+REGOLAMENT (UE) 2019/712 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta' April 2019 dwar is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 868/2004
---+Preamble: 1
---+KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
------+Artikolu 1 Suġġett
---------+Artikolu 1 1
---------+Artikolu 1 2
------+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---------+Artikolu 2 (1)
---------+Artikolu 2 (2)
---------+Artikolu 2 (3)
---------+Artikolu 2 (4)
---------+Artikolu 2 (5)
---------+Artikolu 2 (6)
---------+Artikolu 2 (7)
---------+Artikolu 2 (8)
---------+Artikolu 2 (9)
---------+Artikolu 2 (10)
---------+Artikolu 2 (11)
------+Artikolu 3 Interess tal-Unjoni
---------+Artikolu 3 1
---------+Artikolu 3 2
---------+Artikolu 3 3
---------+Artikolu 3 4
---------+Artikolu 3 5
---+KAPITOLU II DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI FIR-RIGWARD TAL-PROĊEDIMENTI
------+Artikolu 4 Tnedija tal-proċedimenti
---------+Artikolu 4 1
---------+Artikolu 4 2
---------+Artikolu 4 3
---------+Artikolu 4 4
---------+Artikolu 4 5
---------+Artikolu 4 6
---------+Artikolu 4 7
---------+Artikolu 4 8
---------+Artikolu 4 9
------+Artikolu 5 Investigazzjoni
---------+Artikolu 5 1
---------+Artikolu 5 2
---------+Artikolu 5 3
---------+Artikolu 5 4
---------+Artikolu 5 5
---------+Artikolu 5 6
---------+Artikolu 5 7
---------+Artikolu 5 8
---------+Artikolu 5 9
---------+Artikolu 5 10
------+Artikolu 6 Sospensjoni
---------+Artikolu 6 1
---------+Artikolu 6 2
---------+Artikolu 6 3
------+Artikolu 7 Kooperazzjoni mal-Istati Membri fir-rigward tal-proċedimenti rilevanti għall-każijiet li jaqgħu taħt il-Kapitolu III
---------+Artikolu 7 1
---------+Artikolu 7 2
------+Artikolu 8 Kunfidenzjalità
---------+Artikolu 8 1
---------+Artikolu 8 2
---------+Artikolu 8 3
---------+Artikolu 8 4
---------+Artikolu 8 5
---------+Artikolu 8 6
---------+Artikolu 8 7
------+Artikolu 9 Bażi tas-sejbiet f'każ ta' nonkooperazzjoni
------+Artikolu 10 Żvelar
---------+Artikolu 10 1
---------+Artikolu 10 2
---------+Artikolu 10 3
------+Artikolu 11 Durata tal-proċedimenti u tas-sospensjoni
---------+Artikolu 11 1
---------+Artikolu 11 2
---------+Artikolu 11 3
---------+Artikolu 11 4
---------+Artikolu 11 5
---+KAPITOLU III PRATTIKI LI JFIXKLU L-KOMPETIZZJONI
------+Artikolu 12 Determinazzjoni tal-ħsara jew theddida ta' ħsara
---------+Artikolu 12 1
---------+Artikolu 12 2
---------+Artikolu 12 3
---------+Artikolu 12 4
---------+Artikolu 12 5
------+Artikolu 13 Terminazzjoni mingħajr miżuri ta' rimedju
---------+Artikolu 13 1
---------+Artikolu 13 2
---------+Artikolu 13 3
------+Artikolu 14 Miżuri ta' rimedju
---------+Artikolu 14 1
---------+Artikolu 14 2
---------+Artikolu 14 3
---------+Artikolu 14 4
---------+Artikolu 14 5
---------+Artikolu 14 6
---------+Artikolu 14 7
------+Artikolu 15 Rieżami tal-miżuri ta' rimedju
---------+Artikolu 15 1
---------+Artikolu 15 2
---------+Artikolu 15 3
---------+Artikolu 15 4
---+KAPITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
------+Artikolu 16 Proċedura ta' kumitat
---------+Artikolu 16 1
---------+Artikolu 16 2
---------+Artikolu 16 3
------+Artikolu 17 Rapport u informazzjoni
---------+Artikolu 17 1
---------+Artikolu 17 2
------+Artikolu 18 Tħassir
------+Artikolu 19 Dħul fis-seħħ
|
English -
European Union -
Aviation -
REGOLAMENT (UE) 2019/712 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta' April 2019 dwar is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 868/2004
REGOLAMENT (UE) 2019/712 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-17 ta' April 2019
dwar is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 868/2004
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Preamble: 1
|
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1)
|
L-avjazzjoni għandha rwol kruċjali fl-ekonomija tal-Unjoni u fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tal-Unjoni, u hija wieħed mill-aktar setturi effiċjenti u dinamiċi tal-ekonomija tal-Unjoni. Hija mutur b'saħħtu għat-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi, il-kummerċ u t-turiżmu, kif ukoll il-konnettività u l-mobbiltà kemm tan-negozji kif ukoll taċ-ċittadini, b'mod partikolari fi ħdan is-suq intern tal-avjazzjoni tal-Unjoni. Matul l-aħħar deċennji, it-tkabbir fis-servizzi tat-trasport bl-ajru kkontribwixxa b'mod sinifikanti għat-titjib fil-konnettività fl-Unjoni u ma' pajjiżi terzi u kien faċilitatur sinifikanti tal-ekonomija tal-Unjoni.
|
|
(2)
|
It-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni huma fiċ-ċentru tan-network globali li jgħaqqad l-Ewropa internament u mal-bqija tad-dinja. Jenħtieġ li dawn ikunu jistgħu jikkompetu mat-trasportaturi bl-ajru ta' pajjiżi terzi f'ambjent ta' kompetizzjoni miftuħa u ġusta. Dan huwa neċessarju sabiex jinġiebu benefiċċji għall-konsumaturi, jinżammu kundizzjonijiet li jwasslu għal livell għoli ta' konnettività bl-ajru fl-Unjoni u biex jiġu żgurati t-trasparenza, kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni u kompetittività kostanti tat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni, kif ukoll livelli għoljin ta' impjieg ta' kwalità fl-industrija tal-avjazzjoni tal-Unjoni.
|
|
(3)
|
F'kuntest ta' kompetizzjoni akbar bejn l-atturi tat-trasport bl-ajru fuq livell globali, il-kompetizzjoni ġusta hija prinċipju ġenerali indispensabbli fit-tħaddim ta' servizzi tat-trasport bl-ajru internazzjonali. Dan il-prinċipju huwa rikonoxxut b'mod partikolari mill-Konvenzjoni ta' Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali tas-7 ta' Diċembru 1944 (“il-Konvenzjoni ta' Chicago”) li l-preambolu tagħha jirrikonoxxi l-ħtieġa li s-servizzi internazzjonali tat-trasport bl-ajru jkunu stabbiliti fuq il-bażi ta' ugwaljanza ta' opportunità. L-Artikolu 44 tal-Konvenzjoni ta' Chicago jiddikjara wkoll li l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”) timmira li trawwem l-iżvilupp tat-trasport internazzjonali bl-ajru sabiex jiġi żgurat li kull Stat kontraenti jkollu opportunità ġusta biex jopera linji tal-ajru internazzjonali u biex tiġi evitata d-diskriminazzjoni bejn l-Istati kontraenti.
|
|
(4)
|
Il-prinċipju ta' kompetizzjoni ġusta huwa stabbilit sew fl-Unjoni fejn prattiki li għandhom effett distortiv fuq is-suq ikunu soġġetti għal-liġi tal-Unjoni eżistenti, li jiggarantixxi opportunitajiet indaqs u kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta għat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni u ta' pajjiżi terzi li joperaw fl-Unjoni.
|
|
(5)
|
Madankollu, minkejja l-isforzi kontinwi tal-Unjoni u xi pajjiżi terzi, il-prinċipji ta' kompetizzjoni ġusta għadhom ma ġewx definiti permezz ta' regoli multilaterali speċifiċi, b'mod partikolari, fil-kuntest tal-ftehimiet tal-ICAO jew tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), bħall-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS), u l-Anness dwar is-Servizzi tat-Trasport bl-Ajru tiegħu, minn liema kamp ta' applikazzjoni ġew fil-parti l-kbira esklużi s-servizzi tat-trasport bl-ajru.
|
|
(6)
|
Għalhekk, jenħtieġ li jissaħħu l-isforzi fil-kuntest tal-ICAO u tad-WTO biex jappoġġaw b'mod attiv l-iżvilupp ta' regoli internazzjonali li jiggarantixxu kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta bejn it-trasportaturi bl-ajru kollha.
|
|
(7)
|
Preferibbilment, jenħtieġ li l-kompetizzjoni ġusta bejn it-trasportaturi bl-ajru tiġi indirizzata fil-kuntest tal-ftehimiet dwar it-trasport bl-ajru jew is-servizzi tal-ajru ma' pajjiżi terzi. Madankollu, il-maġġoranza tal-ftehimiet dwar it-trasport bl-ajru jew is-servizzi tal-ajru konklużi bejn l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, jew it-tnejn li huma, minn naħa, u l-pajjiżi terzi min-naħa l-oħra, s'issa ma jipprevedux regoli adegwati għal kompetizzjoni ġusta. Għalhekk, jenħtieġ li jissaħħu l-isforzi biex tiġi negozjata l-inklużjoni ta' klawżoli ta' kompetizzjoni ġusta fi ftehimiet eżistenti u futuri dwar it-trasport bl-ajru jew is-servizzi tal-ajru ma' pajjiżi terzi.
|
|
(8)
|
Il-kompetizzjoni ġusta bejn it-trasportaturi bl-ajru tista' tiġi żgurata wkoll permezz ta' leġislazzjoni tal-Unjoni xierqa bħar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 (3) u d-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE (4). Inkwantu l-kompetizzjoni ġusta tassumi protezzjoni tat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni minn ċerti prattiki adottati minn pajjiżi terzi jew minn trasportaturi ta' pajjiżi terzi, din il-kwistjoni ġiet indirizzata preċedentement fir-Regolament (KE) Nru 868/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 wera li mhuwiex effettiv fir-rigward tal-għan ġenerali sottostanti tiegħu ta' kompetizzjoni ġusta. Dan huwa b'mod partikolari l-każ fir-rigward ta' wħud mir-regoli tiegħu li jappartjenu għad-definizzjoni tal-prattiki kkonċernati, għajr għas-sussidjar, u għar-rekwiżiti dwar it-tnedija u t-twettiq tal-investigazzjonijiet. Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 ma rnexxielux jipprovdi komplementarjetà mal-ftehimiet dwar it-trasport bl-ajru jew is-servizzi tal-ajru, li l-Unjoni tagħmel parti minnhom. Minħabba l-għadd u s-sinifikat tal-emendi li jkunu meħtieġa biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet, huwa xieraq li r-Regolament (KE) Nru 868/2004 jiġi sostitwit b'att ġdid.
|
|
(9)
|
Il-kompetittività tas-settur tal-avjazzjoni tal-Unjoni tiddependi mill-kompetittività ta' kull parti tal-katina tal-valur tal-avjazzjoni u hija tista' tinżamm biss permezz ta' sett ta' politiki komplementari. Jenħtieġ li l-Unjoni tipparteċipa f'djalogu kostruttiv ma' pajjiżi terzi biex issib bażi għal kompetizzjoni ġusta. F'dan ir-rigward, leġislazzjoni effettiva, proporzjonata u dissważiva tibqa' meħtieġa sabiex jinżammu kundizzjonijiet li jwasslu għal livell għoli ta' konnettività tal-Unjoni u biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta mat-trasportaturi bl-ajru ta' pajjiżi terzi. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiġi fdata bis-setgħa li twettaq investigazzjoni u tieħu miżuri fejn meħtieġ. Miżuri bħal dawn jenħtieġ li jkunu disponibbli fejn prattiki li jfixklu l-kompetizzjoni jikkawżaw ħsara lit-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni.
|
|
(10)
|
Id-diskriminazzjoni tista' tinkludi sitwazzjonijiet fejn trasportatur bl-ajru tal-Unjoni jkun soġġett għal trattament differenzjat mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva, b'mod partikolari trattament differenzjat dwar: il-prezzijiet ta' servizzi fuq l-art u l-aċċess għal dak is-servizzi; l-infrastruttura tal-ajruport; is-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru; l-allokazzjoni ta' slots; il-proċeduri amministrattivi bħal dawk għall-allokazzjoni ta' viżi għall-persunal barrani tat-trasportaturi; l-arranġamenti dettaljati għall-bejgħ u d-distribuzzjoni tas-servizzi tal-ajru; jew kwalunkwe “kwistjoni ta' twettiq ta' negozju” oħra, bħal pereżempju proċeduri komplikati ta' żdoganar tal-merkanzija jew kwalunkwe prattika inġusta oħra ta' natura finanzjarja jew operazzjonali.
|
|
(11)
|
Jenħtieġ li l-proċedimenti jiġu konklużi mingħajr miżuri ta' rimedju skont dan ir-Regolament fejn l-adozzjoni ta' dan tal-aħħar tmur kontra l-interess tal-Unjoni, billi jitqies b'mod speċjali l-impatt tagħhom fuq persuni oħra, b'mod partikolari konsumaturi jew impriżi fl-Unjoni, kif ukoll tal-impatt tagħhom fuq livelli għoljin ta' konnettività fl-Unjoni kollha. Meta jitqies l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali għas-sitwazzjoni tal-Istati Membri li jiddependu esklużivament jew b'mod sinifikanti fuq it-trasport bl-ajru għall-konnettività tagħhom mal-bqija tad-dinja, u jenħtieġ li tiġi żgurata ukoll il-konsistenza ma' oqsma ta' politika oħra tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-proċedimenti jiġu konklużi wkoll mingħajr miżuri meta r-rekwiżiti għat-tali miżuri mhumiex issodisfati, jew ma għadhomx aktar issodisfati.
|
|
(12)
|
Meta jkun qed jiġi determinat jekk l-adozzjoni ta' miżuri ta' rimedju tkunx kontra l- l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis il-fehmiet tal-partijiet interessati kollha. Sabiex torganizza konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati kollha u tagħtihom l-opportunità li jinstemgħu, jenħtieġ li fl-avviż tat-tnedija tal-investigazzjoni jiġu speċifikati skadenzi għall-għoti ta' informazzjoni jew għat-talba ta' smigħ. Jenħtieġ li l-partijiet interessati jkunu konxji tal-kondizzjonijiet tal-iżvelar għall-informazzjoni li huma jipprovdu u jenħtieġ li jkunu intitolati li jirrispondu għall-kummenti tal-partijiet l-oħra.
|
|
(13)
|
Sabiex il-Kummissjoni tkun informata b'mod adegwat dwar l-elementi possibbli li jiġġustifikaw it-tnedija ta' investigazzjoni, kwalunkwe Stat Membru, trasportatur bl-ajru tal-Unjoni jew assoċjazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu intitolati biex iressqu lment, li jenħtieġ li jiġi indirizzat fi żmien raġonevoli.
|
|
(14)
|
Fl-interess li tiġi żgurata l-effettività ta' dan ir-Regolament, huwa essenzjali li l-Kummissjoni tkun tista' tniedi proċedimenti abbażi ta' lment li jippreżenta evidenza prima facie ta' theddida ta' ħsara.
|
|
(15)
|
Jenħtieġ li waqt l-investigazzjoni l-Kummissjoni tqis il-prattiki li jfixklu l-kompetizzjoni fil-kuntest rilevanti. Minħabba l-varjetà ta' prattiki possibbli, il-prattika u l-effetti tagħha jistgħu, f'xi każijiet, ikunu limitati għall-attivitajiet ta' trasport bl-ajru ta' rotta bejn żewġt ibliet filwaqt li, f'każijiet oħra, jista' jkun rilevanti li jitqiesu l-prattika u l-effetti tagħha fuq in-network tat-trasport bl-ajru b'mod aktar ġenerali.
|
|
(16)
|
Huwa importanti li jiġi żgurat li l-investigazzjoni tkun tista' testendi għall-firxa l-aktar wiesgħa possibbli ta' elementi pertinenti. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' twettaq investigazzjonijiet f'pajjiżi terzi, soġġett għall-kunsens tal-entitajiet tal-pajjiżi terzi kkonċernati u fin-nuqqas ta' oġġezzjoni minn dawk il-pajjiżi terzi. Għall-istess raġunijiet u għall-istess għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati jappoġġaw lill-Kummissjoni bl-aħjar kapaċitajiet tagħhom. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonkludi l-investigazzjoni fuq il-bażi tal-aqwa evidenza disponibbli.
|
|
(17)
|
Waqt l-investigazzjoni, il-Kummissjoni tista' tqis jekk il-prattika li qed tfixkel il-kompetizzjoni tikkostitwixxix ukoll ksur ta' ftehim internazzjonali dwar it-trasport bl-ajru jew is-servizzi tal-ajru jew kwalunkwe ftehim ieħor li fih dispożizzjonijiet dwar is-servizzi tat-trasport bl-ajru li l-Unjoni tagħmel parti minnu. Jekk dak ikun il-każ, il-Kummissjoni tista' tqis li l-prattika li qed tfixkel il-kompetizzjoni, li tikkostitwixxi wkoll ksur ta' ftehim internazzjonali dwar it-trasport bl-ajru jew is-servizzi tal-ajru jew kwalunkwe ftehim ieħor li fih dispożizzjonijiet dwar is-servizzi tat-trasport bl-ajru li l-Unjoni tagħmel parti minnu, tista' tiġi indirizzata b'mod aktar xieraq bl-applikazzjoni tal-proċeduri għar-riżoluzzjoni tat-tilwim stabbiliti minn dak il-ftehim. F'każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tkun intitolata tissospendi l-investigazzjoni mibdija skont dan ir-Regolament. Fejn l-applikazzjoni tal-proċeduri għar-riżoluzzjoni tat-tilwim stabbiliti mill-ftehim internazzjonali dwar it-trasport bl-ajru jew is-servizzi tal-ajru jew kwalunkwe ftehim ieħor li fih dispożizzjonijiet dwar is-servizzi tat-trasport bl-ajru li l-Unjoni tagħmel parti minnu ma jirnexxilux jirrimedja s-sitwazzjoni b'mod suffiċjenti, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Kummissjoni li terġa' tibda l-investigazzjoni.
|
|
(18)
|
Ftehimiet dwar l-avjazzjoni u dan ir-Regolament jenħtieġ li jiffaċilitaw djalogu mal-pajjiżi terzi kkonċernat sabiex isolvu tilwim b'mod effiċjenti u terġa' tiġi stabbilita l-kompetizzjoni ġusta. Meta l-investigazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni tikkonċerna operazzjonijiet koperti bi ftehim dwar it-trasport bl-ajru jew is-servizzi tal-ajru jew kwalunkwe ftehim ieħor li fih dispożizzjonijiet dwar is-servizzi tat-trasport bl-ajru konkluż ma' pajjiż terz u li l-Unjoni ma tagħmilx parti minnu, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-Kummissjoni taġixxi b'għarfien sħiħ ta' kwalunkwe proċediment maħsub, jew imwettaq mill-Istat Membru kkonċernat, skont tali ftehim u b'rilevanza għas-sitwazzjoni soġġetta għall-investigazzjoni tal-Kummissjoni. Għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati jżommu lill-Kummissjoni infurmata kif xieraq. F'każ bħal dak, jenħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati kollha jkollhom id-dritt li jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jindirizzaw il-prattika li tfixkel il-kompetizzjoni esklużivament skont il-proċeduri ta' riżoluzzjoni tat-tilwim li jinsabu fil-ftehimiet rispettivi tagħhom dwar it-trasport bl-ajru jew is-servizzi tal-ajru jew kwalunkwe ftehim ieħor li fih dispożizzjonijiet dwar is-servizzi tat-trasport bl-ajru konklużi ma' pajjiż terz u li l-Unjoni ma tagħmilx parti minnhom. Jekk l-Istati Membri kkonċernati kollha jinnotifikaw lill-Kummissjoni u ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tissospendi temporanjament l-investigazzjoni tagħha.
|
|
(19)
|
Jekk l-Istati Membri kkonċernati beħsiebhom jindirizzaw il-prattika li tfixkel il-kompetizzjoni esklużivament permezz ta' proċeduri għar-riżoluzzjoni tat-tilwim applikabbli skont il-ftehimiet dwar it-trasport bl-ajru, dwar is-servizzi tal-ajru, jew kwalunkwe ftehim ieħor li fih dispożizzjonijiet dwar is-servizzi tat-trasport bl-ajru li jkunu kkonkludew mal-pajjiż terz ikkonċernat sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dawn il-ftehimiet, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu sforz biex jipproċedu bil-ħeffa bil-proċeduri bilaterali għar-riżoluzzjoni tat-tilwim u jenħtieġ li jinformaw bis-sħiħ lill-Kummissjoni f'dak ir-rigward. Fejn il-prattika li tfixkel il-kompetizzjoni tippersisti u l-Kummissjoni terġa' tibda l-investigazzjoni, jenħtieġ li jittieħed kont tas-sejbiet miksuba waqt l-applikazzjoni ta' tali ftehim dwar it-trasport bl-ajru jew is-servizzi tal-ajru jew kwalunkwe ftehim ieħor li fih dispożizzjonijiet dwar is-servizzi tat-trasport bl-ajru sabiex ikun żgurat li terġa' tiġi stabbilita kompetizzjoni ġusta kemm jista' jkun malajr.
|
|
(20)
|
Jenħtieġ li jittieħed kont tas-sejbiet miksuba matul l-applikazzjoni tal-proċeduri għar-riżoluzzjoni tat-tilwim skont ftehim internazzjonali dwar it-trasport bl-ajru jew is-servizzi tal-ajru jew kwalunkwe ftehim ieħor li fih dispożizzjonijiet dwar is-servizzi tat-trasport bl-ajru li l-Unjoni jew Stat Membru jagħmlu parti minnu.
|
|
(21)
|
Għal raġunijiet ta' effiċjenza amministrattiva u fid-dawl ta' terminazzjoni possibbli mingħajr miżuri, jenħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà li jiġu sospiżi l-proċedimenti fejn il-pajjiż terz jew l-entità tal-pajjiż terz ikkonċernati jkunu ħadu passi deċiżivi biex jeliminaw il-prattika rilevanti li tfixkel il-kompetizzjoni jew il-ħsara li tirriżulta jew it-theddida ta' ħsara.
|
|
(22)
|
Jenħtieġ li s-sejbiet fir-rigward ta' ħsara jew theddida ta' ħsara għat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni kkonċernati jirriflettu valutazzjoni realistika tas-sitwazzjoni u għalhekk jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-fatturi rilevanti kollha, b'mod partikolari li jappartjenu għas-sitwazzjoni ta' dawk it-trasportaturi u għas-sitwazzjoni ġenerali tas-suq tat-trasport bl-ajru affettwat.
|
|
(23)
|
Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li taħthom il-proċedimenti jenħtieġ li jiġu konklużi, bl-impożizzjoni ta' miżuri ta' rimedju jew mingħajrha.
|
|
(24)
|
Il-miżuri ta' rimedju fir-rigward ta' prattiki li jfixklu l-kompetizzjoni għandhom l-għan li jikkumpensaw il-ħsara li sseħħ minħabba dawk il-prattiki. Għalhekk jenħtieġ li dawn jieħdu l-forma ta' dmirijiet finanzjarji jew ta' miżuri oħra li, billi jirrappreżentaw valur pekunjarju li jista' jitkejjel, huma kapaċi jiksbu l-istess effett. Sabiex ikun hemm konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, jenħtieġ li l-miżuri ta' kwalunkwe tip ikunu limitati għal dak li huwa meħtieġ biex tiġi kkumpensata l-ħsara identifikata. Jenħtieġ li l-miżura ta' rimedju tikkunsidra l-funzjonament xieraq tas-suq tal-ajru tal-Unjoni u jenħtieġ li ma tirriżultax fl-għoti ta' vantaġġ mhux dovut lil kwalunkwe trasportatur bl-ajru jew grupp ta' trasportaturi bl-ajru.
|
|
(25)
|
Dan ir-Regolament ma għandux l-għan li jimponi xi standards fuq it-trasportaturi bl-ajru ta' pajjiż terz, pereżempju fir-rigward ta' sussidji, billi jintroduċu obbligi aktar restrittivi minn dawk li japplikaw għat-trasportaturi tal-Unjoni.
|
|
(26)
|
Is-sitwazzjonijiet investigati skont dan ir-Regolament u l-impatt potenzjali tagħhom fuq l-Istati Membri jistgħu jvarjaw skont iċ-ċirkostanzi. Għaldaqstant, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu applikati miżuri ta' rimedju, skont il-każ, għal trasportatur bl-ajru wieħed jew aktar ta' pajjiż terz, għal żona ġeografika speċifika jew għal perijodu ta' żmien speċifiku, jew li tiġi stabbilita data fil-ġejjieni li minnha huma għandhom japplikaw.
|
|
(27)
|
Jenħtieġ li miżuri ta' rimedju ma jikkonsistux mis-sospensjoni jew mil-limitu tad-drittijet tat-traffiku li jingħataw minn Stat Membru lil pajjiż terz.
|
|
(28)
|
F'konformità mal-istess prinċipju tal-proporzjonalità, il-miżuri ta' rimedju fir-rigward tal-prattiki li jfixklu l-kompetizzjoni jenħtieġ li jibqgħu fis-seħħ biss sakemm, u sal-limitu li, huwa neċessarju fid-dawl ta' tali prattika u l-ħsara li tirriżulta. Konsegwentement, fejn iċ-ċirkostanzi jkunu jenħtieġu dan, jenħtieġ li tiġi prevista reviżjoni.
|
|
(29)
|
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).
|
|
(30)
|
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fuq bażi regolari, permezz ta' rapport. Dak ir-rapport jenħtieġ li jinkludi informazzjoni dwar: l-applikazzjoni ta' miżuri ta' rimedju; it-tmiem tal-investigazzjonijiet mingħajr miżuri ta' rimedju; reviżjonijiet ta' miżuri ta' rimedju; u kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-partijiet interessati u l-pajjiżi terzi. Jenħtieġ li dak ir-rapport jiġi abbozzat u ttrattat bil-livell xieraq ta' kunfidenzjalità.
|
|
(31)
|
Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-protezzjoni effiċjenti ugwali għat-trasportaturi bl-ajru kollha tal-Unjoni u abbażi ta' kriterji u proċeduri uniformi kontra l-ħsara jew it-theddida ta' ħsara għal trasportatur bl-ajru wieħed jew aktar tal-Unjoni kkawżati minn prattiki li jfixklu l-kompetizzjoni, adottat minn pajjiżi terzi jew entitajiet ta' pajjiżi terzi, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.
|
|
(32)
|
Minħabba li dan ir-Regolament jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 868/2004, jenħtieġ għalhekk li dak ir-Regolament jitħassar,
|
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, is-17 ta' April 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
|
|
KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
|
KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
|
|
KAPITOLU II DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI FIR-RIGWARD TAL-PROĊEDIMENTI
|
KAPITOLU II DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI FIR-RIGWARD TAL-PROĊEDIMENTI
|
|
KAPITOLU III PRATTIKI LI JFIXKLU L-KOMPETIZZJONI
|
KAPITOLU III PRATTIKI LI JFIXKLU L-KOMPETIZZJONI
|
|
KAPITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
KAPITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.05.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0712
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|