+43. L- istituzzjonijiet għandhom jartikolaw il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju għall - …

43. L- istituzzjonijiet għandhom jartikolaw il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju għall - …

L- istituzzjonijiet għandhom jartikolaw il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju għall - IRRBB f’termini tar - riskju għall - kejl tal - IRRBB b’mod partikolari:

  • (a) L- istituzzjonijiet għandu jkollhom dikjarazzjonijiet iddefiniti ċari dwar il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju li huma approvati mill - korp maniġerjali u implimentati permezz ta’ oqfsa komprensivi tal - predispożizzjoni għar - riskju – jiġifieri, politiki u proċeduri sabiex jiġi llimitat u kkontrollat l - IRRBB.
  • (b) L- oqfsa tagħhom ta’ predispożizzjoni għar - riskju għandhom:
  • a. jiddelinjaw is - setgħat delegati, il - linji ta’ responsabbiltà u tal - akkontabilità fuq id - deċiżjonijiet ta’ ġestjoni tal - IRRBB; u
  • b. jelenkaw l - istrumenti, l - istrateġiji ta’ ħħeġġjar u l - opportunitajiet ta’ teħid ta’ riskji awtorizzati għall - IRRBB.
  • (c) Meta jkunu qegħdin jiddefinixxu l - predispożizzjonijiet tagħhom għar - riskju, l - istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont tar - riskju relatat mal - introjtu mill - imgħax nett li jista’ jirriżulta bħala konsegwenza tat - trattament kontabilistiku tat - tranżazzjonijiet fil - portafoll mhux tan - negozjar. Ir - riskju jista’ ma jkunx limitat għall - introjtu u l - ispejjeż relatati mal - imgħax: l - effetti tal - bidliet fir - rati tal - imgħax fuq il - valur tal - istrumenti fis - suq li, skont it - trattament kontabilistiku, jiġu riflessi jew fir - rapport tal - introjtu jew inkella direttament fl - ekwità (permezz ta’ introjtu komprensiv ieħor), għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni separatament. L - istituzzjonijiet għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari l - impatt relatat ma’ opzjonalitajiet inkorporati fi strumenti ta’ valur ġust li jkunu taħt xenarji kontinwi ta’ xokkijiet u ta’ stress fuq ir - rati tal - imgħax. L - istituzzjonijiet għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni wkoll l - impatt potenzjali fuq il - kontijiet P&L tad - derivattivi ħħeġġjati tar - rati tal - imgħax jekk l - effettività tagħhom tkun ixxekklet minn bidliet fir - rati tal - imgħax.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/