+Artikolu 2 2

Artikolu 2 2

2.   L-awtoritajiet tat-TLPT għandhom jirrikjedu li l-entitajiet finanzjarji kollha li ġejjin jagħmlu TLPT, sakemm il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward ta’ entità finanzjarja ma tindikax li l-impatt tagħha, it-tħassib dwar l-istabbiltà finanzjarja relatat ma’ dik l-entità finanzjarja, jew il-profil tar-riskju tal-ICT tagħha, ma tiġġustifikax il-prestazzjoni ta’ TLPT:

(a)

istituzzjonijiet ta’ kreditu li jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

ikunu ġew identifikati bħala istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (G-SIIs, global systemically important institutions) f’konformità mal-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);

(ii)

ikunu ġew identifikati bħala istituzzjonijiet oħra sistemikament importanti (O-SIIs, other systemically important institutions) f’konformità mal-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(iii)

ikunu parti minn G-SIIs jew O-SIIs;

(b)

istituzzjonijiet ta’ pagament li f’kull waħda mis-sentejn kalendarji ta’ qabel il-valutazzjoni mill-awtorità tat-TLPT qabżu l-EUR 150 biljun tal-valur totali tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (5), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8);

(c)

istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li f’kull waħda mis-sentejn kalendarji ta’ qabel il-valutazzjoni mill-awtorità tat-TLPT qabżu il-EUR 150 biljun tal-valur totali tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (5), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 jew l-EUR 40 biljun tal-valur totali tal-ammont ta’ flus elettroniċi pendenti;

(d)

depożitorji ċentrali tat-titoli;

(e)

kontropartijiet ċentrali;

(f)

ċentri ta’ negozjar b’sistema elettronika ta’ negozjar li jissodisfaw kwalunkwe wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(i)

iċ-ċentru ta’ negozjar ikollu l-ogħla sehem mis-suq f’termini ta’ fatturat fil-livell nazzjonali f’kull waħda mis-sentejn kalendarji ta’ qabel il-valutazzjoni mill-awtorità tat-TLPT fi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(1)

titoli trasferibbli kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (44)(a), tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9);

(2)

titoli trasferibbli kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (44)(b), tad-Direttiva 2014/65/UE;

(3)

derivattivi kif definiti fl-Artikolu 2(1), il-punt (29), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10);

(4)

prodotti finanzjarji strutturati kif definiti fl-Artikolu 2(1), il-punt (28), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(5)

il-kwoti tal-emissjonijiet kif imsemmija fit-Taqsima C, il-punt (11), tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;

(ii)

iċ-ċentru ta’ negozjar ikollu sehem mis-suq f’termini ta’ fatturat fil-livell tal-Unjoni li jaqbeż il-5 % f’kull waħda mis-sentejn kalendarji ta’ qabel il-valutazzjoni mill-awtorità tat-TLPT fi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(1)

ishma f’kumpaniji u titoli oħrajn ekwivalenti għal ishma f’kumpaniji, sħubijiet jew entitajiet oħrajn, u riċevuti depożitarji fir-rigward tal-ishma;

(2)

bonds jew forom oħrajn ta’ dejn titolizzat, inklużi r-riċevuti depożitarji fir-rigward ta’ tali titoli;

(3)

derivattivi kif definiti fl-Artikolu 2(1), il-punt (29), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014,

(4)

prodotti finanzjarji strutturati kif definiti fl-Artikolu 2(1), il-punt (28), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(5)

kwoti tal-emissjonijiet kif imsemmija fit-Taqsima C, il-punt (11), tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;

(g)

impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(i)

ikollhom primjum gross miktub (GWP, gross written premium) li jaqbeż il-EUR 1 500 000 000;

(ii)

ikollhom dispożizzjonijiet tekniċi li jaqbżu l-EUR 10 000 000 000;

(iii)

impriżi tal-assigurazzjoni li joffru biss attivitajiet tal-ħajja jew li joffru kemm attivitajiet tal-ħajja kif ukoll mhux tal-ħajja u li għandhom assi totali li jaqbżu t-3,5 % tas-somma tal-assi totali stmati f’konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni stabbiliti fl-Istat Membru;

Għall-finijiet ta’ (f)(ii), meta ċ-ċentru ta’ negozjar ikun parti minn grupp li jikkondividi s-sistemi tal-ICT jew l-istess fornitur intragrupp ta’ servizzi tal-ICT, għandu jitqies il-fatturat tal-kuntratti tat-titoli u tad-derivattivi fiċ-ċentri ta’ negozjar kollha li jappartjenu għall-istess grupp u li jkunu stabbiliti fl-Unjoni.

Għall-finijiet tal-punt (g), l-awtoritajiet tat-TLPT għandhom jidentifikaw subsett tal-impriżi kollha tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni billi japplikaw il-kriterji stabbiliti fil-punti (g)(i), (ii), u (iii). L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni inklużi f’dak is-subsett għandhom ikunu meħtieġa jagħmlu TLPT meta jissodisfaw ukoll kwalunkwe wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)

primjum gross miktub (GWP) li jaqbeż it-EUR 3 000 000 000;

(b)

dispożizzjonijiet tekniċi li jaqbżu t-EUR 30 000 000 000;

(c)

assi totali li jaqbżu l-10 % tas-somma tal-assi totali stmati f’konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni stabbiliti fl-Istat Membru.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit