+Artikolu 11 Valutazzjoni tal-validazzjoni ta’ kwalunkwe mudell intern tal-kejl tar-riskji, u tal-eżitu ta’ validazzjoni bħal din
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
|
Artikolu 11 Valutazzjoni tal-validazzjoni ta’ kwalunkwe mudell intern tal-kejl tar-riskji, u tal-eżitu ta’ validazzjoni bħal din
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1
|
1. Meta jivvalutaw jekk kwalunkwe mudell intern tal-kejl tar-riskji jkunx ivvalidat b’mod adegwat, kif imsemmi fl-Artikolu 325bj tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:
|
(a)
|
il-proċess ta’ validazzjoni jitwettaqx minn persunal li ma huwiex involut u lanqas ma kien involut b’xi mod fl-iżvilupp tal-mudell intern soġġett għall-validazzjoni;
|
|
(b)
|
il-proċess ta’ validazzjoni jitwettaqx b’riżorsi suffiċjenti, inkluż b’persunal bl-esperjenza u kwalifikat;
|
|
(c)
|
ir-remunerazzjoni varjabbli tal-persunal u tal-maniġers superjuri responsabbli għall-proċess ta’ validazzjoni ma tkunx dipendenti fuq it-twettiq tal-kompiti relatati mal-kontroll tar-riskji jew mal-oqsma tan-negozju tal-istituzzjoni b’mod li jfixkel jew jimpedixxi l-indipendenza tagħhom;
|
|
(d)
|
il-miżuri korrettivi neċessarji kollha li jirriżultaw mill-proċess ta’ validazzjoni huma riflessi fir-rapport ta’ validazzjoni msemmi fil-paragrafu 2, u implimentati fil-ħin;
|
|
(e)
|
ikun hemm fis-seħħ proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet sabiex jiġi żgurat li l-maniġment superjuri tal-istituzzjoni jqis is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-proċess ta’ validazzjoni;
|
|
(f)
|
ir-rieżaminatur imsemmi fl-Artikolu 10(1), il-punt (a), jivvaluta regolarment il-konformità mal-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 10(1), il-punti (e) u (f).
|
|
|
Artikolu 11 2
|
2. Meta jivvalutaw l-eżitu tal-proċess ta’ validazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a)
|
jivverifikaw jekk ir-rakkomandazzjonijiet, is-sejbiet, u l-konklużjonijiet tal-proċess ta’ validazzjoni humiex inklużi f’rapport ta’ validazzjoni li jidentifika u jiddeskrivi:
|
(i)
|
il-metodoloġija tal-validazzjoni;
|
|
(ii)
|
it-testijiet imwettqin;
|
|
(iii)
|
is-sett tad-data ta’ referenza użat;
|
|
(iv)
|
il-proċessi rispettivi tat-tindif tad-data;
|
|
|
(b)
|
jivverifikaw jekk il-konklużjonijiet, is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport ta’ validazzjoni humiex ikkomunikati direttament lill-korp maniġerjali tal-istituzzjoni, u kkunsidrat minnu, qabel ma dak il-korp maniġerjali japprova mudell li għandu jiġi applikat għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji u qabel ma tiġi applikata kwalunkwe bidla sussegwenti fil-metodoloġiji;
|
|
(c)
|
jivverifikaw jekk kwalunkwe miżura ta’ rimedju proposta mill-funzjonijiet ta’ validazzjoni hijiex iddokumentata fir-rapport ta’ validazzjoni u hijiex akkumpanjata minn skeda ta’ żmien li hija adegwata għall-irranġar tan-nuqqasijiet identifikati;
|
|
(d)
|
jivverifikaw jekk proċess ta’ eskalazzjoni jkunx inkluż fil-politiki interni tal-istituzzjoni għal dawk il-miżuri ta’ rimedju li jkunu skadew, u jekk, fuq il-bażi ta’ evidenza mill-passat, dak il-proċess ikunx segwit;
|
|
(e)
|
jivvalutaw il-kwalità ġenerali tal-eżitu tal-proċess ta’ validazzjoni billi jqabbel in-nuqqasijiet identifikati fil-valutazzjoni tal-mudell intern f’konformità ma’ dan ir-Regolament man-nuqqasijiet identifikati mill-unità ta’ validazzjoni fil-proċess ta’ validazzjoni.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|