6. Fir-rigward ta’ istituzzjonijiet rispondenti minn pajjiżi terzi msemmija fil--paragrafu 1, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom:
|
(a)
|
jastjenu milli jidħlu f’relazzjonijiet tan-negozju ġodda mal-istituzzjoni rispondenti minn pajjiż terz sakemm ma jikkonkludux, abbażi tal-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 36 jew 37, li l-miżuri ta’ mitigazzjoni applikati għar-relazzjoni tan-negozju mal-istituzzjoni rispondenti tal-pajjiż terz u l-miżuri fis-seħħ fl-istituzzjoni rispondenti tal-pajjiż terz jistgħu jtaffu b’mod adegwat ir-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu assoċjati ma’ dik ir-relazzjoni tan-negozju;
|
|
(b)
|
għar-relazzjonijiet tan-negozju eżistenti mal-istituzzjoni rispondenti tal-pajjiż terz:
|
(i)
|
jirrieżaminaw u jaġġornaw l-informazzjoni dwar l-istituzzjoni rispondenti skont l-Artikoli 36 jew 37;
|
|
(ii)
|
jitterminaw ir-relazzjonijiet tan-negozju sakemm ma jikkonkludux, abbażi tal-informazzjoni miġbura skont il-punt (i), li l-miżuri ta’ mitigazzjoni applikati għar-relazzjoni tan-negozju mal-istituzzjoni rispondenti tal-pajjiż terz u l-miżuri fis-seħħ fl-istituzzjoni rispondenti tal-pajjiż terz jistgħu jtaffu b’mod adegwat ir-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu assoċjati ma’ dik ir-relazzjoni tan-negozju;
|
|
|
(c)
|
jinformaw lill-istituzzjoni rispondenti bil-konklużjonijiet li jkunu siltu fir-rigward tar-riskji maħluqa mir-relazzjoni korrispondenti wara r-rakkomandazzjoni mill-AMLA u l-miżuri meħuda skont il-punti (a) jew (b).
|
Fejn l-AMLA tkun irtirat rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 5, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jirrieżaminaw il-valutazzjoni tagħhom dwar jekk l-istituzzjonijiet rispondenti ta’ pajjiż terz jissodisfawx kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3.