+273. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali għar …
|
273. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali għar …
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali għar - riskji materjali u l - elementi tar - riskji li joħorġu mill - attivitajiet t ad- ditta tal - investiment, filwaqt li jqisu s - sitwazzjonijiet kollha elenkati fl - Artikolu 40(1) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, inklużi: - a. ir- riskji jew l - elementi tar - riskji li d - ditta tal - investiment tkun esposta għalihom jew toħloq għal oħrajn mhumiex koperti jew mhumiex koperti biżżejjed minn ammonti, tipi u distribuzzjoni adegwati tal - kapital f’konformità mal - Parti Tlieta jew Erbgħa tar - Regolament (UE) 2019/2033;
- b. nuqqasijiet fl - arranġamenti, fil - proċessi, fil - mekkaniżmi u fl - istrateġiji tad - ditti tal - investiment, jekk tali nuqqasijiet ma jkunux jistgħu jiġu solvuti f’perjodu ta’ żmien xieraq;
- c. nuqqasijiet fl - aġġustamenti tad - ditta tal - investiment fir - rigward tal - valwazzjoni prudenti tal - portafoll tan - negozjar li jippermettulha tbigħ jew tiħħeġġja l - pożizzjonijiet tagħha f’perjodu qasir mingħajr ma ġġarrab telf materjali f’kundizzjonijiet normali tas - suq;
- d. in- nuqqas ta’ konformità tad - ditta tal - investiment mar - rekwiżit għall - applikazzjoni tal - mudelli interni permessi li jwasslu għal livelli inadegwati ta’ kapital; u
- e. il- falliment ripetut tad - ditta tal - investiment li tistabbilixxi jew iżżomm livell adegwat ta’ fondi proprji addizzjonali, kif stabbilit fl - Artikolu 41 tad - Direttiva (UE) 2019/2034.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|