3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq kampjun ta’ fatturi tar-riskju li għalihom id-data fl-aħħar perjodu ta’ 12-il xahar tkun intweriet b’indikatur:
|
(a)
|
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi s-serje kronoloġika tal-fatturi tar-riskju murijin b’indikatur kif użati fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji u s-serje kronoloġika tal-fatturi tal-ipprezzar korrispondenti kif użati fil-proċess ta’ valwazzjoni ta’ tmiem il-jum;
|
|
(b)
|
jivverifikaw li l-volatilitajiet tas-serje taż-żewġ perjodi ta’ żmien imsemmijin fil-punt (a) ma jvarjawx b’mod sostanzjali;
|
|
(c)
|
jivverifikaw li ż-żewġ serje kronoloġiċi huma ferm korrelatati.
|
Meta japplikaw dak il-metodu ta’ valutazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħżlu kampjun ta’ fatturi tar-riskju li jirriflettu varjetà ta’ approċċi ta’ indikatur, inklużi, meta jintużaw, mudelli ta’ fatturi, approssimazzjonijiet beta, u l-immappjar tal-fatturi tar-riskju mal-parametri referenzjarji, inklużi l-ismijiet rappreżentattivi ta’ settur u ta’ reġjun partikolari jew tal-indiċijiet.