+4.8. Trasferimenti ta’ kriptoassi magħmula minn jew lejn indirizzi awtoospitati f’konformità mal - Artikoli 14(5) u 16(2) tar - Regolament (UE) 2023/1113
---+76. Is- CASP u l - ICASP jenħtieġ li jikkunsidraw trasferiment ta’ kriptoassi kif identifikat …
---+77. Sabiex jiġi ddeterminat jekk jintużax indirizz awtoospitat fit - tarf l - ieħor ta’ …
---+78. Jekk tali informazzjoni ma tkunx tista’ tinkiseb permezz ta’ mezzi tekniċi, is - CASP tal - …
---+79. Jenħtieġ li s - CASP tal - oriġinatur jwettaq din il - valutazzjoni qabel ma jingħata bidu għat …
---+80. Meta jintuża indirizz awtoospitat fit - tarf l - ieħor tat - trasferiment, is - CASP jenħtieġ …
---+81. Is- CASP jenħtieġ li jiddeterminaw jekk trasferiment li jinvolvi indirizz awtoospitat jammontax …
---+82. Sabiex jiġi ddeterminat jekk il -valur tat- trasferimenti minn jew lejn indirizzi awtoospitati …
---+83. Sabiex jiġi vvalutat jekk l - indirizz awtoospitat jappartjenix lill - oriġinatur jew lill - …
---+84. Id- deċiżjoni dwar liema metodu/i jintgħażel jenħtieġ li tiddependi fuq: a) il- kapaċitajiet …
---+85. Meta metodu wieħed waħdu ma jkunx suffiċjentement affidabbli biex jiġi żgurat b’mod raġonevoli …
---+86. Meta s - CASP ikun sodisfatt bis - sħiħ li l - indirizz awtoospitat jappartjenix lill - …
---+87. Is- CASP jenħtieġ li jivvalutaw ir - riskju assoċjat mat - trasferimenti minn jew lejn indirizz …
---+88. Is- CASP jenħtieġ li japplikaw mill - inqas waħda mill - miżuri ta’ mitigazzjoni tar - riskju …
---+89. Meta, bħala riżultat tal - valutazzjoni fit - Taqsima 4.8.4., jiġi stabbilit li l - indirizz …
---+90. Meta tali trasferimenti jqajmu suspetti ta’ ML/TF, is - CASP jenħtieġ li jirrapporta lill - FIU …

4.8. Trasferimenti ta’ kriptoassi magħmula minn jew lejn indirizzi awtoospitati f’konformità mal - Artikoli 14(5) u 16(2) tar - Regolament (UE) 2023/1113

4.8.1. Identifikazzjoni individwali ta’ trasferimenti minn jew lejn indirizzi awtoospitati f’konformità mal - Artikoli 14(5) u 16(2) tar - Regolament (UE) 2023/1113

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
76. Is- CASP u l - ICASP jenħtieġ li jikkunsidraw trasferiment ta’ kriptoassi kif identifikat …

Is- CASP u l - ICASP jenħtieġ li jikkunsidraw trasferiment ta’ kriptoassi kif identifikat individwalment meta:

  • a) jintuża identifikatur uniku għal kull trasferiment, bħal hash tat - trasferiment jew numru ta’ referenza; jew
  • b) informazzjoni addizzjonali hija inkluża fit - trasferiment biex tgħin fl - identifikazzjoni tat - trasferiment.

4.8.2. Identifikazzjoni ta’ trasferiment minn jew lejn indirizz awtoospitat

77. Sabiex jiġi ddeterminat jekk jintużax indirizz awtoospitat fit - tarf l - ieħor ta’ …

Sabiex jiġi ddeterminat jekk jintużax indirizz awtoospitat fit - tarf l - ieħor ta’ trasferiment, is - CASP tal - oriġinatur u s - CASP tal - benefiċjarju jenħtieġ li jiddependu fuq mezzi tekniċi disponibbli inkluż iżda mhux limitat għall -analitika tal- blockchain, il - fornituri tad - data ta’ partijiet terzi u l - identifikaturi użati mis - sistemi ta’ messaġġi.

78. Jekk tali informazzjoni ma tkunx tista’ tinkiseb permezz ta’ mezzi tekniċi, is - CASP tal - …

Jekk tali informazzjoni ma tkunx tista’ tinkiseb permezz ta’ mezzi tekniċi, is - CASP tal - oriġinatur u s- CASP tal - benefiċjarju jenħtieġ li jiksbu dik l - informazzjoni direttament mill - konsumatur tiegħu. Meta, f’dan il - każ, is - CASP tal - oriġinatur u s - CASP tal - benefiċjarju jistabbilixxu li t - trasferiment isir lil jew minn CASP ieħor, is - CASP tal - oriġinatur u s - CASP tal - benefiċjarju jenħtieġ li jieħdu l - passi meħtieġa biex jidentifikaw b’mod preċiż is - CASP tal - kontroparti.

79. Jenħtieġ li s - CASP tal - oriġinatur jwettaq din il - valutazzjoni qabel ma jingħata bidu għat …

Jenħtieġ li s - CASP tal - oriġinatur jwettaq din il - valutazzjoni qabel ma jingħata bidu għat - trasferiment u l - informazzjoni trażmessa f’konformità mal - Artikolu 14(5) tar - Regolament (UE) 2023/1113; jenħtieġ li s - CASP tal - benefiċjarju jwettaq din il - valutazzjoni qabel ma l - kriptoassi jitqiegħdu għad - dispożizzjoni tal - benefiċjarju f’konformità mal - Artikolu 16(2) ta’ dak ir - Regolament.

4.8.3. Identifikazzjoni tal - oriġinatur u tal - benefiċjarju fi trasferiment minn jew lejn indirizz awtoospitat

80. Meta jintuża indirizz awtoospitat fit - tarf l - ieħor tat - trasferiment, is - CASP jenħtieġ …

Meta jintuża indirizz awtoospitat fit - tarf l - ieħor tat - trasferiment, is - CASP jenħtieġ li jiġbru l - informazzjoni dwar l - oriġinatur jew il - benefiċjarju mill - konsumatur tagħhom.

4.8.4. Trasferiment ’il fuq minn EUR 1 000 u prova ta’ sjieda jew ta’ kontroll ta’ indirizz awtoospitat

81. Is- CASP jenħtieġ li jiddeterminaw jekk trasferiment li jinvolvi indirizz awtoospitat jammontax …

Is- CASP jenħtieġ li jiddeterminaw jekk trasferiment li jinvolvi indirizz awtoospitat jammontax għal jew jaqbiżx EUR 1 000:

  • a) fil - mument li t - trasferiment ġie ordnat jew ingħata bidu, fil - każ tal - CASP tal - oriġinatur; jew
  • b) fil - mument meta ġie riċevut, fil - każ tal - CASP tal - benefiċjarju.
82. Sabiex jiġi ddeterminat jekk il -valur tat- trasferimenti minn jew lejn indirizzi awtoospitati …

Sabiex jiġi ddeterminat jekk il -valur tat- trasferimenti minn jew lejn indirizzi awtoospitati huwiex ogħla minn EUR 1 000, jenħtieġ li s - CASP jużaw ir -rata tal- kambju tal - kriptoassi li jkun qed jiġi ttrasferit biex jiddeterminaw il - valur tiegħu f’euro fil - mument tat - trasferiment, u irrispettivament minn kwalunkwe tariffa tat - tranżazzjoni.

83. Sabiex jiġi vvalutat jekk l - indirizz awtoospitat jappartjenix lill - oriġinatur jew lill - …

Sabiex jiġi vvalutat jekk l - indirizz awtoospitat jappartjenix lill - oriġinatur jew lill - benefiċjarju jew huwiex ikkontrollat minnu, rispettivament, jenħtieġ li s - CASP jużaw mill - inqas wieħed mill - metodi ta’ verifika li ġejjin:

  • a) verifiki mhux assistiti kif speċifikat fil -Linji Gwida dwar l- użu ta’ Soluzzjonijiet ta’ Onboarding mill - Bogħod tal - Konsumatur skont l - Artikolu 13(1) tad - Direttiva (UE) 2015/849 li juru9 l- indirizz;
  • b) verifika assistita għaliha kif speċifikat fil -Linji Gwida dwar l- użu ta’ Soluzzjonijiet ta’ Onboarding mill - Bogħod tal - Konsumatur skont l - Artikolu 13(1) tad - Direttiva (UE) 2015/849;
  • c) jintbagħat ammont predefinit (preferibbilment l - iżgħar denominazzjoni ta’ kriptoassi partikolari), stabbilit mis - CASP, minn u lejn l - indirizz awtoospitat fil - kont tas - CASP;
  • d) il- konsumatur jintalab jiffirma b’mod diġitali messaġġ speċifiku fil - kont u fis - software tal- kartiera bil - kjavi li tikkorrispondi għal dak l - indirizz;
  • e) mezzi tekniċi xierqa oħra sakemm dawn jippermettu valutazzjoni affidabbli u sigura u s- CASP ikun sodisfatt bis - sħiħ li jaf min għandu jew jikkontrolla l - indirizz.

9 EBA/GL/2022/15.

84. Id- deċiżjoni dwar liema metodu/i jintgħażel jenħtieġ li tiddependi fuq: a) il- kapaċitajiet …

Id- deċiżjoni dwar liema metodu/i jintgħażel jenħtieġ li tiddependi fuq:

  • a) il- kapaċitajiet tekniċi tal - indirizz awtoospitat;
  • b) ir- robustezza tal - valutazzjoni li kull metodu jista’ jwassal; u
  • c) ir- riskju ta’ ML/TF.
85. Meta metodu wieħed waħdu ma jkunx suffiċjentement affidabbli biex jiġi żgurat b’mod raġonevoli …

Meta metodu wieħed waħdu ma jkunx suffiċjentement affidabbli biex jiġi żgurat b’mod raġonevoli s -sjieda jew il- kontroll ta’ indirizz awtoospitat, is - CASP jenħtieġ li juża taħlita ta’ metodi.

86. Meta s - CASP ikun sodisfatt bis - sħiħ li l - indirizz awtoospitat jappartjenix lill - …

Meta s - CASP ikun sodisfatt bis - sħiħ li l - indirizz awtoospitat jappartjenix lill - konsumatur tiegħu jew huwiex ikkontrollat minnu, is - CASP jenħtieġ li jiddokumenta dan fis - sistemi tiegħu u jista’ ma jkollux għalfejn jerġa’ japplika l - miżuri ta’ hawn fuq għal tranżazzjonijiet sussegwenti minn/għall - istess indirizz (“whitelisting”). CASP li jagħmel użu mill - whitelisting jenħtieġ li jkollu fis - seħħ kontrolli biex jidentifika bidliet fir - riskju ta’ ML/TF tal - indirizz awtoospitat u s -sjieda jew il- kontroll tiegħu. Jekk is- CASP jistabbilixxi li r - riskju ta’ ML/TF tal - indirizz awtoospitat inbidel jew li hemm indikazzjonijiet li l - konsumatur tiegħu ma għadux is - sid jew ma għadux jikkontrolla l - indirizz awtoospitat, huwa jenħtieġ li jneħħi dan l - indirizz mil - lista bajda tiegħu.

4.8.5. Miżuri ta’ mitigazzjoni li għandhom jiġu stabbiliti fir - rigward ta’ trasferimenti minn jew lejn indirizz awtoospitat

87. Is- CASP jenħtieġ li jivvalutaw ir - riskju assoċjat mat - trasferimenti minn jew lejn indirizz …

Is- CASP jenħtieġ li jivvalutaw ir - riskju assoċjat mat - trasferimenti minn jew lejn indirizz awtoospitat kif stabbilit fit - Taqsima 4.5.3. u f’konformità mal -Linji Gwida tal-EBA dwar il-Fatturi tar - Riskju ta’ ML/TF, bl - użu tal - informazzjoni kollha relatata ma l- oriġinaturi u l - benefiċjarji, ix - xejriet u l - ġeografiji, u l - informazzjoni mir - regolaturi, l - infurzar tal - liġi u partijiet terzi.

88. Is- CASP jenħtieġ li japplikaw mill - inqas waħda mill - miżuri ta’ mitigazzjoni tar - riskju …

Is- CASP jenħtieġ li japplikaw mill - inqas waħda mill - miżuri ta’ mitigazzjoni tar - riskju kif identifikati fl - Artikolu 19a(1) tad - Direttiva (UE) 2015/849 li huma proporzjonali mar -riskji identifikati inkluż fejn is - CASP:

  • a) huwa jew isir jaf li l - informazzjoni dwar l - oriġinatur jew il - benefiċjarju li juża l - indirizz awtoospitat mhijiex preċiża; jew
  • b) jiltaqa’ ma’ xejriet mhux tas - soltu jew suspettużi ta’ tranżazzjonijiet jew sitwazzjonijiet ta’ riskju ogħla ta’ ML/TF assoċjati ma’ trasferimenti li jinvolvu indirizzi awtoospitati, f’konformità mal -Linji Gwida tal-EBA dwar il- Fatturi ta’ Riskju ML/TF.
89. Meta, bħala riżultat tal - valutazzjoni fit - Taqsima 4.8.4., jiġi stabbilit li l - indirizz …

Meta, bħala riżultat tal - valutazzjoni fit - Taqsima 4.8.4., jiġi stabbilit li l - indirizz awtoospitat jappartjeni lil persuna terza jew huwa kkontrollat minnha minflok il - konsumatur tas - CASP, il - verifika msemmija fl - Artikolu 19a(1), il - punt (a), tad -Direttiva (UE) 2015/849 tista’ titqies li tkun seħħet jekk:

  • a) is- CASP jiġbor data addizzjonali minn sorsi oħra biex jivverifika l - informazzjoni ppreżentata, inkluż iżda mhux limitat għad - data analitika tal- blockchain, id - data ta’ partijiet terzi, id - data tal- awtoritajiet rikonoxxuti u l - informazzjoni disponibbli għall - pubbliku, dment li dawn ikunu affidabbli u indipendenti.
  • b) is- CASP juża mezzi oħra xierqa sakemm is - CASP ikun sodisfatt bis - sħiħ li jaf l - identità tal- oriġinatur jew tal - benefiċjarju u jista’ juri dan lill - awtorità kompetenti tiegħu.
90. Meta tali trasferimenti jqajmu suspetti ta’ ML/TF, is - CASP jenħtieġ li jirrapporta lill - FIU …

Meta tali trasferimenti jqajmu suspetti ta’ ML/TF, is - CASP jenħtieġ li jirrapporta lill - FIU f’konformità mad - Direttiva (UE) 2015/849.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/