+4.1. Għan
---+14. L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw approċċi li jħarsu ’l quddiem u jwettqu analiżijiet …
---+15. Meta jwettqu analiżi tax - xenarji, l - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw ċarezza fl - iskop …
---+16. Mill- bidu nett, l - istituzzjonijiet għandhom jiddefinixxu narrattiva kredibbli u koerenti li …
---+17. L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw analiżi tax - xenarji gradwalment, bl - …

4.1. Għan

4.1. Għan

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
14. L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw approċċi li jħarsu ’l quddiem u jwettqu analiżijiet …

L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw approċċi li jħarsu ’l quddiem u jwettqu analiżijiet tax - xenarji biex jimmaniġġjaw ir - riskji ambjentali u jinfurmaw id - deċiżjonijiet strateġiċi. B’mod iktar speċifiku:

  • a. L- istituzzjonijiet għandhom jużaw analiżi tax - xenarji għall - finijiet tal - identifikazzjoni tar - riskji u tal -opportunitajiet tan- negozju, tal - valutazzjoni tal -vulnerabbiltajiet tal-portafolli tagħhom għar - riskji fiżiċi u ta’ tranżizzjoni, u tal - ittestjar tar - reżiljenza tagħhom għall - impatti negattivi potenzjali ta’ fatturi ambjentali, billi jibdew bit - tibdil fil - klima.
  • b. L- istituzzjonijiet għandhom jużaw analiżi tax - xenarju biex jappoġġaw l- iżvilupp tal - proċess tagħhom ta’ ppjanar tal - istrateġija u tat - tranżizzjoni kif stabbilit fil -Linji Gwida tal-EBA dwar il- ġestjoni tar - riskji tal -ESG u jikkontestaw il - mudell kummerċjali tagħhom f’termini ta’ reżiljenza għall - fatturi ambjentali, inkluż għall - perjodu fit -tul.
  • c. L- istituzzjonijiet jistgħu jużaw ukoll analiżi tax - xenarji biex iqajmu sensibilizzazzjoni u jappoġġaw l - inkorporazzjoni ta’ riskji ambjentali fil - kultura korporattiva tagħhom.
15. Meta jwettqu analiżi tax - xenarji, l - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw ċarezza fl - iskop …

Meta jwettqu analiżi tax - xenarji, l - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw ċarezza fl - iskop, l - aspettattivi u l - limitazzjonijiet tal - analiżi.

16. Mill- bidu nett, l - istituzzjonijiet għandhom jiddefinixxu narrattiva kredibbli u koerenti li …

Mill- bidu nett, l - istituzzjonijiet għandhom jiddefinixxu narrattiva kredibbli u koerenti li tiddeskrivi l - viżjoni tagħhom tal - evoluzzjoni l - aktar probabbli tal -ambjent tan- negozju li joperaw fih. Din in - narrattiva għandha sservi bħala pedament tax - xenarju ta’ referenza tal - istituzzjoni kif imsemmi fit - Taqsima 4.2. Għandha tiġi approvata mill - maniġment superjuri u tintuża b’mod konsistenti (jiġifieri filwaqt li titqies l - istess narrattiva) fl - organizzazzjoni kollha.

17. L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw analiżi tax - xenarji gradwalment, bl - …

L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw analiżi tax - xenarji gradwalment, bl - għan li jinkluduha fil - qafas ta’ ġestjoni kollu tagħhom (jiġifieri l - istrateġija, il - governanza, il - ġestjoni tar - riskju u l - operazzjonijiet). Meta jużaw analiżi tax - xenarji biex jittestjaw ir - reżiljenza għal impatti negattivi potenzjali ta’ fatturi ambjentali, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw iż - żewġ għodod komplementari li ġejjin f’konformità mat - Taqsima 5:

  • a. It- test tal - istress li jista’ jgħin lill - istituzzjonijiet jivvalutaw ir - reżiljenza finanzjarja tagħhom (kemm tal - kapital kif ukoll tal - likwidità) għal xokkijiet ambjentali fuq terminu qasir.
  • b. L- analiżi tar - reżiljenza li għandha tgħin lill - istituzzjonijiet jivvalutaw u, fejn meħtieġ, jadattaw il -mudell tan- negozju tagħhom biex jiżguraw ir - reżiljenza tagħhom fid -dawl ta’ bidliet ambjentali fuq terminu medju sa twil.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/