+c) Corporate planning assumptions for own equity capital
---+109. Fejn l - istituzzjonijiet jiddeċiedu li jadottaw politika maħsuba biex tistabbilizza l - qligħ …
---+110. Meta jkunu qed jiddeċiedu s - suppożizzjonijiet dwar it - terminu tal - investiment għall - …
---+111. Is - suppożizzjonijiet dwar it - terminu tal -inv estiment li jintużaw biex jiġu ġestiti r - …
---+112. Fejn istituzzjoni ma tkunx issettjat suppożizzjonijiet espliċiti għat - terminu ta’ …

c) Corporate planning assumptions for own equity capital

c) Corporate planning assumptions for own equity capital

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
109. Fejn l - istituzzjonijiet jiddeċiedu li jadottaw politika maħsuba biex tistabbilizza l - qligħ …

Fejn l - istituzzjonijiet jiddeċiedu li jadottaw politika maħsuba biex tistabbilizza l - qligħ li jirriżulta mill - ekwità proprja tagħhom, huma għandhom:

  • (a) ikollhom metodoloġija xierqa biex jiddeterminaw liema elementi tal - kapital ta’ ekwità għandhom jitqiesu bħala eliġibbli għal dan it - trattament;
  • (b) jiddeterminaw xi jkun profil prudenti ta' maturità tal - investimenti għall - kapital ta’ ekwità eliġibbli li jibbilanċja l - benefiċċji tal - istabbilizzazzjoni tal - introjtu li jirriżultaw mit - teħid ta’ pożizzjonijiet ta’ redditu fiss aktar fit - tul, bi tqabbil mas - sensittività tal - valur ekonomik u addizzjonali ta’ dawk il - pożizzjonijiet taħt stress fuq ir -rati tal- imgħax, u mar - riskju ta’ prestazzjoni insuffiċjenti tal - qligħ jekk jogħlew ir -rati;
  • (c) jinkludu dokumentazzjoni xierqa dwar dawn is - suppożizzjonijiet fil - politiki u l - proċeduri tagħhom, u jinkludu proċess biex iżommuhom taħt rieżami;
  • (d) jifhmu l - impatt tal - profil ta’ maturità magħżul fuq l - outputs tal - kejl tar - riskju magħżula mill - istituzzjoni stess, inkluż b’kalkolu regolari tal - kejl mingħajr l - inklużjoni tal - kapital ta’ ekwità sabiex jiġu iżolati l - effetti kemm fuq l - EVE kif ukoll fuq il - perspettivi tal - qligħ; u
  • (e) iwettqu ttestjar tal - istress biex jifhmu s - sensittività tal - kejl tar - riskju għal bidliet fis - suppożizzjonijiet ewlenin għall - kapital ta’ ekwità, filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni r-riżultati ta’ dawn it - testijiet fid - deċiżjonijiet interni tagħhom dwar l - allokazzjoni tal - kapital għall -IRRBB.
110. Meta jkunu qed jiddeċiedu s - suppożizzjonijiet dwar it - terminu tal - investiment għall - …

Meta jkunu qed jiddeċiedu s - suppożizzjonijiet dwar it - terminu tal - investiment għall - kapital tal- ekwità, l - istituzzjonijiet għandhom jevitaw li jieħdu pożizzjonijiet ta’ stabbilizzazzjoni tal - introjtu li jnaqqsu b’mod sinifikanti l - kapaċità tagħhom li jaġġustaw għal bidliet sinifikanti fl - ambjent ekonomiku u ta’ negozju sottostanti.

111. Is - suppożizzjonijiet dwar it - terminu tal -inv estiment li jintużaw biex jiġu ġestiti r - …

Is - suppożizzjonijiet dwar it - terminu tal -inv estiment li jintużaw biex jiġu ġestiti r - riskji għall - qligħ u s - sensittività tal - valur ekonomiku, li jirriżultaw mill - kapital ta’ ekwità, għandhom jitqiesu bħala parti miċ - ċiklu normali tal - ippjanar korporattiv, u dawn is - suppożizzjonijiet ma għandhomx jinbidlu sempliċiment biex jirriflettu bidla fl - aspettattivi tal - istituzzjoni dwar il - perkors tar -rati tal- imgħax fil - futur. Kwalunkwe użu ta’ portafolli ta’ derivattivi jew ta’ assi biex jinkiseb il - profil ta’ investiment mixtieq għandu jiġi ddokumentat u rreġistrat b’mod ċar.

112. Fejn istituzzjoni ma tkunx issettjat suppożizzjonijiet espliċiti għat - terminu ta’ …

Fejn istituzzjoni ma tkunx issettjat suppożizzjonijiet espliċiti għat - terminu ta’ investiment tal- kapital ta’ ekwità jew tissettja suppożizzjonijiet li jkunu espliċitament fuq terminu qasir, l - istituzzjoni għandha tiżgura li s - sistemi u l- informazzjoni għall - maniġment tagħha jkunu jistgħu jidentifikaw l - implikazzjonijiet tal - approċċ magħżul tagħha fuq il - volatilità kemm tal - qligħ kif ukoll tal - valur ekonomiku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/