+4. Fil-każ ta‟ migrazzjoni ta‟ klassifikazzjoni, il-varjazzjoni tal-prezzijiet tas-suq għandhom …
|
4. Fil-każ ta‟ migrazzjoni ta‟ klassifikazzjoni, il-varjazzjoni tal-prezzijiet tas-suq għandhom …
Fil-każ ta‟ migrazzjoni ta‟ klassifikazzjoni, il-varjazzjoni tal-prezzijiet tas-suq għandhom jiġu kkalkulati mill-ġdid. Rivalutazzjoni sħiħa għandha tkun meħtieġa sakemm istituzzjoni ma tkunx tista' tipprova li l-approċċ ta‟ ipprezzar tagħha jirrifletti b‟mod suffiċjenti anki l-bidliet il-kbar fil-prezz li huma mistennija minn bidla fil-klassifikazzjoni. Dan jista' jsir bħala pre-kalkolu fis-sens li vettur ta‟ prezzijiet għal kull stat ta‟ klassifikazzjoni jista' jkun kontribut f‟kalkolu tal-IRC. L-impatt ta‟ migrazzjoni tal-klassifikazzjoni fuq il-prezzijiet tas-suq għandu jiġi stmat jew bl-użu ta‟ data tas-suq attwalment osservata (eż. firxiet); jew medja ta‟ data storika tas-suq osservata fuq perjodu massimu ta‟ sena jew kwalunkwe perjodu rilevanti ieħor soġġett għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti. Meta ssir valutazzjoni sħiħa mill-ġdid fuq bidla fil-klassifikazzjoni m‟għandhomx jintużaw PDs storiċi għall-finijiet ta‟ skontar peress li ma jirriflettux biżżejjed il-prezzijiet attwali tas-suq.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|