+Artikolu 38 Miżuri speċifiċi għall-istituzzjonijiet rispondenti individwali minn pajjiżi terzi
---+Artikolu 38 1
---+Artikolu 38 2
---+Artikolu 38 3
---+Artikolu 38 4
---+Artikolu 38 5
---+Artikolu 38 6
---+Artikolu 38 7
|
Artikolu 38 Miżuri speċifiċi għall-istituzzjonijiet rispondenti individwali minn pajjiżi terzi
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 38 1
|
1. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom japplikaw il-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ istituzzjonijiet rispondenti ta’ pajjiżi terzi li magħhom ikollhom relazzjoni korrispondenti skont l-Artikoli 36 jew 37 u li fir-rigward tagħhom l-AMLA toħroġ rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 38 2
|
2. L-AMLA għandha toħroġ rakkomandazzjoni indirizzata lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u lil istituzzjonijiet finanzjarji meta jkun hemm tħassib li l-istituzzjonijiet rispondenti f’pajjiżi terzi jaqgħu fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
ikunu qed jiksru b’mod serju, ripetut jew sistematiku r-rekwiżiti tal-AML/CFT;
|
|
(b)
|
ikollhom dgħufijiet fil-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni tagħhom li x’aktarx jirriżultaw fi ksur serju, ripetut jew sistematiku tar-rekwiżiti tal-AML/CFT;
|
|
(c)
|
ikollhom fis-seħħ politiki, proċeduri u kontrolli interni li ma jkunux proporzjonati mar-riskji tal-ħasil tal-flus, ir-reati predikati assoċjati u l-finanzjament tat-terroriżmu li għalihom tkun esposta l-istituzzjoni rispondenti tal-pajjiż terz.
|
|
|
Artikolu 38 3
|
3. Ir-rakkomandazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinħareġ meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a)
|
abbażi tal-informazzjoni disponibbli fil-kuntest tal-attivitajiet superviżorji tiegħu, superviżur finanzjarju, inkluż l-AMLA meta twettaq l-attivitajiet superviżorji tagħha, tqis li istituzzjoni rispondenti ta’ pajjiż terz taqa’ fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet elenkati fil-paragrafu 2 u tista’ taffettwa l-iskopertura għar-riskju tar-relazzjoni korrispondenti;
|
|
(b)
|
wara valutazzjoni tal-informazzjoni disponibbli għas-superviżur finanzjarju msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, ikun hemm ftehim fost is-superviżuri finanzjarji fl-Unjoni li l-istituzzjoni rispondenti tal-pajjiż terz taqa’ fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet elenkati fil-paragrafu 2 u tista’ taffettwa l-iskopertura għar-riskju tar-relazzjoni korrispondenti.
|
|
|
Artikolu 38 4
|
4. Qabel ma toħroġ ir-rakkomandazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-AMLA għandha tikkonsulta lis-superviżur tal-pajjiż terz inkarigat mill-istituzzjoni rispondenti u titlob li jipprovdi l-fehmiet tiegħu stess kif ukoll dawk tal-istituzzjoni rispondenti dwar l-adegwatezza tal-politiki tal-AML/CFT, il-proċeduri u l-kontrolli kif ukoll tal-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti li l-istituzzjoni rispondenti jkollha fis-seħħ biex ittaffi r-riskji ta’ ħasil tal-flus, ir-reati predikati assoċjati u l-finanzjament tat-terroriżmu u l-miżuri ta’ rimedju li għandhom jiġu stabbiliti. Meta ma tingħata l-ebda tweġiba fi żmien xahrejn jew meta t-tweġiba mogħtija ma tindikax li l-istituzzjoni rispondenti tal-pajjiż terz tista’ timplimenta politiki, proċeduri u kontrolli sodisfaċenti tal-AML/CFT kif ukoll tapplika miżuri adegwati ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti biex ittaffi r-riskji li għalihom tkun esposta li jistgħu jaffettwaw ir-relazzjoni korrispondenti, l-AMLA għandha tipproċedi bir-rakkomandazzjoni.
|
|
Artikolu 38 5
|
5. L-AMLA għandha tirtira r-rakkomandazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 hekk kif tqis li istituzzjoni rispondenti minn pajjiż terz li dwarha tkun adottat rakkomandazzjoni ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 38 6
|
6. Fir-rigward ta’ istituzzjonijiet rispondenti minn pajjiżi terzi msemmija fil--paragrafu 1, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom:
|
(a)
|
jastjenu milli jidħlu f’relazzjonijiet tan-negozju ġodda mal-istituzzjoni rispondenti minn pajjiż terz sakemm ma jikkonkludux, abbażi tal-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 36 jew 37, li l-miżuri ta’ mitigazzjoni applikati għar-relazzjoni tan-negozju mal-istituzzjoni rispondenti tal-pajjiż terz u l-miżuri fis-seħħ fl-istituzzjoni rispondenti tal-pajjiż terz jistgħu jtaffu b’mod adegwat ir-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu assoċjati ma’ dik ir-relazzjoni tan-negozju;
|
|
(b)
|
għar-relazzjonijiet tan-negozju eżistenti mal-istituzzjoni rispondenti tal-pajjiż terz:
|
(i)
|
jirrieżaminaw u jaġġornaw l-informazzjoni dwar l-istituzzjoni rispondenti skont l-Artikoli 36 jew 37;
|
|
(ii)
|
jitterminaw ir-relazzjonijiet tan-negozju sakemm ma jikkonkludux, abbażi tal-informazzjoni miġbura skont il-punt (i), li l-miżuri ta’ mitigazzjoni applikati għar-relazzjoni tan-negozju mal-istituzzjoni rispondenti tal-pajjiż terz u l-miżuri fis-seħħ fl-istituzzjoni rispondenti tal-pajjiż terz jistgħu jtaffu b’mod adegwat ir-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu assoċjati ma’ dik ir-relazzjoni tan-negozju;
|
|
|
(c)
|
jinformaw lill-istituzzjoni rispondenti bil-konklużjonijiet li jkunu siltu fir-rigward tar-riskji maħluqa mir-relazzjoni korrispondenti wara r-rakkomandazzjoni mill-AMLA u l-miżuri meħuda skont il-punti (a) jew (b).
|
Fejn l-AMLA tkun irtirat rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 5, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jirrieżaminaw il-valutazzjoni tagħhom dwar jekk l-istituzzjonijiet rispondenti ta’ pajjiż terz jissodisfawx kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 38 7
|
7. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jiddokumentaw kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|