+91. Fil-valutazzjoni tal-oqfsa tal-ICAAP u tal-ILAAP tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti …
|
91. Fil-valutazzjoni tal-oqfsa tal-ICAAP u tal-ILAAP tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti …
Fil-valutazzjoni tal-oqfsa tal-ICAAP u tal-ILAAP tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-konformità tal-istituzzjoni mal-Linji Gwida tal-EBA dwar l-informazzjoni tal-ICAAP u tal-ILAAP22 . Il-valutazzjoni tal-oqfsa tal-ICAAP u tal-ILAAP tal-istituzzjoni għandha tinkludi reviżjoni perjodika tal-ICAAP u tal-ILAAP u tiddetermina s-solidità, l-effettività u l-komprensività tagħhom. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti għandhom: - a. jivvalutaw kif l-ICAAP u l-ILAAP huma integrati fil-prattiki ġenerali tal-ġestjoni tar-riskjui u l-ġestjoni strateġika tal-istituzzjoni, inkluż l-ippjanar tal-kapital u l-likwidità, kif ukoll il-firxa tan-natura prospettiva tagħhom;
- b. jikkunsidraw l-adegwatezza tal-ICAAP u tal-ILAAP biex jivvalutaw u jżommu livell adegwat ta’ kapital intern u likwidità biex ikopru r-riskji tal-istituzzjoni u jieħdu deċiżjonijiet tan-negozju sodi (eż. fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital skont il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju), inkluż taħt kundizzjonijiet ta’ stress;
- c. jivvalutaw jekk l-ICAAP u l-ILAAP humiex integrati fil-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u ta’ ġestjoni fil-livelli kollha fl-istituzzjoni (eż. l-istabbiliment ta’ limiti, il-kejl tal-prestazzjoni);
- d. jivverifikaw jekk l-oqfsa tal-ICAAP u tal-ILAAP humiex soġġetti għal sorveljanza regolari mill-korp maniġerjali, inkluża l-approvazzjoni ta’ dawn l-oqfsa u l-eżiti tagħhom;
- e. jivvalutaw jekk l-ICAAP u l-ILAAP humiex implimentati b’mod konsistenti u proporzjonat fil-linji operatorji u fl-entitajiet legali kollha tal-istituzzjoni u jkoprux ir-riskji materjali kollha li l-istituzzjoni hi esposta jew tista’ tkun esposta għalihom;
- f. jivvalutaw il-konformità mar-rekwiżiti legali u regolatorji relatati u jikkunsidraw ukoll jekk l-ICAAP tal-istituzzjoni jidentifikax riskji emerġenti u/jew riskji ta’ probabbiltà baxxa u impatt għoli, inklużi riskji tal-ICT, riskji ambjentali u inċertezzi ġeopolitiċi;
- g. jivvalutaw jekk kwalunkwe devjazzjoni mill-ICAAP jew l-ILAAP standard tal-istituzzjoni għal waħda jew aktar mill-entitajiet legali jew il-linji operatorji tagħha hijiex iġġustifikata.
22 Linji Gwida tal-EBA dwar l-informazzjoni tal-ICAAP u tal-ILAAP miġbura għall-finijiet tal-SREP (EBA/GL/2016/10).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|