+b) Behavioural assumptions for customer accounts without specific repricing dates
---+108. Meta jagħmlu suppożizzjonijiet dwar l - imġiba fil - konfront tal - kontijiet mingħajr dati …

b) Behavioural assumptions for customer accounts without specific repricing dates

b) Behavioural assumptions for customer accounts without specific repricing dates

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
108. Meta jagħmlu suppożizzjonijiet dwar l - imġiba fil - konfront tal - kontijiet mingħajr dati …

Meta jagħmlu suppożizzjonijiet dwar l - imġiba fil - konfront tal - kontijiet mingħajr dati speċifiċi ta’ pprezzar mill - ġdid għall - finijiet ta’ ġestjoni tar - riskju taċ - ċaqliq fir -rata tal- imgħax, l - istituzzjonijiet għandhom:

  • (a) Ikunu jistgħu jidentifikaw bilanċi “ewlenin”, jiġifieri depożiti li jkunu stabbli u li x’aktarx ma jiġux ipprezzati mill - ġdid anke taħt bidliet sinifikanti fl - ambjent tar -rata tal- imgħax, u/jew depożiti oħr a li l- elastiċità limitata tagħhom għal bidliet fir -rata tal- imgħax tista’ tiġi mmudellata mill - banek.
  • (b) Is - suppożizzjonijiet rigward l - immudellar għal dawn id - depożiti għandhom jirriflettu l - karatteristiċi tad - depożitur (eż. bl -imnut/bl- ingrossa) u l - karatteristiċi tal - kont (eż. tranżazzjonali/mhux tranżazzjonali). Hawn taħt tista’ tinstab deskrizzjoni ta’ livell għoli tal - kategoriji deskritti hawn fuq:
  • i. Depożiti tranżazzjonali bl - imnut jinkludu kontijiet mingħajr imgħax u kontijiet oħra bl-imnut li l- komponent ta’ remunerazzjoni tagħhom mhuwiex rilevanti fid - deċiżjoni tal - klijent li jżomm xi flus fil - kont.
  • ii. Depożiti tranżazzjonali mhux bl - imnut jinkludu kontijiet bl - imnut (inklużi dawk regolati) li l - komponent ta’ remunerazzjoni tagħhom ikun rilevanti fid - deċiżjoni tal - klijent li jżomm xi flus fil - kont.
  • iii. Depożiti bl - ingrossa jinkludu kontijiet minn klijenti korporattivi u klijenti bl - ingrossa oħra, bl - esklużjoni ta’ kontijiet interbankarji jew kontijiet oħra kompletament sensittivi għall - prezz.
  • (c) Jivvalutaw il-mig razzjoni potenzjali bejn depożiti mingħajr dati speċifiċi għall - ipprezzar mill - ġdid u depożiti oħra li, taħt xenarji differenti ta’ rati tal - imgħax, jistgħu jimmodifikaw suppożizzjonijiet għall - immudellar ibbażati fuq l - imġiba.
  • (d) Iqisu r - restrizzjonijiet potenzjali fuq l - ipprezzar mill - ġdid ta’ depożiti bl - imnut f’ambjenti ta’ rati tal- imgħax baxxi jew negattivi.
  • (e) Jiżguraw li s - suppożizzjonijiet dwar it - tnaqqis tal - bilanċi ewlenin jew bilanċi mmudellati oħra jkunu prudenti u xierqa fl - ibbilanċjar tal - benefiċċji bi tqabbil mal - qligħ kontra r - riskju addizzjonali għall - valur ekonomiku involut fl - iffissar ta’ redditu futur fuq ir -rata tal- imgħax fuq l - assi ffinanzjati minn dawn il - bilanċi, u d - dħul potenzjali mitluf f’ambjent b’rati tal - imgħax li jkunu qed jogħlew.
  • (f) Ma joqgħodux esklużivament fuq metodi statistiċi jew kwantitattivi biex jiddeterminaw id - dati għall - ipprezzar mill - ġdid skont l - imġiba u l - profil tal - fluss tal - flus tal - NMDs. Barra minn hekk, id - determinazzjoni tas - suppożizzjonijiet xierqa dwar l - immudellar għall - NMDs jista’ jeħtieġ il - kollaborazzjoni ta’ esperti differenti fi ħdan istituzzjoni (eż. id - dipartiment għall - ġestjoni tar - riskju u għall - kontroll tar - riskju, id - dipartimenti tal - bejgħ u tat - teżor).
  • (g) Ikollhom dokumentazzjoni xierqa dwar dawn is - suppożizzjonijiet fil - politiki u l - proċeduri tagħhom, u proċess biex iżommuhom taħt rieżami.
  • (h) Jifhmu l - impatt tas - suppożizzjonijiet fuq l - outputs proprji magħżula tal - kejl tar - riskju tal - istituzzjoni u fuq id - deċiżjonijiet interni dwar l - allokazzjoni tal - kapital, inkluż billi perjodikament jikkalkulaw analiżijiet tas - sensittività fuq parametri ewlenin (eż. perċentwal u maturità tal - bilanċi ewlenin fuq il - kontijiet u r - rata pass - through) u fuq il - miżuri bl - użu ta’ termini kuntrattwali minflok suppożizzjonijiet dw ar l- imġiba, biex jiżolaw l - impatt tas - suppożizzjonijiet kemm fuq il - valur ekonomiku kif ukoll fuq il - qligħ.
  • (i) Iwettqu ttestjar tal - istress biex jifhmu s - sensittività tal - kejl magħżul tar - riskju għal bidliet fis - suppożizzjonijiet ewlenin, filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni r - riżultati ta’ dawn it - testijiet fid - deċiżjonijiet interni dwar l - allokazzjoni tal - kapital.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/