+4.2 Data requirements
---+15. Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżit tal-Artikolu 76 tal-RTS dwar il-metodoloġija tal-valutazzjoni …
---+16. Sabiex id-data użata fl-iżvilupp tal-mudell u fl-applikazzjoni tal-parametri tar-riskju bħala …
---+17. Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżit tar-rappreżentattività tad-data użata fil-mudelli tal-PD u …
---+18. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jużaw l-istess standards u metodi għall-valutazzjoni …
---+19. Fejn tintuża data esterna jew aggregata, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiksbu biżżejjed …
---+20. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet janalizzaw ir-rappreżentattività tad-data fil-każ ta’ mudelli …
---+21. Sabiex jiġi żgurat li d-data li tintuża għall-iżvilupp tal-mudell għall-assenjazzjoni ta’ …
---+22. Jenħtieġ li għall-finijiet tal-paragrafu 21(a) , l-istituzzjonijiet janalizzaw …
---+23. Għall-finijiet tal-paragrafu 21(b) , jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw li d-definizzjoni …
---+24. Jenħtieġ li għall-finijiet tal-paragrafu 21(c) , l-istituzzjonijiet janalizzaw …
---+25. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet janalizzaw ir-rappreżentattività tad-data f’termini …
---+26. Għall-finijiet tal-paragrafu 21(d) , jenħtieġ li l-istituzzjonijiet janalizzaw jekk, matul …
---+27. Fi ħdan il-mudell tal-PD, ir-rappreżentattività tad-data użata fl-iżvilupp tal-mudell …
---+28. Sabiex l-istituzzjonijiet jiżguraw li d-data użata fil-kwantifikazzjoni tar-riskju tkun …
---+29. Għall-finijiet tal-paragrafu 28(a), jenħtieġ li l-istituzzjonijiet iwettqu analiżi kif …
---+30. Għall-finijiet tal-paragrafu 28(b), u sabiex jiġi żgurat li d-definizzjoni ta’ inadempjenza li …
---+31. Għall-finijiet tal-paragrafu 28(c), jenħtieġ li l-istituzzjonijiet iwettqu analiżi xierqa …
---+32. Għall-finijiet tal-paragrafu 28(d), jenħtieġ li l-istituzzjonijiet iwettqu l-analiżi …
---+33. Għall-finijiet tal-paragrafu 28(e) , jenħtieġ li l-istituzzjonijiet għandhom janalizzaw jekk …
---+34. Meta r-rappreżenetattività tad-data vvalutata skont il-paragrafi 28 sa 33 ma tkunx biżżejjed u …

4.2 Data requirements

4.2.1 Quality of data

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
15. Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżit tal-Artikolu 76 tal-RTS dwar il-metodoloġija tal-valutazzjoni …

Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżit tal-Artikolu 76 tal-RTS dwar il-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-IRB, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikollhom politiki, proċessi u metodi sodi biex jivvalutaw u jtejbu l-kwalità tad-data użata għall-proċessi tal-kejl u tal-immaniġġjar tar-riskju tal-kreditu, jenħtieġ l-istituzzjonijiet jiżguraw li dawk il-politiki japplikaw għad-data kollha użata fl-iżvilupp u fil-kalibrazzjoni tal-mudell, kif ukoll għad-data użata fl-applikazzjoni tal-parametri tar-riskju.

16. Sabiex id-data użata fl-iżvilupp tal-mudell u fl-applikazzjoni tal-parametri tar-riskju bħala …

Sabiex id-data użata fl-iżvilupp tal-mudell u fl-applikazzjoni tal-parametri tar-riskju bħala inputs fil-mudell tissodisfa r-rekwiżiti tal-preċiżjoni, tal-kompletezza u tal-adegwatezza speċifikati fl-Artikolu 174(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li din tkun biżżejjed preċiża biex jiġu evitati distorsjonijiet materjali tal-eżitu tal-assenjazzjoni ta’ skoperturi lil gradi jew aggregazzjonijiet ta’ debituri jew faċilitajiet, u m’għandu jkun fiha l-ebda preġudizzju li jagħmel id-data mhux addattata għall-iskop li intiża għalih. 4.2.2 Governanza għal rappreżentattività tad-data

17. Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżit tar-rappreżentattività tad-data użata fil-mudelli tal-PD u …

Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżit tar-rappreżentattività tad-data użata fil-mudelli tal-PD u tal-LGD speċifikati fl-Artikoli 174(c), 179(1)(d) u 179(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif ukoll fl-Artikoli 40 u 45 tal-RTS dwar il-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-IRB, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikollhom politiki, proċessi u metodi sodi sabiex jivvalutaw ir-rappreżentattività tad-data li tintuża sabiex issir stima tal-parametri tar-riskju. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet, fil-politiki interni tagħhom, jispeċifikaw it-testijiet statistiċi u l-metrika li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni tar-rappreżentattività tad-data użata għad-differenzjazzjoni tar-riskju u, b’mod separat, għad-data li tiddetermina l-kwantifikazzjoni tar-riskju. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jispeċifikaw ukoll metodi għal valutazzjoni kwalitattiva tad-data għall-każijiet, definiti fil-politiki tagħhom, fejn l-applikazzjoni ta’ testijiet statistiċi ma tkunx possibbli.

18. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jużaw l-istess standards u metodi għall-valutazzjoni …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jużaw l-istess standards u metodi għall-valutazzjoni tar-rappreżentattività tad-data ġejja minn sorsi differenti, inkluża data interna, esterna u aggregata jew taħlita ta’ dawn, sakemm ma jkunux iġġustifikati metodi differenti mill-ispeċifiċità tas-sors tad-data jew mid-disponibbiltà tal-informazzjoni.

19. Fejn tintuża data esterna jew aggregata, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiksbu biżżejjed …

Fejn tintuża data esterna jew aggregata, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiksbu biżżejjed informazzjoni mill-fornituri tad-data sabiex jivvalutaw ir-rappreżentattività ta’ din id-data esterna jew aggregata għall-portafolli u l-proċessi tal-istituzzjonijiet stess.

4.2.3 Rappreżentattività tad-data għall-iżvilupp tal-mudell

20. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet janalizzaw ir-rappreżentattività tad-data fil-każ ta’ mudelli …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet janalizzaw ir-rappreżentattività tad-data fil-każ ta’ mudelli statistiċi u mudelli mekkaniċi oħra li jintużaw biex jiġu assenjati skoperturi lill-gradi jew lill-aggregazzjonijiet, kif ukoll fil-każ ta’ mudelli statistiċi ta’ tbassir tal-inadempjenza li jiġġeneraw stimi tal-probabbiltà tal-inadempjenza għal debituri jew faċilitajiet individwali. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jagħżlu sett tad-data xieraq għall-iżvilupp ta’ mudell sabiex jiġi żgurat li l-prestazzjoni tal-mudell fuq il-portafoll tal-applikazzjoni, b’mod partikolari s-setgħa diskriminatorja tiegħu, ma tiġix imxekkla b’mod sinifikanti minn rappreżentattività insuffiċjenti tad-data.

21. Sabiex jiġi żgurat li d-data li tintuża għall-iżvilupp tal-mudell għall-assenjazzjoni ta’ …

Sabiex jiġi żgurat li d-data li tintuża għall-iżvilupp tal-mudell għall-assenjazzjoni ta’ debituri jew skoperturi lil gradi jew aggregazzjonijiet tkun rappreżentattiva tal-portafoll tal-applikazzjoni kopert mill-mudell rilevanti, kif meħtieġ fl-Artikolu 174(c) tar-Regolament (UE) Nru 57/2013 u l-Artikolu 40(2) tal-RTS dwar il-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-IRB, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet janalizzaw ir-rappreżentattività tad-data fl-istadju tal-iżvilupp tal-mudell f’termini ta’ dan kollu li ġej:

  • (a) il-kamp ta’ applikazzjoni;
  • (b) id-definizzjoni ta’ inadempjenza;
  • (c) id-distribuzzjoni tal-karatteristiċi rilevanti tar-riskju;
  • (d) l-istandards tal-għoti ta’ self u l-politiki ta’ rkupru.
22. Jenħtieġ li għall-finijiet tal-paragrafu 21(a) , l-istituzzjonijiet janalizzaw …

Jenħtieġ li għall-finijiet tal-paragrafu 21(a) , l-istituzzjonijiet janalizzaw is-segmentazzjoni tal-iskoperturi u jikkunsidraw jekk kienx hemm xi bidliet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-mudell ikkunsidrat matul il-perjodu kopert mid-data użata sabiex jiġi żviluppat il-mudell għall-assenjazzjoni ta’ debituri jew skoperturi għal gradi jew aggregazzjonijiet. Jenħtieġ li fejn ġew osservati tali bidliet, l-istituzzjonijiet janalizzaw il-motivaturi tar-riskju rilevanti għall-bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-mudelli billi jqabblu d-distribuzzjoni tagħhom fl-RDS qabel u wara l-bidla kif ukoll mad-distribuzzjoni ta’ dawk il-motivaturi tar-riskju fil-portafoll tal-applikazzjoni. Jenħtieġ li għal dan il-għan l-istituzzjonijiet japplikaw metodoloġiji statistiċi bħall-analiżi tal-gruppi jew tekniki simili biex juru r-rappreżentattività. Fil-każ tal-mudelli aggregati, jenħtieġ li l-analiżi ssir fir-rigward tal-parti tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-mudelli użata minn istituzzjoni.

23. Għall-finijiet tal-paragrafu 21(b) , jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw li d-definizzjoni …

Għall-finijiet tal-paragrafu 21(b) , jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw li d-definizzjoni ta’ inadempjenza li tiddetermina d-data użata għall-iżvilupp tal-mudell tkun konsistenti matul iż-żmien u, b’mod partikolari, li tkun konsistenti ma’ dan kollu li ġej:

  • (a) li jkunu saru aġġustamenti biex tinkiseb konsistenza mad-definizzjoni attwali ta’ inadempjenza, fejn id-definizzjoni ta’ inadempjenza tkun inbidlet matul il-perjodu ta’ osservazzjoni;
  • (b) li l-istituzzjoni tkun adottat miżuri adegwati, fejn il-mudell ikopri skoperturi f’diversi ġurisdizzjonijiet li jkollhom jew li kellhom definizzjonijiet ta’ inadempjenza differenti;
  • (c) li d-definizzjoni ta’ inadempjenza f’kull sors tad-data tkun ġiet analizzata b’mod separat;
  • (d) li d-definizzjoni ta’ inadempjenza użata sabiex jiġi żviluppat il-mudell ma jkollhiex impatt negattiv fuq l-istruttura u l-prestazzjoni tal-mudell ta’ klassifikazzjoni, f’termini ta’ differenzazzjoni tar-riskju u kapaċità ta’ tbassir, fejn din id-definizzjoni tkun differenti mid-definizzjoni ta’ inadempjenza li tintuża mill-istituzzjoni skont l-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
24. Jenħtieġ li għall-finijiet tal-paragrafu 21(c) , l-istituzzjonijiet janalizzaw …

Jenħtieġ li għall-finijiet tal-paragrafu 21(c) , l-istituzzjonijiet janalizzaw id-distribuzzjoni u l-firxa ta’ valuri tal-karatteristiċi tar-riskju ewlenin tad-data li tintuża għall-iżvilupp tal-mudell għad-differenzazzjoni tar-riskju meta mqabbla mal-portafoll tal-applikazzjoni. Fir-rigward tal-mudelli tal-LGD, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet iwettqu tali analiżi b’mod separat għal skoperturi inadempjenti u mhux inadempjenti.

25. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet janalizzaw ir-rappreżentattività tad-data f’termini …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet janalizzaw ir-rappreżentattività tad-data f’termini tal-istruttura tal-portafoll skont il-karatteristiċi rilevanti tar-riskju bbażati fuq it-testijiet statistiċi speċifikati fil-politiki tagħhom sabiex jiġi żgurat li l-firxa ta’ valuri osservati f’dawn il-karatteristiċi tar-riskju fil-portafoll tal-applikazzjoni tiġi riflessa b’mod adegwat fil-kampjun tal-iżvilupp. Meta l-applikazzjoni ta’ testijiet statistiċi ma tkunx possibbli, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet iwettqu mill-inqas analiżi kwalitattiva abbażi tal-istatistika deskrittiva tal-istruttura tal-portafoll, filwaqt li jikkunsidraw l-effetti ta’ maturazzjoni possibbli msemmija fl-Artikolu 180(2)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Meta jqisu r-riżultati ta’ din l-analiżi, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw is-sensittività tal-karatteristiċi tar-riskju għall-kundizzjonijiet ekonomiċi. Jenħtieġ li jiġu indirizzati differenzi materjali fil-karatteristiċi ewlenin tar-riskju bejn il-kampjun tad-data u l-portafoll tal-applikazzjoni, pereżempju bl-użu ta’ kampjun tad-data jew subgrupp ta’ osservazzjonijiet ieħor, jew billi dawn il-karatteristiċi tar-riskju jiġu riflessi b’mod adegwat bħala motivaturi tar-riskju fil-mudell.

26. Għall-finijiet tal-paragrafu 21(d) , jenħtieġ li l-istituzzjonijiet janalizzaw jekk, matul …

Għall-finijiet tal-paragrafu 21(d) , jenħtieġ li l-istituzzjonijiet janalizzaw jekk, matul il-perjodu ta’ osservazzjoni storika rilevanti, kienx hemm bidliet sinifikanti fl-istandards ttas-self jew fil-politiki tal-irkupru tagħhom jew fl-ambjent legali rilevanti, inklużi bidliet fil-liġi tal-insolvenza, proċeduri legali ta’ esklużjoni u kwalunkwe regolamenti legali relatati mar-realizzazzjoni ta’ kollaterali, li jistgħu jinfluwenzaw il-livell tar-riskju jew id-distribuzzjoni jew il-meded tal-karatteristiċi tar-riskju fil-portafoll kopert mill-mudell ikkunsidrat. Meta l-istituzzjonijiet josservaw tali bidliet, jenħtieġ li jqabblu d-data inkluża fl-RDS qabel u wara l-bidla tal-politika. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw il-komparabbiltà tal-istandards attwali ta’ sottoskrizzjoni jew ta’ rkupru ma’ dawk applikati mal-osservazzjonijiet inklużi fl-RDS u użati għall-iżvilupp tal-mudell.

27. Fi ħdan il-mudell tal-PD, ir-rappreżentattività tad-data użata fl-iżvilupp tal-mudell …

Fi ħdan il-mudell tal-PD, ir-rappreżentattività tad-data użata fl-iżvilupp tal-mudell għad-differenzazzjoni tar-riskju ma teħtieġx li l-proporzjon ta’ skoperturi inadempjenti u mhux inadempjenti f’dan is-sett tad-data jkun daqs il-proporzjon ta’ skoperturi inadempjenti u mhux inadempjenti fil-portafoll tal-applikazzjoni tal-istituzzjoni. Madankollu, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikollhom għadd suffiċjenti ta’ osservazzjonijiet inadempjenti u mhux inadempjenti fis-sett tad-data tal-iżvilupp u jiddokumentaw id-differenza.

4.2.4 Rappreżentattività tad-data għall-kalibrazzjoni tal-parametri tar-riskju

28. Sabiex l-istituzzjonijiet jiżguraw li d-data użata fil-kwantifikazzjoni tar-riskju tkun …

Sabiex l-istituzzjonijiet jiżguraw li d-data użata fil-kwantifikazzjoni tar-riskju tkun tirrappreżenta l-portafoll tal-applikazzjoni kopert mill-mudell rilevanti skont is-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 6 tal-Kapitolu 3 fil-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2031 u l-Artikolu 45(2) tal-RTS dwar il-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-IRB, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet janalizzaw il-komparabbiltà tad-data użata għall-kalkolu tar-rati ta’ inadempjenza medji fuq perjodu twil jew LGDs medji fuq perjodu twil kif imsemmi fl-Artikolu 179(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u, fejn rilevanti, ir-rappreżentattività tal-aggregazzjoni skont l-Artikolu 179(2)(b) ta’ dak ir-Regolament, f’termini ta’ dan kollu li ġej:

  • (a) il-kamp ta’ applikazzjoni;
  • (b) id-definizzjoni ta’ inadempjenza;
  • (c) id-distribuzzjoni tal-karatteristiċi rilevanti tar-riskju;
  • (d) il-kundizzjonijiet ekonomiċi jew tas-suq attwali u prevedibbli;
  • (e) l-istandards tal-għoti ta’ self u l-politiki ta’ rkupru.
29. Għall-finijiet tal-paragrafu 28(a), jenħtieġ li l-istituzzjonijiet iwettqu analiżi kif …

Għall-finijiet tal-paragrafu 28(a), jenħtieġ li l-istituzzjonijiet iwettqu analiżi kif speċifikat fil-paragrafu 22.

30. Għall-finijiet tal-paragrafu 28(b), u sabiex jiġi żgurat li d-definizzjoni ta’ inadempjenza li …

Għall-finijiet tal-paragrafu 28(b), u sabiex jiġi żgurat li d-definizzjoni ta’ inadempjenza li tiddetermina d-data użata għall-kwantifikazzjoni tar-riskju minn kull sors tad-data tkun konsistenti mar-rekwiżiti tal-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet iqabblu d-definizzjoni ta’ inadempjenza applikata mill-istituzzjoni bħalissa mad-definizzjonijiet użati għall-osservazzjonijiet inklużi fis-sett tad-data użat għall-kwantifikazzjoni tar-riskju. Meta d-definizzjoni ta’ inadempjenza tinbidel matul il-perjodu ta’ osservazzjoni storika, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jivvalutaw ir-rappreżentattività tad-data storika inkluża fl-RDS u li tintuża għall-kwantifikazzjoni tar-riskju bl-istess mod kif speċifikat għal data esterna fil-Kapitolu 6 tal-Linji Gwida tal-EBA dwar l-applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ inadempjenza taħt l-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Meta d-definizzjoni ta’ inadempjenza tinbidel aktar minn darba matul il-perjodu ta’ osservazzjoni storika, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet iwettqu l-analiżi ta’ kull waħda mid-definizzjonijiet tal-passat ta’ inadempjenza b’mod separat.

31. Għall-finijiet tal-paragrafu 28(c), jenħtieġ li l-istituzzjonijiet iwettqu analiżi xierqa …

Għall-finijiet tal-paragrafu 28(c), jenħtieġ li l-istituzzjonijiet iwettqu analiżi xierqa sabiex jiżguraw li fil-livell tas-segment tal-kalibrazzjoni, il-meded tal-valuri tal-karatteristiċi tar-riskju ewlenin fil-portafoll tal-applikazzjoni jkunu paragunabbli ma’ dawk fil-portafoll li jikkostitwixxi s-sett tad-data ta’ referenza għall-kwantifikazzjoni tar-riskju sal-grad meħtieġ sabiex jiġi żgurat li l-kwantifikazzjoni tar-riskju tkun oġġettiva.

32. Għall-finijiet tal-paragrafu 28(d), jenħtieġ li l-istituzzjonijiet iwettqu l-analiżi …

Għall-finijiet tal-paragrafu 28(d), jenħtieġ li l-istituzzjonijiet iwettqu l-analiżi tal-kundizzjonijiet tas-suq u ekonomiċi bbażati fuq id-data kif ġej:

  • (a) fir-rigward tal-istima tal-PD, skont it-taqsima 5.3.4;
  • (b) fir-rigward tal-istima tal-LGD, skont it-taqsima 6.3.2 u filwaqt li titqies il-kunsiderazzjoni tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kif mitlub mill-Artikolu 181(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
33. Għall-finijiet tal-paragrafu 28(e) , jenħtieġ li l-istituzzjonijiet għandhom janalizzaw jekk …

Għall-finijiet tal-paragrafu 28(e) , jenħtieġ li l-istituzzjonijiet għandhom janalizzaw jekk kienx hemm bidliet sinifikanti fl-istandards tas-self jew fil-politiki tal-irkupru matul il-perjodu ta’ osservazzjoni storika rilevanti li jistgħu jinfluwenzaw il-livell tar-riskju jew id-distribuzzjoni jew il-meded tal-karatteristiċi tal-motivaturi tar-riskju rilevanti fil-portafoll kopert mill-mudell ikkunsidrat. Meta l-istituzzjonijiet josservaw tali bidliet, jenħtieġ li janalizzaw il-preġudizzju potenzjali fl-istimi tal-parametri tar-riskju li jirriżultaw minn dawn il-bidliet kif ġej:

  • (a) fir-rigward tal-istima tal-PD, f’termini tal-livell tar-rati ta’ inadempjenza u l-medda probabbli ta’ varjabbiltà tar-rati ta’ inadempjenza;
  • (b) fir-rigward tal-istima tal-LGD, f’termini ta’ rati ta’ telf, it-tul ta’ żmien medju tal-proċessi ta’ rkupru, il-frekwenzi tal-użu ta’ ċerti xenarji ta’ rkupru u d-distribuzzjonijiet ta’ severità tat-telf.
34. Meta r-rappreżenetattività tad-data vvalutata skont il-paragrafi 28 sa 33 ma tkunx biżżejjed u …

Meta r-rappreżenetattività tad-data vvalutata skont il-paragrafi 28 sa 33 ma tkunx biżżejjed u twassal għal preġudizzju jew żieda fl-inċertezza tal-kwantifikazzjoni tar-riskju, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jintroduċu aġġustament xieraq sabiex jikkoreġu l-preġudizzju u japplikaw marġni ta’ konservatiżmu skont it-taqsima 4.4.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/