+ANNESS I Klassifikazzjoni ta' entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ

ANNESS I Klassifikazzjoni ta' entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ




ANNESS I

Klassifikazzjoni ta' entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ



Bucket

Items

1

(a)  Derivattivi ta' kreditu u garanziji ġenerali ta' dejn, inkluż ittri ta' kreditu irrevokabbli li jservu ta' garanziji finanzjarji għal self u titoli, u aċċettazzjonijiet, inkluż approvazzjonijiet bil-karattru ta' aċċettazzjonijiet, kif ukoll kwalunkwe sostitut ieħor ta' kreditu dirett;

(b)  Ftehimiet ta' bejgħ u riakkwist u bejgħ ta' assi b'rikors meta r-riskju ta' kreditu jibqa' f'idejn l-istituzzjoni;

(c)  Titoli mislufa mill-istituzzjoni jew titoli li jiddaħħlu mill-istituzzjoni bħala kollateral, inkluż każijiet fejn dawk jirriżultaw minn tranżazzjonijiet tat-tip riakkwist;

(d)  Xiri ta' assi bil-quddiem, depożiti bil-quddiem u ishma u titoli mħallsa parzjalment, li jirrappreżentaw impenji bi ġbid ċert ta' kreditu;

(e)  Entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jikkostitwixxu sostitut ta' kreditu meta ma jkunux inklużi b'mod espliċitu f'xi kategorija oħra;

(f)  Entrati oħra li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jkollhom riskju simili u kif ikkomunikati lill-EBA.

2

(a)  Faċilitajiet ta' ħruġ ta' noti (NIFs) u faċilitajiet ċirkolanti ta' sottoskrizzjoni (RUFs) irrispettivament mill-maturità tal-faċilità sottostanti;

(b)  Garanziji tal-eżekuzzjoni, garanziji tal-offerti, garanziji u ittri ta' kreditu irrevokabbli relatati ma' tranżazzjonijiet partikolari u entrati kontinġenti simili relatati mat-tranżazzjonijiet, għajr entrati ta' finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ imsemmija fil-bucket 4;

(c)  Entrati oħra li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jkollhom riskju simili, kif ikkomunikati lill-EBA.

3

(a)  L-ammont mhux miġbud ta' impenji, irrispettivament mill-maturità tal-faċilità sottostanti, sakemm ma jaqgħux taħt kategorija oħra;

(b)  Entrati oħra li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jkollhom riskju simili, kif ikkomunikati lill-EBA.

4

(a)  Entrati ta' finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ:

(i)  garanziji, inkluż garanziji tal-offerta u tal-eżekuzzjoni u garanziji assoċjati ta' pagamenti bil-quddiem u żamma, kif ukoll garanziji li ma jkollhomx il-karattru ta' sostituti ta' kreditu;

(ii)  garanziji, inkluż garanziji tal-offerta u tal-eżekuzzjoni u garanziji assoċjati ta' pagamenti bil-quddiem u żamma, kif ukoll garanziji li ma jkollhomx il-karattru ta' sostituti ta' kreditu;

(iii)  ittri kummerċjali ta' kreditu għal żmien qasir u awtolikwidanti li jirriżultaw mill-moviment tal-merkanzija, b'mod partikolari dokumenti ta' kreditu kollateralizzati mill-konsenja sottostanti, f'każ ta' istituzzjoni emittenti jew istituzzjoni li tikkonferma;

(b)  Entrati oħra li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jkollhom riskju simili, kif ikkomunikati lill-EBA.

5

(a)  L-ammont mhux miġbud ta' impenji kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet;

(b)  L-ammont mhux miġbud ta' linji ta' kreditu fil-livell tal-konsumatur li għalihom it-termini jippermettu lill-istituzzjoni tikkanċellahom sal-limitu massimu permissibbli skont atti għall-protezzjoni tal-konsumatur u atti legali relatati oħra;

(c)  Faċilitajiet ta' kreditu mhux miġbuda għal garanziji tal-offerta u tal-eżekuzzjoni li jistgħu jiġu kkanċellati mingħajr kundizzjonijiet fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż minn qabel, jew li effettivament jipprevedu l-kanċellazzjoni awtomatika minħabba deterjorament tal-affidabbiltà kreditizja ta' debitur;

(d)  Entrati oħra li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jkollhom riskju simili, kif ikkomunikati lill-EBA.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit