+Artikolu 44 It-trattament ta’ riskji li jinħolqu mis-sistemi ta’ EHR u ta’ inċidenti serji
---+Artikolu 44 1
---+Artikolu 44 2
---+Artikolu 44 3
---+Artikolu 44 4
---+Artikolu 44 5
---+Artikolu 44 6
---+Artikolu 44 7
---+Artikolu 44 8
---+Artikolu 44 9
---+Artikolu 44 10
|
Artikolu 44 It-trattament ta’ riskji li jinħolqu mis-sistemi ta’ EHR u ta’ inċidenti serji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 44 1
|
1. Meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru wieħed ikollha raġuni biex temmen li sistema ta’ EHR tippreżenta riskju għas-saħħa, għas-sikurezza jew għad-drittijiet ta’ persuni fiżiċi jew għall-protezzjoni tad-data personali, dik l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha twettaq evalwazzjoni fir-rigward tas-sistema ta’ EHR ikkonċernata li tkopri r-rekwiżiti rilevanti kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-manifattur, ir-rappreżentanti awtorizzati tiegħu u l-operaturi ekonomiċi rilevanti l-oħrajn kollha għandhom jikkooperaw kif meħtieġ mal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għal dak l-għan u biex jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li s-sistema ta’ EHR ikkonċernata ma tibqax tippreżenta dak ir-riskju meta tiġi introdotta fis-suq, biex isejħu lura jew biex jirtiraw is-sistema ta’ EHR mis-suq f’perjodu raġonevoli.
|
|
Artikolu 44 2
|
2. Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru jqisu li n-nuqqas ta’ konformità tas-sistemi ta’ EHR ma jkunx limitat għat-territorju nazzjonali tagħhom, dawn għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri l-oħra bir-riżultati tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u bl-azzjoni korrettiva li eżiġew li jieħu l-operatur ekonomiku skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2019/1020.
|
|
Artikolu 44 3
|
3. Meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq issibli sistema ta’ EHR ikkawżat ħsara għas-saħħa jew għas-sikurezza ta’ persuni fiżiċi jew għal ċerti aspetti oħra tal-protezzjoni tal-interess pubbliku, hija għandha tipprovdi immedjatament informazzjoni u dokumentazzjoni, kif applikabbli, lill-persuna fiżika jew lill-utent affettwati u, fejn applikabbli, lil partijiet terzi oħra affettwati minn dik il-ħsara, mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.
|
|
Artikolu 44 4
|
4. L-operatur ekonomiku kkonċernat msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiżgura li tittieħed azzjoni korrettiva fir-rigward tas-sistemi ta’ EHR kollha ikkonċernati li jkun introduċa fis-suq madwar l-Unjoni.
|
|
Artikolu 44 5
|
5. L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tinforma mingħajr dewmien bla bżonn lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, jew, jekk applikabbli, l-awtoritajiet superviżorji skont ir-Regolament (UE) 2016/679, ta’ Stati Membri oħra dwar l-azzjonikorrettivamsemmija fil-paragrafu 2. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b’mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tas-sistema ta’ EHR ikkonċernata, l-oriġini u l-katina tal-provvista tas-sistema ta’ EHR, in-natura tar-riskju involut u n-natura u d-durata tal-miżuri nazzjonali meħudin.
|
|
Artikolu 44 6
|
6. Meta sejba ta’ awtorità tas-sorveljanza tas-suq, jew inċident serju li tiġi infurmata bih, tikkonċerna l-protezzjoni tad-data personali, dik l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha, mingħajr dewmien bla bżonn, tinforma lill-awtoritajiet superviżorji rilevanti skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u tikoopera magħhom.
|
|
Artikolu 44 7
|
7. Il-manifatturi tas-sistemi ta’ EHR introdotti fis-suq jew imqiegħda fis-servizz għandhom jirrapportaw kwalunkwe inċident serju li jinvolvi sistema ta’ EHR lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn ikun seħħ inċident serju bħal dan utal-Istati Membri fejn tali sistemi ta’ EHR jiġu introdotti fis-suq jew imqiegħda fis-servizz. Dak ir-rapportar għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjoni korrettiva meħuda jew previsti mill-manifattur. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu għal utenti tas-sistemi ta’ EHR introdotti fis-suq jew imqiegħda fis-servizz biex ikun jista’ jirrapporta tali inċidenti.
Ir-rapportar meħtieġ skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jitwettaq, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ notifika ta’ inċidenti skont id-Direttiva (UE) 2022/2555, immedjatament wara li l-manifattur ikun stabbilixxa rabta kawżali bejn is-sistema ta’ EHR u l-inċident serju jew il-probabbiltà raġonevoli ta’ tali rabta, u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn tlett ijiem wara li l-manifattur ikun saf jaf bl-inċident serju li jinvolvi s-sistema ta’ EHR.
|
|
Artikolu 44 8
|
8. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suqimsemmija fil-paragrafu 7 għandhom jinformaw mingħajr dewmien lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq l-oħrajn dwar l-inċident serju u l-azzjoni korrettiva meħuda jew prevista mill-manifattur jew meħtieġa minnu biex jitnaqqas ir-riskju ta’ rikorrenza tal-inċident serju.
|
|
Artikolu 44 9
|
9. Meta l-kompiti ma jitwettqux mill-awtorità tas-saħħa diġitali, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tikkoopera mal-awtorità tas-saħħa diġitali. L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tinforma lill-awtorità tas-saħħa diġitali bi kwalunkwe inċident serju, bis-sistemi ta’ EHR li jippreżentaw riskju, inklużi riskji relatati mal-interoperabbiltà, is-sigurtà u s-sikurezza tal-pazjent, bi kwalunkwe azzjoni korrettiva u bi kwalunkwe sejħa lura jew irtirar ta’ tali sistemi ta’ EHR.
|
|
Artikolu 44 10
|
10. F’każ ta’ inċidenti li jqiegħdu f’riskju s-sikurezza tal-pazjenti jew is-sigurtà tal-informazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jieħdu azzjoni immedjati u jeħtieġu li l-manifattur tas-sistema ta’ EHR ikkonċernata, ar-rappreżentant awtorizzat tiegħu u operaturi ekonomiċi oħrajn, jekk applikabbli, jieħdu azzjonikorrettiva immedjata.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|