+7.2 Determinazzjoni tar - rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali
---+273. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali għar …
---+274. L- ammont totali tar - rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali għandu jkun is - somma ta’ …
---+275. L- awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa jistabbilixxu l - livell ta’ rekwiżit ta’ fondi …
---+276. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw fuq is - sorsi ta’ informazzjoni li ġejjin għall …
---+277. Kif imsemmi fil - paragrafu 276, il- punt (a), l- ICAAP u l - eżiti tal - valutazzjoni tiegħu …
---+278. Kif imsemmi fil - paragrafu 276, il- punt (b), meta jkun xieraq, il - pjan ta’ rkupru u l - …
---+279. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - ICAAP huwiex qed ikopri kemm: a. ir- …
---+280. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l- affidabbiltà tal - kalkoli tal -ICAAP …
---+281. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw aktar l - affidabbiltà tal - kalkoli tal -ICAAP …
---+282. Kalkolu ta’ ICAAP għandu jiġi kkunsidrat parzjalment affidabbli meta, minkejja li ma jilħaqx …
---+283. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżviluppaw u japplikaw punti ta’ riferiment superviżorji …
---+284. Il- punti ta’ riferiment superviżorji għandhom jiġi żviluppati, filwaqt li titqies l - …
---+285. Minħabba l - varjetà tal - mudelli tan - negozju differenti operati mid - daqs u l - …
---+286. Meta l - awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw il -p unti ta’ riferiment superviżorji għad - …
---+287. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw inputs rilevanti oħrajn biex jappoġġaw id - …
---+288. Inputs rilevanti oħrajn għandhom iħeġġu lill - awtoritajiet kompetenti biex jerġgħu jivvalutaw …
---+289. Biex jiżguraw il - konsistenza fid - determinazzjoni ta’ rekwiżit ta’ fondi proprji …
---+290. Meta l - awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw inputs rilevanti oħrajn għad - d eterminazzjoni …
---+291. Jekk, matul ir - reviżjoni kontinwa tal - approċċi interni skont ir - rekwiżiti tal - Artikolu …
---+292. Jekk matul ir - reviżjonijiet tagħhom skont l - Artikolu 36 tad - Direttiva (UE) 2019/2034, u …
---+293. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu fondi proprji addizzjonali biex ikopru n- …
---+294. Meta ditta tal - investiment li ma tissodisfax il - kundizzjonijiet biex tikkwalifika bħala …
|
7.2 Determinazzjoni tar - rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali
7.2 Determinazzjoni tar - rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
273. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali għar …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali għar - riskji materjali u l - elementi tar - riskji li joħorġu mill - attivitajiet t ad- ditta tal - investiment, filwaqt li jqisu s - sitwazzjonijiet kollha elenkati fl - Artikolu 40(1) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, inklużi: - a. ir- riskji jew l - elementi tar - riskji li d - ditta tal - investiment tkun esposta għalihom jew toħloq għal oħrajn mhumiex koperti jew mhumiex koperti biżżejjed minn ammonti, tipi u distribuzzjoni adegwati tal - kapital f’konformità mal - Parti Tlieta jew Erbgħa tar - Regolament (UE) 2019/2033;
- b. nuqqasijiet fl - arranġamenti, fil - proċessi, fil - mekkaniżmi u fl - istrateġiji tad - ditti tal - investiment, jekk tali nuqqasijiet ma jkunux jistgħu jiġu solvuti f’perjodu ta’ żmien xieraq;
- c. nuqqasijiet fl - aġġustamenti tad - ditta tal - investiment fir - rigward tal - valwazzjoni prudenti tal - portafoll tan - negozjar li jippermettulha tbigħ jew tiħħeġġja l - pożizzjonijiet tagħha f’perjodu qasir mingħajr ma ġġarrab telf materjali f’kundizzjonijiet normali tas - suq;
- d. in- nuqqas ta’ konformità tad - ditta tal - investiment mar - rekwiżit għall - applikazzjoni tal - mudelli interni permessi li jwasslu għal livelli inadegwati ta’ kapital; u
- e. il- falliment ripetut tad - ditta tal - investiment li tistabbilixxi jew iżżomm livell adegwat ta’ fondi proprji addizzjonali, kif stabbilit fl - Artikolu 41 tad - Direttiva (UE) 2019/2034.
|
|
274. L- ammont totali tar - rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali għandu jkun is - somma ta’ …
|
L- ammont totali tar - rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali għandu jkun is - somma ta’ kwalunkwe rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali ddeterminat mill - awtoritajiet kompetenti li jkopri s - sitwazzjonijiet kollha elenkati fil - paragrafu preċedenti. 80 7.2.1 Determinazzjoni tal- fondi proprji addizzjonali biex jiġu koperti r-riskji jew l-elementi ta’ riskji mhux koperti jew mhux koperti biżżejjed mill -Parti Tlieta jew Erbgħa tar -Regolament (UE) 2019/2033
|
|
275. L- awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa jistabbilixxu l - livell ta’ rekwiżit ta’ fondi …
|
L- awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa jistabbilixxu l - livell ta’ rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali biex ikopru r - riskji jew l - elementi ta’ riskji li mhumiex koperti jew li mhumiex koperti biżżejjed mill - Parti Tlieta u Erbgħa tar - Regolament (UE) 2019/2033 speċifikati aktar mir - regolament delegat adottat f’konformità mal - Artikolu 40(6) tad - Direttiva (UE) 2019/20 34 u wara l - valutazzjoni tar - riskju mwettqa skont it - Titolu 6.
|
|
276. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw fuq is - sorsi ta’ informazzjoni li ġejjin għall …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw fuq is - sorsi ta’ informazzjoni li ġejjin għall - identifikazzjoni, il - valutazzjoni, u l - kwantifikazzjoni ta’ tali riskji jew elementi ta’ riskji: - a. għal ditti tal - investiment li ma jissodisfawx il - kriterji biex jikkwalifikaw bħala ditta tal - investiment żgħira jew mhux interkonnessa stabbiliti fl - Artikolu 12(1) tar - Regolament (UE) 2019/2033, gruppi ta’ ditti tal - investiment, u għal ditti tal - in vestiment li jissodisfaw dawk il - kriterji meta l - awtorità kompetenti tqis li jkun xieraq, l - ICARAP jew l - ICARAP konsolidati fil - każ ta’ gruppi ta’ ditti tal - investiment, u b’mod aktar speċifiku l - komponent tal - ICAAP tagħhom, u l - eżiti tal - valutazzjoni tagħhom mill - awtorità kompetenti, inklużi l - kalkoli tal - ICAAP, meta jitqiesu affidabbli jew parzjalment affidabbli skont il - paragrafi 279 sa 282;
- b. għad - ditti tal - investiment soġġetti għad - Direttiva 2014/59/UE, il- pjan ta’ rkupru u l- eżiti tal - valutazzjoni tiegħu mill - awtorità kompetenti, filwaqt li jitqiesu r - rekwiżiti għall - pjanijiet ta’ rkupru applikabbli għad - ditta tal - investiment taħt reviżjoni;
- c. rapportar superviżorju;
- d. l- eżiti tal - valutazzjoni superviżorja u kwalunkwe kalkolu tal - punti ta’ riferiment;
- e. l- eżiti ta’ kwalunkwe attività superviżorja preċedenti rilevanti; u
- f. kwalunkwe input rilevanti ieħor, inklużi dawk li jirriżultaw minn interazzjonijiet u djalogi mad- ditta tal - investiment, studji dwar is - suq pubbliku jew fehmiet settorjali u tal - portafoll.
|
|
277. Kif imsemmi fil - paragrafu 276, il- punt (a), l- ICAAP u l - eżiti tal - valutazzjoni tiegħu …
|
Kif imsemmi fil - paragrafu 276, il- punt (a), l- ICAAP u l - eżiti tal - valutazzjoni tiegħu għandhom jitqiesu mill - awtoritajiet kompetenti bħala wieħed mill - inputs ewlenin għall - identifikazzjoni u l - valutazzjoni tar - riskji u l - elementi tar - riskji, li joħorġu kemm minn negozji mhux regolati kif ukoll minn negozji regolati, li d - ditta tal - investiment hija esposta għalihom jew toħloq għall - klijenti u s - swieq. Il - kwantifikazzjoni tal - ammont ta’ kapital meqjus bħala adegwat u eventwalment rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali għandha tqis, fost inputs oħrajn, il - kalkoli tal - ICAAP jekk jitqiesu affidabbli jew parzjalment affidabbli.
|
|
278. Kif imsemmi fil - paragrafu 276, il- punt (b), meta jkun xieraq, il - pjan ta’ rkupru u l - …
|
Kif imsemmi fil - paragrafu 276, il- punt (b), meta jkun xieraq, il - pjan ta’ rkupru u l - valutazzjoni tiegħu għandhom jitqiesu mill - awtoritajiet kompetenti biex jappoġġaw id - determinazzjoni tal - kapital meqjus adegwat għal stralċ ordnat, kif speċifikat aktar permezz tar - regolament delegat adottat f’konformità mal - Artikolu 40(6) tad - Direttiva (UE) 2019/2034. B’mod aktar speċifiku, l - awtorità kompetenti għandha tuża l - inputs tal - 81 pjan ta’ rkupru biex tidentifika linji operatorji ewlenin u funzjonijiet kritiċi, azzjonijiet ta’ rkupru, arranġamenti ta’ governanza, passi operazzjonali, u xenarji. Dawn jistgħu jingranaw ix - xenarji użati fil - pjan ta’ rkupru billi jżidu l - livell ta’ severità tagħhom biex jiksbu xenarju ta’ stralċ. Kalkoli tal -ICAAP
|
|
279. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - ICAAP huwiex qed ikopri kemm: a. ir- …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - ICAAP huwiex qed ikopri kemm: - a. ir- riskji jew l - elementi tar - riskji li d - ditta tal - investiment jew il - grupp ta’ ditti tal - investiment ikunu esposti għalihom jew joħolqu għal oħrajn li joħorġu mi n- negozji u l - operazzjonijiet tagħha jew regolati jew mhux regolati; kif ukoll
- b. il- passi u r - riżorsi meħtieġa iżda wkoll ir - riskji jew l - elementi ta’ riskji li jistgħu jirriżultaw minn proċess ta’ stralċ ordnat.
|
|
280. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l- affidabbiltà tal - kalkoli tal -ICAAP …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l- affidabbiltà tal - kalkoli tal -ICAAP relatati mal - paragrafu 279, il- punti (a) u (b), billi jivvalutaw jekk humiex: - a. konsistenti biżżejjed: ir - riskji kkwantifikati għandhom ikunu proporzjonati mal - mudell tan - negozju, mal - kompożizzjoni tal - portafoll u mal - istrateġija tan - negozjar tad - ditta tal - investiment;
- b. granulari biżżejjed: metodoloġiji tal - ICAAP għandhom jippermettu li l - kalkoli jitqassmu tal - inqas skont il - kategorija tar - riskju21 , meta possibbli jitqassmu riskju b’riskju, pjuttost milli jippreżentaw kalkolu waħdieni (kapital ekonomiku) li jkopri r - riskji kollha;
- c. kredibbli biżżejjed: il - kalkoli/il - metodoloġiji użati għandhom ikopru b’mod ċar ir - riskji li qegħdin ifittxu li jindirizzaw għandhom ikunu bbażati fuq l - għarfien u l - esperjenza tad - ditta tal - investiment, jew, meta applikabbli, fuq mudelli xierqa u suppożizzjonijiet prudenti;
- d. mifhuma biżżejjed: il - motivaturi sottostanti tal - kalkoli/metodoloġiji għandhom ikunu speċifikati b’mod ċar. Kalkolu ta’ “kaxxa sewda” ma għandux ikun aċċettabbli; u
- e. komparabbli biżżejjed: l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l - metodoloġiji tal - kejl tar - riskju tal - ICAAP, billi jaġġustaw, jew jeħtieġu lid - ditta tal - investiment taġġustahom biex tiffaċilita l - komparabbiltà mal - pari u l - istimi tal - punti ta’ riferiment superviżorji.
|
|
281. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw aktar l - affidabbiltà tal - kalkoli tal -ICAAP …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw aktar l - affidabbiltà tal - kalkoli tal -ICAAP billi jqabbluhom mal - eżitu tal - punti ta’ riferiment superviżorji għall - istess riskji jew, jekk komparabbli biżżejjed, l - istess kategoriji ta’ riskju, u inputs rilevanti oħrajn. 21 Il- kategoriji tar - riskju jkopru r - riskji assoċjati ma’ stralċ ordnat, riskju għall - klijenti, riskju għas - swieq, riskju għad - ditti u riskji oħrajn speċifikati aktar permezz tar - regolament delegat adottat f’konformità mal -A rtikolu 40(6) tad - Direttiva (UE) 2019/2034. 82
|
|
282. Kalkolu ta’ ICAAP għandu jiġi kkunsidrat parzjalment affidabbli meta, minkejja li ma jilħaqx …
|
Kalkolu ta’ ICAAP għandu jiġi kkunsidrat parzjalment affidabbli meta, minkejja li ma jilħaqx il - kriterji kollha msemmija hawn fuq, il - kalkolu xorta jidher kredibbli ħafna, għalkemm dan għandu jkun fuq bażi eċċezzjonali u akkumpanjat minn passi biex jittejbu l - insuffiċjenzi identifikati fil - kalkolu tal -ICAAP. Punti ta’ riferiment superviżorji
|
|
283. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżviluppaw u japplikaw punti ta’ riferiment superviżorji …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżviluppaw u japplikaw punti ta’ riferiment superviżorji speċifiċi għar - riskju bħala mezz biex jikkontestaw il - kalkoli tal - ICAAP għal dawk ir- riskji materjali, jew elementi ta’ tali riskji, li mhumiex koperti, jew mhumiex koperti biżżejjed mill - Parti Tlieta u Erbgħa ta r- Regolament (UE) 2019/2033, jew li jkomplu jappoġġaw id - determinazzjoni ta’ kategorija skont it - tip ta’ riskju u preferibbilment ta’ rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali skont it - tip ta’ riskju fejn il - kalkoli tal - ICAAP għal dawk ir- riskji materjali, jew l - elementi ta’ tali riskji, jitqiesu inaffidabbli jew ma jkunux disponibbli.
|
|
284. Il- punti ta’ riferiment superviżorji għandhom jiġi żviluppati, filwaqt li titqies l - …
|
Il- punti ta’ riferiment superviżorji għandhom jiġi żviluppati, filwaqt li titqies l - implimentazzjoni fuq l - awtoritajiet kompetenti, meta tkun tista’ tiġi pprovduta miżura prudenti, konsistenti, trasparenti u komparabbli biex il - kapital meqjus adegwat għal kategorija jew element ta’ riskju partikolari jiġi mqabbel fost id - ditti tal - investiment.
|
|
285. Minħabba l - varjetà tal - mudelli tan - negozju differenti operati mid - daqs u l - …
|
Minħabba l - varjetà tal - mudelli tan - negozju differenti operati mid - daqs u l - kumplessità tad - ditti tal - investimenti, l - eżitu tal - punti ta’ riferiment superviżorji jista’ ma jkunx xieraq f’kull każ għal kull ditta tal - investiment. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jindirizzaw dan billi jużaw l - aktar punti ta’ riferiment adattat meta jkun hemm alternattivi disponibbli, u billi japplikaw ġudizzju fuq l - eżitu tal - punt ta’ riferiment biex jagħtu kont għall - kunsiderazzjonijiet speċifiċi għall - mudell tan - negozju u speċifiċi għad - ditta tal - investiment.
|
|
286. Meta l - awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw il -p unti ta’ riferiment superviżorji għad - …
|
Meta l - awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw il -p unti ta’ riferiment superviżorji għad - determinazzjoni tar - rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali, bħala parti mid - djalogu, huma għandhom jispjegaw lid - ditta tal - investiment il - loġika u l - prinċipji sottostanti ġenerali wara l- punti ta’ riferiment. Inputs rilevanti oħrajn
|
|
287. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw inputs rilevanti oħrajn biex jappoġġaw id - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw inputs rilevanti oħrajn biex jappoġġaw id - determinazzjoni ta’ kategorija skont it - tip ta’ riskju ta’ jew ta’ rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali skont it - tip ta’ riskju. Inputs rilevanti oħrajn jistgħu jinkludu paraguni ta’ evalwazzjoni bejn il - pari, jew rapporti u studji rilevanti oħrajn.
|
|
288. Inputs rilevanti oħrajn għandhom iħeġġu lill - awtoritajiet kompetenti biex jerġgħu jivvalutaw …
|
Inputs rilevanti oħrajn għandhom iħeġġu lill - awtoritajiet kompetenti biex jerġgħu jivvalutaw l - adegwatezza/affidabbiltà ta’ kalkolu tal - ICAAP/punt ta’ riferiment għal riskju speċifiku jew kategorija ta’ riskju, u/jew jagħmlu aġġustamenti għall - eżitu, fejn huma jqajmu dubji dwar il - preċiżjoni tiegħu.
|
|
289. Biex jiżguraw il - konsistenza fid - determinazzjoni ta’ rekwiżit ta’ fondi proprji …
|
Biex jiżguraw il - konsistenza fid - determinazzjoni ta’ rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali skont it - tip ta’ kategorija jew skont it - tip ta’ riskju, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw l - istess gruppi ta’ pari stabbiliti biex janalizzaw ir - riskji għall - kapital kif speċifikati fit - Titolu 6. 83
|
|
290. Meta l - awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw inputs rilevanti oħrajn għad - d eterminazzjoni …
|
Meta l - awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw inputs rilevanti oħrajn għad - d eterminazzjoni tar - rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali, bħala parti mid - djalogu superviżorju, għandhom jispjegaw lid - ditta tal - investiment il - loġika u l - prinċipji ġenerali sottostanti wara l - inputs użati. 7.2.2 Determinazzjoni tal-fondi proprji jew miżuri oħrajn biex jiġu koperti n - nuqqasijiet fil- mudelli użati għal skopijiet regolatorji
|
|
291. Jekk, matul ir - reviżjoni kontinwa tal - approċċi interni skont ir - rekwiżiti tal - Artikolu …
|
Jekk, matul ir - reviżjoni kontinwa tal - approċċi interni skont ir - rekwiżiti tal - Artikolu 37 tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- awtoritajiet kompetenti jidentifikaw nuqqasijiet fil - mudell li jistgħu jwasslu għal sottovalutazzjoni tar - rekwiżiti minimi ta’ fondi proprji stabbiliti fir - Regolament 2019/2033, huma għandhom jistabbilixxu rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali għal tali nuqqasijiet, meta dan ikun iddeterminat li jkun aktar xieraq minn miżuri superviżorji oħrajn, bħar - rekwiżit li d - ditti tal - investiment jaġġustaw il - mudelli tagħhom. Tali rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali għandu jiġi stabbilit biss bħala miżura interim filwaqt li jiġu indirizzati n - nuqqasijiet . 7.2.3 Determinazzjoni tal- fondi proprji jew miżuri oħrajn biex jiġu koperti n - nuqqasijiet fl- aġġustament tal -valwazzjoni prudenti tal-portafoll tan-negozjar
|
|
292. Jekk matul ir - reviżjonijiet tagħhom skont l - Artikolu 36 tad - Direttiva (UE) 2019/2034, u …
|
Jekk matul ir - reviżjonijiet tagħhom skont l - Artikolu 36 tad - Direttiva (UE) 2019/2034, u wara l- valutazzjoni tar - riskju mwettqa skont it - Titolu 6, l- awtoritajiet kompetenti jidentifikaw nuqqasijiet fil - valwazzjoni prudenti tal - pożizzjonijiet dwar il - kotba tan - negozjar tad - ditta tal - investiment li jistgħu jwasslu għal sottovalutazzjoni tar - rekwiżit K - NPR stabbilit fl - Artikolu 22 tar - Regolament (UE) 2019/2033, huma għandhom jistabbilixxu rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali biex ikopri tali nuqqasijiet. Tali rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali għandu jiġi ddeterminat biss jekk ikun aktar xieraq minn kwalunkwe miżura superviżorja oħra u għandu jinżamm biss bħala miżura interim sakemm jiġu indirizzati n - nuqqasijiet. 7.2.4 Determinazzjoni tal- fondi proprji jew miżuri oħrajn biex jiġu koperti n - nuqqasijiet tal -mudell
|
|
293. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu fondi proprji addizzjonali biex ikopru n- …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu fondi proprji addizzjonali biex ikopru n- nuqqasijiet fl - arranġamenti ta’ governanza, fil - proċessi, fil - mekkaniżmi u fl - istrateġiji jew f’nuqqasijiet oħrajn – identifikati wara l - valutazzjoni tar - riskju deskritta fit - Titoli 4 sa 6 – meta miżuri superviżorji oħrajn jitqiesu insuffiċjenti jew mhux xierqa biex tiġi żgurata l - konformità mar - rekwiżiti. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu biss tali rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali bħala miżura interim waqt li jiġu indirizzati n - nuqqasijiet.
|
|
294. Meta ditta tal - investiment li ma tissodisfax il - kundizzjonijiet biex tikkwalifika bħala …
|
Meta ditta tal - investiment li ma tissodisfax il - kundizzjonijiet biex tikkwalifika bħala żgħira u mhux interkonnessa stabbiliti fl - Artikolu 12(1) tar - Regolament (UE) 2019/2033, tonqos ripetutament milli tistabbilixxi jew iżżomm livell adegwat ta’ fondi proprji biex tkopri l-gwida dwar il- fondi proprji addizzjonali kkomunikata f’konformità mal - Artikolu 41(1) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu rekwiżit ta’ 84 fondi proprji addizzjonali biex ikopru dak ir - riskju addizzjonali mhux aktar tard minn sentejn wara l- ksur tal -gwida. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jipposponu dik id - deċiżjoni meta jippermettu lid - ditta tal - investiment topera taħt il - livell ta’ gwida minħabba ċaqliq ekonomiku ċikliku jew ċirkostanzi oħrajn speċifiċi għad - ditta.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|