|
+14.2.1 L-istabbiliment ta’ aggregazzjonijiet ta’ bonusijiet |
14.2.1 L-istabbiliment ta’ aggregazzjonijiet ta’ bonusijiet238.L- istituzzjonijiet għandhom jiddefinixxu aggregazzjoni ta’ bonusijiet waħda jew iżjed għall - perjodu li għalih tingħata r -remunerazzjoni varjabbli u jikkalkolaw l-aggregazzjoni ta’ bonusijiet globali tal- istituzzjoni kollha bħala somma ta’ dawn l -aggregazzjonijiet ta’ bonusijiet. 239. Meta jistabbilixxu l -aggregazzjonijiet ta’ bonusijiet, l- istituzzjonijiet għandhom iqisu l - proporzjon bejn il-komponenti varjabbli u fissi tar-remu nerazzjoni totali applikabbli għall - kategoriji ta’ persunal identifikat, il- kriterji ta’ prestazzjoni u ta’ riskju definiti għall -istituzzjoni sħiħa, l -objettivi ta’ kontroll u s-sitwazzjoni finanzjarja tal- istituzzjoni, inklużi l - bażi kapitali u l - likwidi tà tagħha. L -indikaturi tal- prestazzjoni użati għall -kalkolu tal-aggregazzjoni ta’ bonusijiet għandhom jinkludu l -indikaturi tal-prestazzjoni fit- tul u jqisu r - riżultati finanzjarji miksubin. Għandu jkun hemm fis - seħħ użu prudenti ta’ metodi kontabilistiċi u ta’ valutazzjoni li jiżgura evalwazzjoni vera u ġusta tar - riżultati finanzjarji, tal - bażi kapitali u tal -likwidità. 240.L- aggregazzjonijiet ta’ bonusijiet m’għandhomx jiġu stabbiliti f’ċertu livell sabiex jiġu ssodisfati t-talbiet tar-remunerazzjoni. 241.L-isti tuzzjonijiet għandu jkollhom proċessi u kontrolli xierqa fis - seħħ meta jistabbilixxu l - aggregazzjoni ta’ bonusijiet globali. 242.Meta l- istituzzjonijiet jużaw approċċ minn fuq għal isfel, għandhom jistabbilixxu l -ammont tal-aggregazzjoni tal-bonusijiet fil-livell tal- istituzzjoni, li mbagħad jiġi distribwit għalkollox jew parzjalment bejn l-unitajiet tan-negozju u l-funzjonijiet tal-kontroll wara l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tagħhom. Sussegwentement l - għotjiet individwali għandhom ikunu bbażati fuq il - valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-individwu. 243.Meta l- istituzzjonijiet jistabbilixxu l - aggregazzjoni ta’ bonusijiet f’approċċ minn isfel għal fuq, il - proċess għandu jibda fil -livell tal-membru tal-persunal individwali. Skont il-kriterji tal-prestazzjoni li fuqhom huwa vvalutat il - persunal, għandha ssir allokazzjoni tal -aggregazzjoni ta’ bonusijiet għall -membru tal-persunal; l-aggregazzjoni ta’ bonusijiet tal-unità tan-negozju u tal-istituzzjoni hija daqs is -somom tal- għotjiet potenzjali allokati għal -livelli subordinati rispettivi. L-istituzzjoni għandha tiżgura li l -prestazzjoni globali tal- istituzzjoni titqies b’mod xieraq. 244. Meta tiġi distribwita l -aggregazzjoni ta’ bonusijiet fil-livel tal-unità tan-negozju jew lill-membru tal-persunal individwali, l-allokazzjoni għandha tkun ibbażata kif xieraq fuq il -formuli predefiniti u fuq l - approċċi ta’ ġudizzju. L - istituzzjonijiet jistgħu jużaw sistemi ta’ punteġġ jew metodi xierqa oħrajn sabiex jgħaqqdu approċċi differenti. 245. Meta jagħżlu l - approċċ, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu dan li ġej: il - formuli huma iktar trasparenti u, għalhekk, iwasslu għal inċentivi iktar ċari, peress li l -membru tal-persunal jaf il-fatturi kollha li jiddeterminaw ir - remunerazzjoni varjabbli tiegħu jew tagħha. Madanakollu, il - formuli jistgħu ma jkoprux l - objettivi kollha, speċjalment dawk kwalitattivi, li jistgħu jkunu koperti aħjar minn approċċi tal - ġudizzju. L - approċċ tal - ġudizzju jagħti aktar flessibilità lill - maniġment u, għalhekk, jista’ jdgħajjef l -effett tal- inċentiv ibbażat fuq ir -riskju tar-remunerazzjoni varjabbli bbażata fuq il - prestazzjoni. Għalhekk, għandu jiġi applikat b’kontrolli xierqa u fi proċess dokumentat sew u trasparenti. 246. Fatturi bħal -limitazzjonijiet tal- baġit, iż - żamma tal -persunal u l-konsiderazzjonijiet tar-reklutaġġ, is -sussidju fost l-unitajiet tan- negozju eċċ. m’għandhomx jiddominaw id -distribuzzjoni tal- aggregazzjoni ta’ bonusijiet għaliex dawn jistgħu jdgħajfu r -relazzjoni bejn il-prestazzjoni, ir-riskju u r-remunerazzjoni. 247.L- istituzzjonijiet għandhom iżommu rekords dwar kif ġew stabbiliti l -aggregazzjoni ta’ bonusijiet u r-remunerazzjoni tal- persunal, inkluż kif ingħaqdu flimkien stimi bbażati fuq approċċi differenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|