+Artikolu 13 18.
|
Artikolu 13 18.
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti b’elementi diġitali jkunu akkumpanjati mill-informazzjoni u l-istruzzjonijiet għall-utent stabbiliti fl-Anness II, f’forma stampata jew elettronika. Tali informazzjoni u istruzzjonijiet għandhom jiġu pprovduti b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. Dawn għandhom ikunu ċari, jinftiehmu, komprensibbli u jkunu jistgħu jinqraw. Għandhom jippermettu li l-prodotti b’elementi diġitali jiġu installati, jitħaddmu u jintużaw b’mod sikur. Il-manifatturi għandhom iżommu l-informazzjoni u l-istruzzjonijiet għall-utent stabbiliti fl-Anness II għad-dispożizzjoni tal-utenti u tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal mill-anqas għaxar snin wara li l-prodott b’elementi diġitali jkun ġie introdott fis-suq jew għall-perjodu ta’ appoġġ, skont liema jkun l-itwal. Meta tali informazzjoni u istruzzjonijiet jiġu pprovduti online, il-manifatturi għandhom jiżguraw li dawn ikunu aċċessibbli, faċli għall-utent u disponibbli online għal mill-anqas għaxar snin wara li l-prodott b’elementi diġitali jkun ġie introdott fis-suq jew għall-perjodu ta’ appoġġ, skont liema jkun l-itwal.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|