+Artikolu 42 2

Artikolu 42 2

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti:

(a)

għandhom jivverifikaw kif l-istituzzjoni għażlet l-estimatur li tuża u l-analiżi li saret sabiex tappoġġa din l-għażla;

(b)

jivverifikaw jekk l-estimatur tan-nuqqas mistenni jikkorrispondix jew għall-integrali tal-estimatur għan-numri tal-Valur fir-Riskju msemmijin fl-Artikolu 325bf tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 mifhumin bħala funzjoni tal-probabbiltà tat-tarf minn żero sa wieħed nieqes il-grad ta’ fiduċja rilevanti, u d-diviżjoni b’wieħed minus il-grad ta’ fiduċja rilevanti, jew għal għażla aktar konservattiva;

(c)

jistgħu jqabblu l-estimaturi tal-Valur fir-Riskju u tan-nuqqas mistenni użati mill-istituzzjoni mal-estimaturi inklużi fit-Tabella 1.

Tabella 1

Estimaturi tal-valur fir-riskju

Estikmaturi tan-nuqqas mistenni

Formula

Formula
;

Formula

Formula

Formula

Formula

Formula

Fejn:

Formula
tiddenota l-valur l-i l-aktar baxxa fil-kampjun
Formula
użat għall-estimu, jiġifieri
Formula
hija l-aktar telf sever f’kampjun ta’ profitt u ta’ telf u tipikament numru negattiv kbir;

N tiddenota l-għadd ta’ valuri fil-kampjun

Formula
użat għall-estimu;

α tiddenota l-probabbiltà tat-tarf, jiġifieri wieħed nieqes il-grad ta’ fiduċja;

Formula
tiddenota l-parti intiera ta’ argument;

Formula
u għan-nuqqas mistenni jekk wieħed jassumi
Formula
, jiġifieri l-kalkolu għal tarf tax-xellug ta’ kampjun;

Formula

Formula
u għan-nuqqas mistenni jekk wieħed jassumi li
Formula
, jiġifieri aktar minn telf wieħed ikun fit-tarf ta’ α ta’ kampjun ta’ profitt u ta’ telf;

Formula
.

(d)

meta l-kalkolu tal-miżuri tar-riskju tan-nuqqas mistenni jkunu bbażati fuq simulazzjonijiet tat-tip Monte Carlo, jivverifikaw jekk in-numru ta’ simulazzjonijiet jiżgurax konverġenza lejn riżultati stabbli.

Għall-finijiet tal-punt (d), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw it-testijiet imwettqin mill-istituzzjoni sabiex jistabbilixxu n-numru ta’ simulazzjonijiet, u t-testijiet statistiċi li jiżguraw li l-karatteristiċi aleatorji tas-sekwenzi użati sabiex tiġi ġġenerata s-simulazzjoni jkunu xierqa. Meta l-awtorità kompetenti tqis li dawk it-testijiet ma jkunux biżżejjed, hija tista’ tuża l-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 4.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.