+43. L- istituzzjonijiet għandhom jartikolaw il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju għall …

43. L- istituzzjonijiet għandhom jartikolaw il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju għall …

L- istituzzjonijiet għandhom jartikolaw il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju għall -IRRBB, b'mod partikolari f’termini tar - riskju għall - valur ekonomiku u għall - qligħ:

  • (a) L- istituzzjonijiet għandhom ikollhom dikjarazzjonijiet iddefiniti ċari dwar il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju li jiġu approvati mill - korp ta’ ġestjoni u implimentati permezz ta’ oqfsa komprensivi tal - predispożizzjoni għar - riskju, jiġifieri politiki u proċeduri biex jiġi llimitat u kkontrollat l -IRRBB.
  • (b) L- oqfsa tal - predispożizzjoni għar - riskju għandhom jiddelinjaw is - setgħat delegati, il -linji ta’ responsabbiltà u ta’ obbligu ta’ rendikont rigward id - deċiżjoni relatati mal - ġestjoni tal - IRRBB, u għandhom jelenkaw l - istrumenti, l - istrateġiji ta’ ħħeġġjar u l - opportunitajiet ta’ teħid ta’ riskju awtorizzati għall -IRRBB.
  • (c) Meta jkunu qed jiddefinixxu l - predispożizzjonijiet tagħhom għar - riskju, l - istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont tar - riskju relatat mal - qligħ li jista’ jirriżulta bħala konsegwenza tat - trattament kontabilistiku tat - tranżazzjonijiet fil - portafoll mhux tan - negozjar. Ir - riskju għall - qligħ jista’ ma jkunx limitat għall - introjtu u l - ispejjeż relatati mal - imgħax: l - effetti tal - bidliet fir -rati tal- imgħax fuq il -valur tal- istrumenti fis - suq li, skont it - trattament kontabilistiku, jiġu riflessi jew fir - rapport tal - introjtu jew inkella direttament fl - ekwità (permezz ta’ introju komprensiv ieħor), għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni separatament. L - istituzzjonijiet għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari l - impatt fuq il - qligħ relatat ma’ opzjonalitajiet inkorporati fi strumenti ta’ valur ġust li jkunu taħt xenarji kontinwi ta’ xokkijiet u ta’ stress fuq ir -rati tal- imgħax. L - istituzzjonijiet għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni wkoll l - impatt potenzjali fuq il - kontijiet P&L tad - derivattivi ħħeġġjati tar - rati tal- imgħax jekk l - effettività tagħhom tkun ixxekklet minn bidliet fir -rati tal- imgħax.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/