+Artikolu 12 Evalwazzjoni u rieżami
---+Artikolu 12 1
---+Artikolu 12 2
---+Artikolu 12 3
---+Artikolu 12 4
---+Artikolu 12 5

Artikolu 12 Evalwazzjoni u rieżami

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1

1.   Il-Kummissjoni għandha sas-26 ta’ Ġunju 2028 twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq mill-inqas dan li ġej:

(a)

l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(b)

is-settijiet ta’ data stabbiliti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 11(1) u l-ħarsa ġenerali madwar l-Unjoni mfassla mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent skont l-Artikolu 11(3);

(c)

data xjentifika, analitika u epidemjoloġika rilevanti;

(d)

għarfien tekniku u xjentifiku;

(e)

rakkomandazzjonijiet tad-WHO, fejn disponibbli, jew gwida internazzjonali oħra jew standards tal-ISO.

Artikolu 12 2

2.   Fit-twettiq tal-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-aspetti li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness I;

(b)

l-elementi ewlenin għall-ġestjoni tar-riskju stabbiliti fl-Anness II;

(c)

ir-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti skont il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 6(3);

(d)

l-impatt tal-użu mill-ġdid tal-ilma fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, inkluż l-impatt ta’ sustanzi ta’ tħassib emerġenti.

Artikolu 12 3

3.   Bħala parti mill-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà li:

(a)

twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-ilma reklamat maħsub għal użi speċifiċi oħrajn, inkluż l-użu mill-ġdid għal skopijiet industrijali;

(b)

testendi r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament biex ikopru l-użu indirett ta’ ilma mormi trattat.

Artikolu 12 4

4.   Abbażi tar-riżultati tal-evalwazzjoni jew kull meta għarfien tekniku u xjentifiku ġdid jitlob dan, il-Kummissjoni tista’ teżamina l-ħtieġa li teżamina mill-ġdid ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness I.

Artikolu 12 5

5.   Fejn opportun, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġislattiva biex temenda dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R0741
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.