjent naturali huma esklużi bl-istess mod. Taqsima 3 LISTA TA’ KARATTERISTIĊI L-Istati Membri għandhom jipproduċu statistika dwar il-karatteristiċi elenkati fit-Taqsima 5 għall-EW-MFA, fejn applikabbli. 1. L-estrazzjoni domestika (DE) tkopri l-ammont annwali ta’ materjali f’għamla solida, likwida jew gassuża (minbarra l-arja u l-ilma) li jiġu estratti mill-ambjent naturali biex jintużaw bħala dħul fl-ekonomija. 2. L-importazzjonijiet fiżiċi u l-esportazzjonijiet fiżiċi jkopru l-prodotti bażiċi kollha importati jew esportati f’unitajiet ta’ massa. Il-prodotti bażiċi kkummerċjalizzati jinkludu oġġetti fl-istadji kollha ta’ proċessar, minn prodotti mhux raffinati għal prodotti lesti. Taqsima 4 L-EWWEL SENA TA’ REFERENZA, FREKWENZA U SKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI 1. L-istatistika għandha tiġi kumpilata u trażmessa fuq bażi annwali. 2. L-istatistiċi għandhom jiġu trażmessi fi żmien 16-il xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza. Dan japplika mis-sena ta’ referenza 2021. 3. Sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet ta’ data kompleti u fil-ħin, malli jkun hemm disponibbli data suffiċjenti ta’ pajjiż, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipproduċi stimi għat-totali tal-UE-27 għall-aggregati prinċipali ta’ dan il-modulu. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika stimi għad-data li ma ġietx trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenza speċifikata fil-punt 2. 4. L-ewwel sena ta’ referenza hija l-2021. 5. F’kull trażmissjoni ta’ data lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu data annwali għas-snin n-4, n-3, n-2, n-1 u n, fejn n hija s-sena ta’ referenza. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu kwalunkwe data disponibbli għas-snin ta’ qabel l-2017. Taqsima 5 TABELLI TA’ RAPPORTAR Għandha tiġi prodotta data, espressa f’unitajiet ta’ massa, għall-karatteristiċi elenkati fit-tabelli li ġejjin. Tabella A — Estrazzjoni domestika
MF.1
Bijomassa
MF.1.1
Għelejjel (minbarra l-għelejjel tal-foraġġ)
MF.1.1.1
Ċereali
MF.1.1.2
Għeruq, tuberi
MF.1.1.3
Għelejjel taz-zokkor
MF.1.1.4
Bus u ħemes
MF.1.1.5
Ġwież
MF.1.1.6
Għelejjel għall-produzzjoni taż-żejt
MF.1.1.7
Ħxejjex
MF.1.1.8
Frott
MF.1.1.9
Fibri
MF.1.1.A
Għelejjel oħra (minbarra l-għelejjel tal-foraġġ) mhux klassifikati banda oħra (n.e.c.)
MF.1.2
Residwi tal-għelejjel (użati), għelejjel tal-foraġġ u bijomassa għall-mergħa
MF.1.2.1
Residwi tal-għelejjel (użati)
MF.1.2.1.1
Tiben
MF.1.2.1.2
Residwi oħra tal-għelejjel (weraq tal-pitravi taz-zokkor u tal-foraġġ, eċċ.)
MF.1.2.2
Għelejjel tal-foraġġ u bijomassa għall-mergħa
MF.1.2.2.1
Għelejjel tal-foraġġ (inkluż bijomassa maħsuda mill-bur)
MF.1.2.2.2
Bijomassa għall-mergħa
MF.1.3
Injam
MF.1.3.1
Injam ippreparat (injam tond industrijali)
MF.1.3.2
Karburant mill-injam u estrazzjoni oħra
MF.1.4
Qbid ta’ ħut selvaġġ, pjanti u annimali akkwatiċi, kaċċa u ħsad
MF.1.4.1
Qbid ta’ ħut selvaġġ
MF.1.4.2
L-annimali u l-pjanti akkwatiċi l-oħra kollha
MF.1.4.3
Kaċċa u ħsad
MF.2
Minerali tal-metall (minerali gross)
MF.2.1
Ħadid
MF.2.2
Metall mhux ferruż
MF.2.2.1
Ram
MF.2.2.2
Nikil
MF.2.2.3
Ċomb
MF.2.2.4
Żingu
MF.2.2.5
Landa
MF.2.2.6
Deheb, fidda, platinu u metalli prezzjużi oħra
MF.2.2.7
Boksajt u aluminju ieħor
MF.2.2.8
Uranju u torju
MF.2.2.9
Metalli oħra mhux ferrużi
MF.3
Minerali mhux metalliċi
MF.3.1
Irħam, granit, blat ramli, porfirju, bażalt, ġebel ieħor għall-użu ornamentali jew għall-bini (minbarra l-lavanja)
MF.3.2
Ġibs u dolomit
MF.3.3
Lavanja
MF.3.4
Minerali kimiċi u fertilizzanti
MF.3.5
Melħ
MF.3.6
Ġebla tal-ġir u ġipsum
MF.3.7
Tafal u kawlina
MF.3.8
Ramel u żrar
MF.3.9
Minerali oħra mhux metalliċi n.e.c.
MF.3.A
Materjali mħaffrin mill-art (inkluż il-ħamrija), jekk ikunu użati biss (rapportar fakultattiv)
MF.4
Materjali/vetturi ta’ enerġija mill-fossili
MF.4.1
Faħam u materjali/vetturi solidi oħra ta’ enerġija
MF.4.1.1
Linjite (faħam kannella)
MF.4.1.2
Antraċit
MF.4.1.3
Shale bituminuż u ramel tal-qatran
MF.4.1.4
Pit
MF.4.2
Materjali/vetturi ta’ enerġija likwidi u gassużi
MF.4.2.1
Żejt grezz, kondensat u likwidi tal-gass naturali (NGL)
MF.4.2.2
Gass naturali Tabelli B (Importazzjonijiet — Kummerċ totali) u D (Esportazzjonijiet — Kummerċ totali)
MF.1
Bijomassa
MF.1.1
Għelejjel (minbarra l-għelejjel tal-foraġġ)
MF.1.1.1
Ċereali
MF.1.1.2
Għeruq, tuberi
MF.1.1.3
Għelejjel taz-zokkor
MF.1.1.4
Bus u ħemes
MF.1.1.5
Ġwież
MF.1.1.6
Għelejjel għall-produzzjoni taż-żejt
MF.1.1.7
Ħxejjex
MF.1.1.8
Frott
MF.1.1.9
Fibri
MF.1.1.A
Għelejjel oħra (minbarra l-għelejjel tal-foraġġ) n.e.c.
MF.1.2
Residwi tal-għelejjel (użati), għelejjel tal-foraġġ u bijomassa għall-mergħa
MF.1.2.1
Residwi tal-għelejjel (użati)
MF.1.2.1.1
Tiben
MF.1.2.1.2
Residwi oħra tal-għelejjel (weraq tal-pitravi taz-zokkor u tal-foraġġ, eċċ.)
MF.1.2.2
Għelejjel tal-foraġġ u bijomassa għall-mergħa
MF.1.2.2.1
Għelejjel tal-foraġġ (inkluż bijomassa maħsuda mill-bur)
MF.1.3
Injam
MF.1.3.1
Injam ippreparat (injam tond industrijali)
MF.1.3.2
Karburant mill-injam u estrazzjoni oħra
MF.1.4
Qbid ta’ ħut selvaġġ, pjanti u annimali akkwatiċi, kaċċa u ħsad
MF.1.4.1
Qbid ta’ ħut selvaġġ
MF.1.4.2
L-annimali u l-pjanti akkwatiċi l-oħra kollha
MF.1.5
Annimali ħajjin u prodotti tal-annimali (eskluż il-ħut selvaġġ, pjanti u annimali akkwatiċi, annimali kkaċċjati
MF.1.5.1
Annimali ħajjin (eskluż il-ħut selvaġġ, pjanti u annimali akkwatiċi, annimali kkaċċjati
MF.1.5.2
Laħam u preparazzjonijiet tal-laħam
MF.1.5.3
Prodotti tal-ħalib, għasafar, bajd u għasel
MF.1.5.4
Prodotti oħra mill-annimali (fibri, ġlud, ġlud bil-pil, ġilda tal-annimali eċċ)
MF.1.6
Prodotti prinċipalment mill-bijomassa
MF.2
Minerali tal-metall (minerali gross)
MF.2.1
Ħadid
MF.2.2
Metall mhux ferruż
MF.2.2.1
Ram
MF.2.2.2
Nikil
MF.2.2.3
Ċomb
MF.2.2.4
Żingu
MF.2.2.5
Landa
MF.2.2.6
Deheb, fidda, platinu u metalli prezzjużi oħra
MF.2.2.7
Boksajt u aluminju ieħor
MF.2.2.8
Uranju u torju
MF.2.2.9
Metalli oħra mhux ferrużi
MF.2.3
Prodotti prinċipalment mill-metalli
MF.3
Minerali mhux metalliċi
MF.3.1
Irħam, granit, blat ramli, porfirju, bażalt, ġebel ieħor għall-użu ornamentali jew għall-bini (minbarra l-lavanja)
MF.3.2
Ġibs u dolomit
MF.3.3
Lavanja
MF.3.4
Minerali kimiċi u fertilizzanti
MF.3.5
Melħ
MF.3.6
Ġebla tal-ġir u ġipsum
MF.3.7
Tafal u kawlina
MF.3.8
Ramel u żrar
MF.3.9
Minerali oħra mhux metalliċi n.e.c.
MF.3.B
Prodotti prinċipalment mill-minerali mhux metalliċi
MF.4
Materjali/vetturi ta’ enerġija mill-fossili
MF.4.1
Faħam u materjali/vetturi solidi oħra ta’ enerġija
MF.4.1.1
Linjite (faħam kannella)
MF.4.1.2
Antraċit
MF.4.1.3
Shale bituminuż u ramel tal-qatran
MF.4.1.4
Pit
MF.4.2
Materjali/vetturi ta’ enerġija likwidi u gassużi
MF.4.2.1
Żejt grezz, kondensat u likwidi ta’ gass naturali (LNG)
MF.4.2.2
Gass naturali
MF.4.2.3
Karburanti maħżuna (Importazzjonijiet: minn unitajiet residenti barra mill-pajjiż; Esportazzjonijiet: minn unitajiet mhux residenti domestikament)
MF.4.2.3.1
Karburant għat-trasport fuq l-art
MF.4.2.3.2
Karburant għat-trasport fuq l-ilma
MF.4.2.3.3
Karburant għat-trasport bl-ajru
MF.4.3
Prodotti prinċipalment minn prodotti fossili enerġetiċi
MF.5
Prodotti oħra
MF.6
Skart għat-trattament finali u r-rimi Taqsima 6 IT-TUL TA’ ŻMIEN MASSIMU TAL-PERIJODI TRANŻITORJI Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, it-tul ta’ żmien massimu tal-perijodu tranżitorju huwa ta’ sentejn mill-iskadenza għall-ewwel trażmissjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|