+Artikolu 52 Valutazzjoni tal-konformità ma’ rekwiżiti partikolari
---+Artikolu 52 (a)
---+Artikolu 52 (b)
---+Artikolu 52 (c)
---+Artikolu 52 (d)
---+Artikolu 52 2
---+Artikolu 52 3
---+Artikolu 52 4
---+Artikolu 52 5
---+Artikolu 52 6

Artikolu 52 Valutazzjoni tal-konformità ma’ rekwiżiti partikolari

Meta jivvalutaw il-konformità tal-mudell intern tar-riskju ta’ inadempjenza mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325bp tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 52 (a)

fir-rigward tal-immudellar tal-inadempjenza ta’ emittenti individwali kif ukoll multipli kif meħtieġ mill-Artikolu 325bp(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013:

(i)

jidentifikaw l-approċċ li l-istituzzjoni tuża sabiex timmudella l-inadempjenza, u jivverifikaw li ż-żewġ tipi ta’ fatturi tar-riskju sistematiku magħżulin mill-istituzzjoni jkopru l-aktar effetti sistematiċi rilevanti;

(ii)

jivverifikaw jekk il-granularità taż-żewġ tipi ta’ fatturi tar-riskju sistematiku tkunx biżżejjed sabiex jiġu koperti l-karatteristiċi tal-emittenti fil-portafoll soġġetti għar-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza;

(iii)

jivverifikaw jekk għal kull emittent, l-istituzzjoni tużax fattur tar-riskju idjosinkratiku separat minbarra ż-żewġ tipi ta’ fatturi tar-riskju sistematiku msemmijin fl-Artikolu 325bp(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iv)

jivverifikaw jekk l-immappjar tal-emittenti mal-fatturi tar-riskju sistematiċi xierqa jkunx tajjeb;

(v)

jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tanalizzax is-setgħa ta’ spjegazzjoni tal-mudell tal-fattur;

(vi)

meta jitolbu l-kampjun għall-finijiet tal-valutazzjoni, iqisu l-materjalità tal-emittenti, u jiżguraw li l-kampjun jinkludi l-emittenti li jkunu ġew immappjati ma’ fatturi tar-riskju sistematiku differenti;

Artikolu 52 (b)

fir-rigward tar-rekwiżit li jiġi rifless iċ-ċiklu ekonomiku fil-mudell intern tar-riskju ta’ inadempjenza kif meħtieġ mill-Artikolu 325bp(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jivvalutaw kif l-immudellar tat-telf fil-każ ta’ inadempjenzi, inklużi dawk stokastiċi, jitwettaq għal tali telf fil-każ ta’ inadempjenzi sabiex jiġi rifless it-tibdil fil-proprjetajiet mill-fatturi tar-riskju sistematiku;

Artikolu 52 (c)

fir-rigward tar-rekwiżit li jinqabdu t-tendenzi mhux lineari kif meħtieġ mill-Artikolu 325bp(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jivvalutaw:

(i)

kif l-istituzzjonijiet jirrivalwaw strument finanzjarju mhux lineari wara l-inadempjenza ta’ emittent, inkluż kif l-istituzzjonijiet jirrivalwaw strument finanzjarju b’diversi sottostanti wara l-inadempjenza ta’ emittent individwali jew ta’ diversi emittenti li jikkorrispondu għas-sottostanti;

(ii)

jekk kwalunkwe simplifikazzjoni introdotta mill-istituzzjoni sabiex tikkalkula l-prezz ta’ strument finanzjarju twassalx għal inakkuratezza materjali jew għal sottovalutazzjoni sistematika tar-riskju;

(iii)

il-punt sa fejn ir-rivalwazzjoni ta’ strument finanzjarju tqis ir-riskju tal-mudell;

Artikolu 52 (d)

fir-rigward tar-rekwiżit li jkun hemm mudell intern tar-riskju ta’ inadempjenza li jkun konsistenti mal-ġestjoni interna tar-riskji kif meħtieġ mill-Artikolu 325bp(9) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jivverifikaw jekk l-istituzzjoni ddokumentatx id-differenzi bejn il-mudell intern tar-riskju ta’ inadempjenza u l-mudelli li l-istituzzjoni tuża għall-ġestjoni interna tar-riskju tagħha għall-istess ambitu tal-pożizzjonijiet, u jekk l-istituzzjoni tkunx kapaċi tispjega dawk id-differenzi.

Artikolu 52 2

Għall-finijiet tal-punt (a)(i), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-raġunament ipprovdut fil-politiki interni tal-istituzzjoni għall-għażla tal-fatturi tar-riskju sistematiċi, u l-interpretazzjoni ekonomika tagħhom.

Artikolu 52 3

Għall-finijiet tal-punt (a)(iii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq, jivverifikaw fuq kampjun ta’ emittenti simili li l-fatturi tar-riskju idjosinkratiku jvarjaw.

Artikolu 52 4

Għall-finijiet tal-punt (a)(iv), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq, jivverifikaw fuq kampjun ta’ emittenti, li l-immappjar ikun korrett.

Artikolu 52 5

Għall-finijiet tal-punt (a)(v), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq u meta l-analiżijiet imwettqin mill-istituzzjoni ma jidhrux suffiċjenti għall-portafoll soġġett għal riskju ta’ inadempjenza kif inhu, jeħtieġu li l-istituzzjoni fuq kampjun ta’ emittenti tivvaluta s-setgħa tal-fatturi tar-riskju sistematiċi magħżulin mill-istituzzjoni fl-ispjegazzjoni tal-fatturi ta’ inadempjenza tal-assi ta’ kull emittent.

Artikolu 52 6

Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq, iwettqu analiżijiet statistiċi fuq kampjun ta’ emittenti, inkluż l-ittestjar tal-ipoteżijie, sabiex jittestjaw id-dipendenza tat-telf fil-każ ta’ inadempjenzi fuq il-fatturi tar-riskju sistematiku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.