+20. Il-programm tal-ittestjar tal-istress tal- istituzzjoni għandu jkun iddokumentat kif xieraq …
|
20. Il-programm tal-ittestjar tal-istress tal- istituzzjoni għandu jkun iddokumentat kif xieraq …
Il-programm tal-ittestjar tal-istress tal- istituzzjoni għandu jkun iddokumentat kif xieraq għat - tipi kollha ta’ testijiet tal - istress imwettqa fil -livell tat- tip ta’ riskju wieħed u/jew tal -portafoll, kif ukoll fil-livell tad- ditta kollha. Id - dokumentazzjoni għandha tkopri tal - inqas: - a) l- approċċ tal -ittestjar tal- istress;
- b) l-interkonnessjonijiet possibbli bejn it-testijiet tal-istress tas-solvenza u t-testijiet tal-istress tal- likwidità, jiġifieri immappjar bej n id-deterjorament dwar il- pożizzjoni kapitali (solvenza) u l- kapaċità li jinħarġu karti kummerċjali u bonds (likwidità), probabbiltajiet immotivati minn xejriet ta’ inadempjenza (solvenza) u l -migrazzjoni tal-klassifikazzjoni implikata tal- assi mhux mirhu na tal-banek u l- effett fuq kollateral depożitat fil -bank ċentrali rilevanti (likwidità), iż - żieda f’self improduttiv mistenni (solvenza) u t - tnaqqis fl - influssi mistennija minn ħlasijiet lura ta’ self jew minn bonds korporattivi mhux finanzjari (likwidità ), jew nuqqas ta’ likwidità possibbli (likwidità) u bejgħ bl - għaġġla ta’ assi (solvenza), u żieda fl - ispejjeż tal -finanzjament (likwidità) u l-effetti tal- P&L (solvenza);
- c) ir-rwoli u r-responsabbiltajiet kif determinati fil-politika interna, bl- ispeċifikazz joni tar-rwoli għat -tieni u t- tielet linja ta’ difiża, u l - proċessi għal mill - inqas it - twettiq tal - programm tal-ittestjar tal- istress;
- d) deskrizzjoni tal- proċess sħiħ tat -tfassil, l-approvazzjoni, it- twettiq, il - monitoraġġ tal - prestazzjoni u l-valutazzjoni perjodika tal-programm tal-ittestjar tal-istress u l- eżiti tiegħu;
- e) deskrizzjoni tal- proċessi għall -evalwazzjoni tal- eżiti tal -ittestjar tal- istress, inklużi d - dettalji ta’ oqsma li jeħtieġu ġudizzju manwali jew uman f’ċerti partijiet, u wkoll tal - proċess għall - użu tar - riżultati għall -infurmar tal- azzjonijiet ta’ ġestjoni u l - istrateġija tal - istituzzjoni; u
- f) deskrizzjoni u inventarju tal-applikazzjonijiet rilevanti tal- IT użati għall -ittestjar tal-istress (u fejn jeżisti inventarju ċentrali, tista’ ssir referenza għalih).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|