+19. Hedging
---+1. L-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu kwalunkwe wieħed mill-approċċi disponibbli sabiex jikkonvertu …
---+2. Fir-rigward tal-punt 18 ta‟ dawn il-Linji Gwida, istituzzjoni tista' b‟mod konsistenti tassumi …
---+3. Jekk simulazzjoni, eż. il-proċess tal-valur ta‟ assi, ma tkunx irriżultat f‟bidla …
---+4. Fil-każ ta‟ migrazzjoni ta‟ klassifikazzjoni, il-varjazzjoni tal-prezzijiet tas-suq għandhom …

19. Hedging

19. Hedging

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
1. L-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu kwalunkwe wieħed mill-approċċi disponibbli sabiex jikkonvertu …

L-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu kwalunkwe wieħed mill-approċċi disponibbli sabiex jikkonvertu varjazzjonijiet simulati fil-klassifikazzjoni f‟varjazzjonijiet ta‟ prezz, inkluż kemm bl-użu ta‟ differenzi assoluti kif ukoll relattivi bejn firxiet medji skont il-klassifikazzjoni. Il-metodoloġija użata għandha tiġi applikata u ddokumentata b‟mod konsistenti. Fil-każijiet kollha, id-data tal-firxa rilevanti għandha tkun iddifferenzjata kemm jista' jkun skont id-diversi kategoriji ta‟ pożizzjonijiet. L-approċċ għandu jidher li jiddiferenzja b‟mod suffiċjenti bejn pożizzjonijiet b‟karatteristiċi differenti ta‟ ipprezzar għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti. Pereżempju, swap ta‟ inadempjenza ta‟ kreditu (CDS) u l-bond sottostanti għandhom jiġu vvalutati separatament.

2. Fir-rigward tal-punt 18 ta‟ dawn il-Linji Gwida, istituzzjoni tista' b‟mod konsistenti tassumi …

Fir-rigward tal-punt 18 ta‟ dawn il-Linji Gwida, istituzzjoni tista' b‟mod konsistenti tassumi bidla istantanja fil-klassifikazzjoni, li timplika li l-kundizzjonijiet tas-suq ta‟ dak il-ħin jiddeterminaw il-prezzijiet ta‟ wara l-migrazzjoni, filwaqt li tikkunsidra kwalunkwe impatt idjosinkratiku ta‟ valutazzjoni mistenni meta jseħħ avveniment ta‟ migrazzjoni (ara l-punt 20.5 hawn taħt), u tinjora l-effetti kollha ta‟ żmien fuq il-prezz ta‟ strument li l-klassifikazzjoni tiegħu tkun inbidlet.

3. Jekk simulazzjoni, eż. il-proċess tal-valur ta‟ assi, ma tkunx irriżultat f‟bidla …

Jekk simulazzjoni, eż. il-proċess tal-valur ta‟ assi, ma tkunx irriżultat f‟bidla fil-klassifikazzjoni, l-ebda tibdil fil-valur m‟għandu jiġi preżunt.

4. Fil-każ ta‟ migrazzjoni ta‟ klassifikazzjoni, il-varjazzjoni tal-prezzijiet tas-suq għandhom …

Fil-każ ta‟ migrazzjoni ta‟ klassifikazzjoni, il-varjazzjoni tal-prezzijiet tas-suq għandhom jiġu kkalkulati mill-ġdid. Rivalutazzjoni sħiħa għandha tkun meħtieġa sakemm istituzzjoni ma tkunx tista' tipprova li l-approċċ ta‟ ipprezzar tagħha jirrifletti b‟mod suffiċjenti anki l-bidliet il-kbar fil-prezz li huma mistennija minn bidla fil-klassifikazzjoni. Dan jista' jsir bħala pre-kalkolu fis-sens li vettur ta‟ prezzijiet għal kull stat ta‟ klassifikazzjoni jista' jkun kontribut f‟kalkolu tal-IRC. L-impatt ta‟ migrazzjoni tal-klassifikazzjoni fuq il-prezzijiet tas-suq għandu jiġi stmat jew bl-użu ta‟ data tas-suq attwalment osservata (eż. firxiet); jew medja ta‟ data storika tas-suq osservata fuq perjodu massimu ta‟ sena jew kwalunkwe perjodu rilevanti ieħor soġġett għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti. Meta ssir valutazzjoni sħiħa mill-ġdid fuq bidla fil-klassifikazzjoni m‟għandhomx jintużaw PDs storiċi għall-finijiet ta‟ skontar peress li ma jirriflettux biżżejjed il-prezzijiet attwali tas-suq.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/