+Proceedings
---+Artikolu 14
---+Artikolu 15
---+Artikolu 16
---+Artikolu 17
---+Artikolu 18
---+Artikolu 19
---+Artikolu 20
---+Artikolu 21
---+Artikolu 22
---+Artikolu 23
---+Artikolu 24
|
Proceedings
Proceedings
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14
|
Artikolu 14 Il-bord ta’ l-arbitraġġ għandu jiddeċiedi jekk għandux ikun hemm skambju ta’ dikjarazzjonijiet bil-mitub qabel is-seduti orali. F’dan il-każ il-President tal-bord għandu jistabbilixxi n-numru ta’ dikjarazzjonijiet bil-miktub u l-limiti taż-żmien li għandhom jitħarsu. Ir-Reġistratur għandu jinforma lill-partijiet b’dawn il-limiti taż-żmien, waqt li l-partijiet għandhom jindirizzaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom bil-miktub lir-Reġistratur; dan ta’ l-ahhar għandu jibgħat id-dikjarazzjonijiet lill-partijiet opposti u jħejji l-fajl għall-arbitraġġ. Il-President tal-bord ta’ l-arbitraġġ għandu jiffissa d-data u l-ħin għall-ewwel seduta. Ir-Reġistratur għandu jibgħat din l-informazzjoni lill-partijiet fi żmien adekwat.
|
|
Artikolu 15
|
Artikolu 15 Meta, f’każ li jkun jaqa’ taħt l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 14, waħda mill-partijiet ma tibgħatx id-dikjarazzjonijiet miktuba tagħha fiż-żmien preskritt mill-President tal-bord ta’ l-arbitraġġ, dan ta’ l-aħħar għandu xorta jiffissa d-data u l-ħin għall-ewwel seduta. Jekk waħda mill-partijiet, li tkun ġiet imsejħa kif xieraq, ma tkunx preżenti, l-bord ta’ l-arbitraġġ jista’ jiddeċiedi favur is-sottomissjonijiet tal-parti l-oħra, wara li dan ikun aċċerta ruħu li dawk is-sottomissjonijiet kienu raġunati jew skond il-liġi jew inkella skond il-fatti. Il-bord ta’ l-arbitraġġ jista’ wkoll, fejn jikkunsidra dan bħala tajjeb, jagħmel sejħa għal seduta oħra.
|
|
Artikolu 16
|
Artikolu 16 Kull parti tista’ tkun rappreżentata jew megħjuna minn konsulent wieħed jew aktar. Kull parti għandha tavża lir-Reġistratur kemm jista’ jkun malajr dwar il-ħsieb tagħha dwar dan, u r-Reġistratur għandu jinforma lill-parti opposta dwar dan. Id-depożitu tal-konsulent dwar il-ftehim speċjali jew dwar id-dikjarazzjonijiet bil-miktub għandu jieħu post din in-notifika.
|
|
Artikolu 17
|
Artikolu 17 Fejn il-bord ta’ l-arbitraġġ iqisha ta’ vantaġġ, dan jista’ jwettaq spezzjoni; il-partijiet jistgħu jkunu preżenti hemmhekk.
|
|
Artikolu 18
|
Artikolu 18 Il-bord ta’ l-arbitraġġ għandu jiddeċiedi kif għandhom jitwettqu l-proċeduri u ż-żmien tagħhom. Il-bord għandu jagħmel valutazzjoni tax-xiehda skond kif jidhirlu tajjeb.
|
|
Artikolu 19
|
Artikolu 19 Is-seduta għandha titmexxa mill-President tal-bord ta’ l-arbitraġġ. Din tista’ ssir fil-pubbliku biss jekk il-bord ta’ l-arbitraġġ, flimkien mal-partijiet, ikun iddeċieda hekk. Għandhom isiru l-minuti ta’ kull seduta li jiġu firmati mill-President tal-bord ta’ l-arbitraġġ u mir-Reġistratur.
|
|
Artikolu 20
|
Artikolu 20 Meta l-partijiet ikunu temmew jispjegaw il-każijiet tagħhom, is-seduta għandha tkun dikjarata bħala waħda magħluqa. Sakemm tkun ingħatat id-deċiżjoni, madankollu, l-bord ta’ l-arbitraġġ għandu jkollu s-setgħa li jiftaħ mill-ġdid is-seduta fejn ikun hemm xiehda ġdida li jista’ jkollha influwenza deċiżiva fuq l-opinjoni tiegħu, jew fejn, wara eżami aktar dettaljata, dan ikun jixtieq jiċċara ċerti punti.
|
|
Artikolu 21
|
Artikolu 21 Il-kunsiderazzjonijiet tal-bord ta’ l-arbitraġġ għandhom ikunu u għandhom jibqgħu sigrieti. Id-decizjonijiet kollha tal-bord ta’ l-arbitragg ghandhom jittiehdu permezz ta’ vot tal-maggoranza.
|
|
Artikolu 22
|
Artikolu 22 Id-deċiżjoni ta’ l-arbitraġġ għandha ssir bil-kitba u jkollha fuqha d-data tal-ġurnata meta din tkun ġiet iffirmata. Din għandha ssemmi l-ismijiet ta’ l-arbitri u għandha tkun iffirmata minnhom; din għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom tkun ġiet ibbażata d-deċiżjoni; il-ftehim speċjali li l-każ jintbagħat għall-arbitraġġ jista’, madankollu, jipprovdi li r-raġunijiet għal ċerti punti speċifiċi ma jingħatawx. Il-bord ta’ l-arbitraġġ jista’ jiddeċiedi li d-deċiżjoni tinqara fil-qorti miftuħa, bil-partijiet ikunu preżenti jew inkella msejħa kif xieraq. Id-deċiżjoni għandha tkun avżata lill-partijiet mingħajr dewmien.
|
|
Artikolu 23
|
Artikolu 23 F’konformità mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u mal-prinċipji ġenerali u komuni għal-liġijiet ta’ l-Istati Membri, l-bord ta’ l-arbitraġġ għandu jiddeċiedi ex aequo et bono.
|
|
Artikolu 24
|
Artikolu 24 Dan ir-Regolament għandu jkun jgħodd fil-każijiet kollha, inklużi dawk fejn, f’konformità ma’ l-Artikolu 11(1), il-kwistjoni għandha tkun sottomessa għal għand arbitru wieħed biss jew inkella għal għand bord ta’ arbitri ta’ ħames membri. Dispożizzjonijiet finanzjarji u ta’ l-estimi
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.12.1963 00:00:00 -Doknr: CELEX:31963R0007
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|