+83. Għall - iskopijiet ta’ hawn fuq, id -ditti ta’ investiment u l- awtoritajiet kompetenti …
|
83. Għall - iskopijiet ta’ hawn fuq, id -ditti ta’ investiment u l- awtoritajiet kompetenti …
Għall - iskopijiet ta’ hawn fuq, id -ditti ta’ investiment u l- awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu tal- inqas il - kriterji li ġejjin: - a. L-assi fil- karta bilanċjali u dawk li ma jidhrux fil - karta bilanċjali tad -ditta ta’ investiment u jekk id- ditta ta’ investiment tissodisfax il -kriterji u l-limiti stabbiliti fil-paragrafi 4 tal-Artikolu 32 tad-Direttiva (UE) 2019/2034;
- b. jekk id- ditta ta’ investiment tkun awtorizzata żżomm il -flus jew l-assi tal-klijenti;
- c. it-tip ta’ attivitajiet u servi zzi awtorizzati (eż. it - Taqsimiet A u B tal-Anness I għad - Direttiva 2014/65/UE) u servizzi oħrajn (eż. servizzi ta’ kklerjar) imwettqa mid -ditta ta’ investiment;
- d. l- ammont ta’ assi ġestiti;
- e. l-assi salvagwardjati u amministrati;
- f. il-volum tal-ordnijiet tal-klijenti indirizzati;
- g. il-volum tal-fluss tan-negozjar ta’ kuljum;
- h. il- preżenza ġeografika tad -ditta ta’ investiment u d- daqs tal -operazzjonijiet f’kull ġurisdizzjoni, inkluż fil - pajjiżi terzi;
- i. il- forma ġuridika u l -ekwità disponibbli u l-istrumenti tad-dejn;
- j. il- metodi użati biex jiġu ddeterminati r - rekwiżiti kapitali; EBA Public
- k. jekk id- ditta ta’ investiment hija parti minn grupp u, jekk hu minnu, il -valutazzjoni ta’ proporzjonalità li saret għall -grupp u l- karatteristiċi tal - grupp li għalih tappartje ni d-ditta ta’ investiment;
- l. l- istrateġija tan -negozju sottostanti;
- m. l-istruttura tal-attivitajiet tan-negozju u l- perjodu ta’ żmien, kemm jistgħu jitkejlu u kemm huma prevedibbli r -riskji tal-attivitajiet tan-negozju;
- n. l-istruttura tal-finanzjament tad-ditta ta’ investiment;
- o. l-organizzazzjoni interna tad- ditta ta’ investiment, inkluż il -livell tar-remunerazzjoni varjabbli li jista’ jitħallas lill -persunal identitifkat;
- p. is-sorsi ewlenin u l-istruttura tal-profitti u t-telf tad-ditta ta’ investiment;
- q. it-tip ta’ klijenti (eż. konsumaturi, korporazzjonijiet, negozji żgħar, entità pubblika);
- r. il-kumplessità tal-istrumenti finanzjarji jew kuntratti.
- s. il-funzjonijiet u l-kanali ta’ distribuzzjoni esternalizzati;
- t. is-sistemi tat- teknoloġija tal - informazzjoni (IT) eżistenti, inkluż is -sistemi ta’ kontinwità u l-funzjonijiet ta’ esternalizzazzjoni f’dan il- qasam.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|