+Artikolu 59 Identifikazzjoni ta’ klassi ta’ benefiċjarji
---+Artikolu 59 1
---+Artikolu 59 2
---+Artikolu 59 3

Artikolu 59 Identifikazzjoni ta’ klassi ta’ benefiċjarji

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 59 1

1.   Fil-każ ta’ entitajiet ġuridiċi arranġamenti ġuridiċisimili għat-trusts espressi skont l-Artikolu 57 jew, bl-eċċezzjoni ta’ trusts diskrezzjonarji, trusts espressi u arranġamenti ġuridiċi simili skont l-Artikolu 58, fejn il-benefiċjarji għad iridu jiġu determinati, għandhom jiġu identifikati l-klassi ta’ benefiċjarji u l-karatteristiċi ġenerali tagħha. Il-benefiċjarji fil-klassi għandhom ikunu sidien benefiċjarju/i malli jiġu identifikati jew iddeżinjati.

Artikolu 59 2

2.   Fil-każijiet li ġejjin, għandhom jiġu identifikati biss il-klassi ta’ benefiċjarji u l-karatteristiċi tagħha:

(a)

skemi tal-pensjoni fl-ambitu tad-Direttiva (UE) 2016/2341;

(b)

skemi ta’ sjieda finanzjarja jew ta’ parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati, dment li l-Istati Membri, wara valutazzjoni tar-riskju xierqa, jkunu kkonkludew riskju baxx ta’ użu ħażin għall-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu;

(c)

entitajiet ġuridiċi arranġamenti ġuridiċisimili għat-trusts espressi skont l-Artikolu 57, trusts espressi u arranġamenti ġuridiċi simili skont l-Artikolu 58, dment li:

(i)

l-entità ġuridika, it-trust espress jew arranġament ġuridiku simili jkunu stabbiliti għal skop ta’ karità jew mingħajr skop ta’ qligħ; u

(ii)

wara valutazzjoni tar-riskju xierqa, l-Istati Membri kkonkludew li l-kategorija ta’ entità ġuridika, trust espress jew arranġament ġuridiku simili hija f’riskju baxx ta’ użu ħażin għall-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 59 3

3.   L-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-kategoriji ta’ entitajiet ġuridiċi, trusts espressi jew arranġamenti ġuridiċi simili skont il-paragrafu 2, flimkien ma’ ġustifikazzjoni bbażata fuq il-valutazzjoni tar-riskju speċifiku. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dik in-notifika lill-Istati Membri l-oħra.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit