+8.3 Use of internal ratings and default and loss estimates
---+208. Skont l-Artikolu 144(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikoli 18 sa 21 tal-RTS dwar …
---+209. Għall-finijiet tal-paragrafu 208, ir-raggruppament ta’ stimi kontinwi tal-parametri tar-riskju …
---+210. Fejn l-istituzzjonijiet jużaw stimi tal-parametri tar-riskju għal skopijiet interni li jkunu …

8.3 Use of internal ratings and default and loss estimates

8.3 Use of internal ratings and default and loss estimates

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
208. Skont l-Artikolu 144(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikoli 18 sa 21 tal-RTS dwar …

Skont l-Artikolu 144(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikoli 18 sa 21 tal-RTS dwar il-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-IRB, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jużaw l-istess stimi tal-parametri tar-riskju għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji u għal skopijiet interni, inklużi l-proċessi tal-ġestjoni tar-riskju u tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

  • (a) id-devjazzjoni hija ġustifikata u xierqa għall-qasam tal-użu speċifiku;
  • (b) id-devjazzjoni ma twassalx għal bidla fil-klassifikazzjoni li tordna fl-assenjazzjoni ta’ debituri jew faċilitajiet għal gradi jew aggregazzjonijiet f’segment tal-kalibrazzjoni minflok f’kull grad jew aggregazzjoni;
  • (c) id-devjazzjoni hija dovuta għall-użu tal-parametri għal skopijiet interni mingħajr ma jiġi kkunsidrat l-MoC, mingħajr limiti regolatorji, mingħajr aġġustament tat-tnaqqis fil-każ ta’ stimi tal-LGD jew hija dovuta għall-użu ta’ metodu ta’ kalibrazzjoni differenti, li jista’ jimplika l-ispeċifikazzjoni ta’ segmenti differenti tal-kalibrazzjoni.
209. Għall-finijiet tal-paragrafu 208, ir-raggruppament ta’ stimi kontinwi tal-parametri tar-riskju …

Għall-finijiet tal-paragrafu 208, ir-raggruppament ta’ stimi kontinwi tal-parametri tar-riskju fil-klassifikazzjonijiet omoġenji għal skopijiet interni wkoll jista’ jiġi kkunsidrat bħala xieraq.

210. Fejn l-istituzzjonijiet jużaw stimi tal-parametri tar-riskju għal skopijiet interni li jkunu …

Fejn l-istituzzjonijiet jużaw stimi tal-parametri tar-riskju għal skopijiet interni li jkunu differenti minn dawk li jintużaw fil-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji, jenħtieġ li huma jirriflettu dan kull tant żmien fir-rappurtar intern tagħhom lill-ġestjoni superjuri billi jipprovdu informazzjoni dwar iż-żewġ settijiet ta’ parametri. F’kull każ, jenħtieġ li r-rappurtar intern jinkludi l-elementi kollha speċifikati fl-Artikolu 189(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 abbażi tal-istimi tal-parametri tar-riskju li jintużaw sabiex jiġiu kkalkolati r-rekwiżiti tal-fondi proprji.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/