+DIRETTIVA (UE) 2022/2557 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
------+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
---------+Artikolu 1 1
---------+Artikolu 1 2
---------+Artikolu 1 3
---------+Artikolu 1 4
---------+Artikolu 1 5
---------+Artikolu 1 6
---------+Artikolu 1 7
---------+Artikolu 1 8
---------+Artikolu 1 9
------+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---------+Artikolu 2 (1)
---------+Artikolu 2 (2)
---------+Artikolu 2 (3)
---------+Artikolu 2 (4)
---------+Artikolu 2 (5)
---------+Artikolu 2 (6)
---------+Artikolu 2 (7)
---------+Artikolu 2 (8)
---------+Artikolu 2 (9)
---------+Artikolu 2 (10)
------+Artikolu 3 Armonizzazzjoni minima
---+KAPITOLU II OQFSA NAZZJONALI DWAR IR-REŻILJENZA TAL-ENTITAJIET KRITIĊI
------+Artikolu 4 Strateġija dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi
---------+Artikolu 4 1
---------+Artikolu 4 2
---------+Artikolu 4 3
------+Artikolu 5 Valutazzjoni tar-riskju mill-Istati Membri
---------+Artikolu 5 1
---------+Artikolu 5 2
---------+Artikolu 5 3
---------+Artikolu 5 4
---------+Artikolu 5 5
------+Artikolu 6 Identifikazzjoni tal-entitajiet kritiċi
---------+Artikolu 6 1
---------+Artikolu 6 2
---------+Artikolu 6 3
---------+Artikolu 6 4
---------+Artikolu 6 5
---------+Artikolu 6 6
------+Artikolu 7 Effett ta' tfixkil sinifikanti
---------+Artikolu 7 1
---------+Artikolu 7 2
---------+Artikolu 7 3
------+Artikolu 8 Entitajiet kritiċi fis-settur bankarju, fis-settur tal-infrastruttura tas-swieq finanzjarji u fis-settur tal-infrastruttura diġitali
------+Artikolu 9 Awtoritajiet kompetenti u l-punt uniku ta' kuntatt
---------+Artikolu 9 1
---------+Artikolu 9 2
---------+Artikolu 9 3
---------+Artikolu 9 4
---------+Artikolu 9 5
---------+Artikolu 9 6
---------+Artikolu 9 7
---------+Artikolu 9 8
------+Artikolu 10 Appoġġ tal-Istati Membri għall-entitajiet kritiċi
---------+Artikolu 10 1
---------+Artikolu 10 2
---------+Artikolu 10 3
------+Artikolu 11 Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri
---------+Artikolu 11 1
---------+Artikolu 11 2
---+KAPITOLU III REŻILJENZA TAL-ENTITAJIET KRITIĊI
------+Artikolu 12 Valutazzjoni tar-riskju minn entitajiet kritiċi
---------+Artikolu 12 1
---------+Artikolu 12 2
------+Artikolu 13 Miżuri ta' reżiljenza tal-entitajiet kritiċi
---------+Artikolu 13 1
---------+Artikolu 13 2
---------+Artikolu 13 3
---------+Artikolu 13 4
---------+Artikolu 13 5
---------+Artikolu 13 6
------+Artikolu 14 Kontrolli tal-isfond
---------+Artikolu 14 1
---------+Artikolu 14 2
---------+Artikolu 14 3
------+Artikolu 15 Notifika ta' inċident
---------+Artikolu 15 1
---------+Artikolu 15 2
---------+Artikolu 15 3
---------+Artikolu 15 4
------+Artikolu 16 Standards
---+Kapitolu IV Entitajiet kritiċi ta' sinifikat Ewropew partikolari
------+Artikolu 17 Identifikazzjoni ta' entitajiet kritiċi ta' sinifikat Ewropew partikolari
---------+Artikolu 17 1
---------+Artikolu 17 2
---------+Artikolu 17 3
---------+Artikolu 17 4
------+Artikolu 18 Missjonijiet konsultattivi
---------+Artikolu 18 1
---------+Artikolu 18 2
---------+Artikolu 18 3
---------+Artikolu 18 4
---------+Artikolu 18 5
---------+Artikolu 18 6
---------+Artikolu 18 7
---------+Artikolu 18 8
---------+Artikolu 18 9
---------+Artikolu 18 10
---+KAPITOLU V KOOPERAZZJONI U RAPPURTAR
------+Artikolu 19 Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi
---------+Artikolu 19 1
---------+Artikolu 19 2
---------+Artikolu 19 3
---------+Artikolu 19 4
---------+Artikolu 19 5
---------+Artikolu 19 6
---------+Artikolu 19 7
------+Artikolu 20 Appoġġ mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet kompetenti u lill-entitajiet kritiċi
---------+Artikolu 20 1
---------+Artikolu 20 2
---------+Artikolu 20 3
---+KAPITOLU VI SUPERVIŻJONI U INFURZAR
------+Artikolu 21 Superviżjoni u infurzar
---------+Artikolu 21 1
---------+Artikolu 21 2
---------+Artikolu 21 3
---------+Artikolu 21 4
---------+Artikolu 21 5
------+Artikolu 22 Penali
---+KAPITOLU VII ATTI DELEGATI U ATTI TA' IMPLIMENTAZZJONI
------+Artikolu 23 Eżerċizzju tad-delega
---------+Artikolu 23 1
---------+Artikolu 23 2
---------+Artikolu 23 3
---------+Artikolu 23 4
---------+Artikolu 23 5
---------+Artikolu 23 6
------+Artikolu 24 Proċedura ta' kumitat
---------+Artikolu 24 1
---------+Artikolu 24 2
---+KAPITOLU VIII DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
------+Artikolu 25 Rappurtar u rieżami
------+Artikolu 26 Traspożizzjoni
---------+Artikolu 26 1
---------+Artikolu 26 2
------+Artikolu 27 Tħassir tad-Direttiva 2008/114/KE
------+Artikolu 28 Dħul fis-seħħ
------+Artikolu 29 Destinatarji
---+ANNESS SETTURI, SOTTOSETTURI U KATEGORIJI TA' ENTITAJIET
|
English -
European Union -
DIRETTIVA (UE) 2022/2557 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
DIRETTIVA (UE) 2022/2557 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Diċembru 2022
dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Preamble: 1
|
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1)
|
L-entitajiet kritiċi, bħala fornituri ta' servizzi essenzjali, għandhom rwol indispensabbli fiż-żamma ta' funzjonijiet essenzjali tas-soċjetà jew attivitajiet ekonomiċi fis-suq intern f'ekonomija tal-Unjoni dejjem aktar interdipendenti. Għalhekk huwa essenzjali li jiġi stabbilit qafas għall-Unjoni li għandu l-għan kemm li jsaħħaħ ir-reżiljenza ta' entitajiet kritiċi fis-suq intern billi joħloq regoli minimi armonizzati kif ukoll li jgħinhom permezz ta' appoġġ koerenti u dedikat u miżuri ta' superviżjoni.
|
|
(2)
|
Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (4) tipprevedi proċedura għad-deżinjazzjoni tal-infrastruttura kritika Ewropea fis-setturi tal-enerġija u tat-trasport li t-tfixkil jew il-qerda tagħha ikollha impatt transfruntier sinifikanti fuq mill-inqas żewġ Stati Membri. Din id-Direttiva tiffoka esklużivament fuq il-protezzjoni ta' infrastruttura bħal din. Madankollu, l-evalwazzjoni tad-Direttiva 2008/114/KE li saret fl-2019 sabet li, minħabba n-natura dejjem aktar interkonnessa u transfruntiera tal-operazzjonijiet li jużaw l-infrastruttura kritika, il-miżuri protettivi relatati mal-assi individwali waħedhom mhumiex biżżejjed biex jipprevjenu milli jseħħ kull tfixkil. Għalhekk, huwa meħtieġ li l-approċċ jinbidel lejn l-iżgurar li r-riskji jitqiesu aħjar, li r-rwol u d-dmirijiet tal-entitajiet kritiċi bħala fornituri ta' servizzi essenzjali għall-funzjonament tas-suq intern ikunu definiti aħjar u jkunu koerenti, u li jiġu adottati regoli għall-Unjoni biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi. L-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jkunu f'pożizzjoni li jsaħħu l-kapaċità tagħhom li jipprevjenu, jipproteġu kontra, jirrispondu għal, jirreżistu, jimmitigaw, jassorbu, jakkomodaw u jirkupraw minn inċidenti li għandhom il-potenzjal li jfixklu l-forniment ta' servizzi essenzjali.
|
|
(3)
|
Filwaqt li għadd ta' miżuri fil-livell tal-Unjoni, bħall-Programm Ewropew għall-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika, u fil-livell nazzjonali għandhom l-għan li jappoġġaw il-protezzjoni tal-infrastruttura kritika fl-Unjoni, jenħtieġ li jsir aktar biex l-entitajiet li joperaw tali infrastruttura jkunu mgħammra aħjar biex jindirizzaw ir-riskji għall-operazzjonijiet tagħhom li jistgħu jirriżultaw fit-tfixkil tal-forniment ta' servizzi essenzjali. Jenħtieġ li jsir aktar ukoll sabiex jkunu mgħammra aħjar tali entitajiet minħabba li hemm xenarju ta' theddid dinamiku, li jinkludi theddid ibridu u terroristiku li qed jevolvi, u interdipendenzi li qed jikbru bejn infrastruttura u s-setturi. Barra minn hekk, hemm riskju fiżiku akbar minħabba diżastri naturali u t-tibdil fil-klima, li jintensifika l-frekwenza u l-iskala ta' avvenimenti estremi tat-temp u jġib bidliet fit-tul fil-kundizzjonijiet tal-klima medja li jistgħu jnaqqsu l-kapaċità, l-effiċjenza u l-ħajja ta' ċerti tipi ta' infrastrutturi jekk ma jkunux fis-seħħ miżuri ta' adattament għat-tibdil fil-klima. Barra minn hekk, is-suq intern huwa kkaratterizzat minn frammentazzjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' entitajiet kritiċi minħabba li s-setturi u l-kategoriji ta' entitajiet rilevanti mhumiex rikonoxxuti b'mod konsistenti bħala kritiċi fl-Istati Membri kollha. Jenħtieġ għalhekk li din id-Direttiva tikseb livell sod ta' armonizzazzjoni f'termini tas-setturi u l-kategoriji tal-entitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha.
|
|
(4)
|
Filwaqt li ċerti setturi tal-ekonomija, bħas-setturi tal-enerġija u tat-trasport, diġà huma regolati minn atti legali tal-Unjoni speċifiċi għas-settur, dawk l-atti legali fihom dispożizzjonijiet relatati biss ma' ċerti aspetti tar-reżiljenza ta' entitajiet li joperaw f'dawk is-setturi. Sabiex tiġi indirizzata b'mod komprensiv ir-reżiljenza ta' dawk l-entitajiet li huma kritiċi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern, din id-Direttiva toħloq qafas ġenerali li jindirizza r-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi fir-rigward tal-perikli kollha, kemm dawk naturali jew ikkawżati mill-bniedem, aċċidentali jew intenzjonali.
|
|
(5)
|
L-interdipendenzi li qed jiżdiedu bejn l-infrastruttura u s-setturi huma r-riżultat ta' network dejjem aktar transfruntier u interdipendenti ta' forniment ta' servizzi bl-użu ta' infrastruttura kritika madwar l-Unjoni fis-setturi tal-enerġija, tat-trasport, tal-banek, tal-ilma tax-xorb, tal-ilma mormi, tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ikel, tas-saħħa, tal-ispazju, tal-infrastruttura tas-suq finanzjarju u tal-infrastruttura diġitali u f'ċerti aspetti tas-settur tal-amministrazzjoni pubblika. Is-settur spazjali jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-forniment ta' ċerti servizzi li jiddependu fuq infrastruttura bbażata fuq l-art li hija proprjetà, ġestita u operata jew mill-Istati Membri jew minn partijiet privati; konsegwentement, infrastruttura li hija proprjetà ta', ġestita jew operata mill-Unjoni jew f'isimha bħala parti mill-programm spazjali tagħha ma taqax fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
Fir-rigward tas-settur tal-enerġija u partikolarment il-metodi tal-ġenerazzjoni u t-trażmissjoni tal-elettriku (fir-rigward tal-forniment tal-elettriku), huwa mifhum li, fejn meqjus xieraq, il-ġenerazzjoni tal-elettriku tista' tinkludi l-partijiet ta' impjanti tal-enerġija nukleari li jittrasmettu l-elettriku iżda teskludi l-elementi nukleari speċifiċi koperti bit-trattati u l-liġi tal-Unjoni, inkluż atti legali rilevanti tal-Unjoni li jikkonċernaw l-enerġija nukleari. Il-proċess għall-identifikazzjoni tal-entitajiet kritiċi fis-settur tal-ikel jenħtieġ li jirrifletti b'mod adegwat in-natura tas-suq internf'dak is-settur u r-regoli estensivi tal-Unjoni relatati mal-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel u s-sikurezza tal-ikel. Għalhekk, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm approċċ proporzjonat u biex jiġu riflessi b'mod adegwat ir-rwol u l-importanza ta' dawk l-entitajiet fil-livell nazzjonali, l-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jiġu identifikati biss fost in-negozji tal-ikel, kemm jekk għall-profitt kif ukoll jekk le u kemm jekk pubbliċi jew privati, li huma involuti esklużivament fil-loġistika u d-distribuzzjoni bl-ingrossa u l-produzzjoni u l-ipproċessar industrijali fuq skala kbira b'sehem sinifikanti mis-suq kif osservat fil-livell nazzjonali. Dawk l-interdipendenzi jfissru li kwalunkwe tfixkil ta' servizzi essenzjali, anki wieħed li huwa inizjalment limitat għal entità waħda jew għal settur wieħed, jista' jkollu effetti kaskata b'mod aktar wiesa', li potenzjalment jistgħu jwasslu għal impatt negattiv b'konsegwenzi estensivi u fit-tul fuq il-forniment tas-servizzi fis-suq intern. Kriżijiet kbar, bħall-pandemija tal-COVID-19, urew il-vulnerabbiltà tas-soċjetajiet dejjem aktar interdipendenti tagħna quddiem riskji bi probabbiltà baxxa li jiġru iżda li jkollhom impatt kbir.
|
|
(6)
|
L-entitajiet involuti fil-forniment ta' servizzi essenzjali huma dejjem aktar soġġetti għal rekwiżiti diverġenti imposti skont il-liġi nazzjonali. Il-fatt li xi Stati Membri għandhom rekwiżiti ta' sigurtà inqas stretti fuq dawk l-entitajiet mhux biss iwassal għal diversi livelli ta' reżiljenza iżda jirriskja wkoll li jkollu impatt negattiv fuq iż-żamma ta' funzjonijiet tas-soċjetà jew attivitajiet ekonomiċi vitali madwar l-Unjoni u jwassal għal ostakli fil-funzjonament tajjeb tas-suq intern. L-investituri u l-kumpanniji jistgħu jiddependu fuq u jafdaw lil entitajiet kritiċi li jkunu reżiljenti, u l-affidabbiltà u l-fiduċja huma l-pedamenti ta' suq intern li jiffunzjona tajjeb. Tipi simili ta' entitajiet huma meqjusa bħala kritiċi f'xi Stati Membri iżda mhux f'oħrajn, u dawk li huma identifikati bħala kritiċi huma soġġetti għal rekwiżiti diverġenti fi Stati Membri differenti. Dan jirriżulta f'piż amministrattiv addizzjonali u bla bżonn għal kumpanniji li joperaw bejn il-fruntieri, b'mod partikolari għal kumpaniji attivi fl-Istati Membri b'rekwiżiti aktar stretti. Għalhekk qafas tal-Unjoni jkollu wkoll l-effett li joħloq kondizzjonijiet ekwi għall-entitajiet kritiċi fl-Unjoni kollha.
|
|
(7)
|
Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli minimi armonizzati biex jiġu żgurati l-forniment ta' servizzi essenzjali fis-suq intern, biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u biex tittejjeb il-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-awtoritajiet kompetenti. Huwa importanti li dawk ir-regoli jibqgħu validi fil-futur f'termini tat-tfassil u l-implimentazzjoni tagħhom filwaqt li jippermettu l-flessibbiltà meħtieġa. Huwa kruċjali wkoll li tittejjeb il-kapaċità tal-entitajiet kritiċi li jipprovdu servizzi essenzjali għal riskji differenti.
|
|
(8)
|
Sabiex jinkiseb livell għoli ta' reżiljenza l-Istati Membri jenħtieġ li jidentifikaw entitajiet kritiċi li ser ikunu soġġetti għal rekwiżiti u superviżjoni speċifiċi u li ser ikunu forniti b'appoġġ u gwida partikolari minħabba r-riskji rilevanti kollha.
|
|
(9)
|
Minħabba l-importanza taċ-ċibersigurtà għar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u fl-interessi tal-konsistenza, approċċ koerenti jenħtieġ li jiġi żgurat, kull fejn possibbli, bejn din id-Direttiva u d-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Fid-dawl tal-frekwenza ogħla u l-karatteristiċi partikolari tar-riskji ċibernetiċi, id-Direttiva (UE) 2022/2555 timponi rekwiżiti komprensivi fuq għadd kbir ta' entitajiet biex tiżgura ċ-ċibersigurtà tagħhom. Minħabba li ċ-ċibersigurtà hija indirizzata b'mod suffiċjenti fid-Direttiva (UE) 2022/2555, il-kwistjonijiet koperti minn dik id-Direttiva jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għar-reġim partikolari għall-entitajiet fis-settur tal-infrastruttura diġitali.
|
|
(10)
|
Fejn dispożizzjonijiet ta' atti legali tal-Unjoni speċifiċi għas-settur jirrikjedu lill-entitajiet kritiċi jieħdu miżuri biex jtejbu r-reżiljenza tagħhom, u fejn dawk ir-rekwiżiti jkunu rikonoxxuti mill-Istati Membri bħala mill-inqas ekwivalenti għall-obbligi korrispondenti stabbiliti f'din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva ma jenħtieġx li japplikaw, sabiex jiġu evitati d-duplikazzjoni u l-piż bla bżonn. F'dak il-każ, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' tali atti legali tal-Unjoni. Fejn id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva ma japplikawx, id-dispożizzjonijiet dwar is-superviżjoni u l-infurzar stabbiliti f'din id-Direttiva jenħtieġ li lanqas ma japplikaw.
|
|
(11)
|
Din id-Direttiva ma taffettwax il-kompetenza tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet tagħhom f'termini ta' awtonomija amministrattiva jew ir-responsabbiltà tagħhom li jissalvagwardjaw is-sigurtà u d-difiża nazzjonali jew is-setgħa tagħhom li jissalvagwardjaw funzjonijiet essenzjali oħra tal-Istat, b'mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà pubblika, l-integrità territorjali u ż-żamma tal-ordni pubbliku. L-esklużjoni tal-entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika għall-entitajiet li l-attivitajiet tagħhom jitwettqu b'mod predominanti fl-oqsma tas-sigurtà nazzjonali, tas-sigurtà pubblika, tad-difiża jew tal-infurzar tal-liġi, inkluż l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali. Madankollu, entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika li l-attivitajiet tagħhom huma biss marġinalment relatati ma' dawk l-oqsma jenħtieġ li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-entitajiet b'kompetenzi regolatorja mhumiex ikkunsidrati bħala li jwettqu attivitajiet fil-qasam tal-infurzar tal-liġi u, għalhekk, mhumiex esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għal din ir-raġuni. L-entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika li huma stabbiliti b'mod konġunt ma' pajjiż terz f'konformità ma' ftehim internazzjonali huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Din id-Direttiva ma tapplikax għall-missjonijiet diplomatiċi u konsulari tal-Istati Membri f'pajjiżi terzi.
Ċerti entitajiet kritiċi jwettqu attivitajiet fl-oqsma tas-sigurtà nazzjonali, tas-sigurtà pubblika, tad-difiża jew tal-infurzar tal-liġi, inkluż l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, jew jipprovdu servizzi esklużivament lill-entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika li jwettqu attivitajiet b'mod predominanti f'dawk l-oqsma. Fid-dawl tar-responsabbiltà tal-Istati Membri sabiex jissalvagwardjaw is-sigurtà u d-difiża nazzjonali, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddeċiedu li l-obbligi fuq l-entitajiet kritiċi stabbiliti f'din id-Direttiva ma japplikawx, kompletament jew parzjalment, għal dawk l-entitajiet kritiċi jekk is-servizzi li jipprovdu jew l-attivitajiet li jwettqu jkunu relatati b'mod predominanti mal-oqsma tas-sigurtà nazzjonali, tas-sigurtà pubblika, tad-difiża jew tal-infurzar tal-liġi, inkluż l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali. L-entitajiet kritiċi li s-servizzi jew l-attivitajiet tagħhom huma biss marġinalment relatati ma' dawk l-oqsma jenħtieġ li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-ebda Stat Membru ma jkun meħtieġ jipprovdi informazzjoni li d-divulgazzjoni tagħha tista' tmur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà nazzjonali tiegħu. Ir-regoli tal-Unjoni jew nazzjonali għall-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata u l-ftehimiet ta' nondivulgazzjoni informali huma rilevanti.
|
|
(12)
|
Sabiex ma tiġix ipperikolata s-sigurtà nazzjonali jew is-sigurtà u l-interessi kummerċjali ta' entitajiet kritiċi, informazzjoni sensittiva jenħtieġ li tiġi aċċessata, skambjata u ttrattata prudentement u b'attenzjoni partikolari għall-kanali ta' trażmissjoni u l-kapaċitajiet ta' ħżin użati.
|
|
(13)
|
Bl-għan li jiġi żgurat approċċ komprensiv għar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi, kull Stat Membru jenħtieġ li jkollu stabbilit strateġija sabiex tiġi mtejba r-reżiljenza ta' entitajiet kritiċi ("l-istrateġija"). L-istrateġija jenħtieġ li tistabbilixxi l-objettivi strateġiċi u l-miżuri ta' politika li għandhom jiġu implimentati. Fl-interessi tal-koerenza u l-effiċjenza, l-istrateġija jenħtieġ li titfassal biex tintegra bla xkiel il-politiki eżistenti, filwaqt li, kull fejn ikun possibbli, tibni fuq strateġiji nazzjonali u settorjali, pjanijiet jew dokumenti simili eżistenti rilevanti. Sabiex jinkiseb approċċ komprensiv, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-istrateġiji tagħhom jipprevedu qafas ta' politika għal koordinazzjoni msaħħa bejn l-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva u l-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva (UE) 2022/2555 fil-kuntest tal-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar riskji ċibernetiċi, theddid ċibernetiku u inċidenti ċibernetiċi u riskji, theddid u inċidenti mhux ċibernetiċi u fil-kuntest tal-eżerċizzju ta' kompiti superviżorji. Meta jistabbilixxu l-istrateġiji tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu kif xieraq in-natura ibrida tat-theddid għall-entitajiet kritiċi.
|
|
(14)
|
L-Istati Membri jenħtieġ li jikkomunikaw l-istrateġiji tagħhom u aġġornamenti sostanzjali tagħhom lill-Kummissjoni, b'mod partikolari biex jippermettu lill-Kummissjoni tivvaluta l-applikazzjoni korretta ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-approċċi ta' politika għar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi fil-livell nazzjonali. Fejn meħtieġ, l-istrateġiji jistgħu jiġu kkomunikati bħala informazzjoni klassifikata. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tfassal rapport sommarju tal-istrateġiji kkomunikati mill-Istati Membri biex iservi bħala bażi għal skambji biex jiġu identifikati l-aħjar prattiki u kwistjonijiet ta' interess komuni fil-qafas ta' Grupp għar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi. Minħabba n-natura sensittiva tal-informazzjoni aggregata inkluża fir-rapport sommarju, kemm jekk ikklassifikat kif ukoll jekk le, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiġġestixxi r-rapport sommarju b'livell xieraq ta' għarfien fir-rigward tas-sigurtà tal-entitajiet kritiċi, tal-Istati Membri u tal-Unjoni. Ir-rapport sommarju u l-istrateġiji jenħtieġ li jiġu salvagwardjati kontra azzjoni illegali jew malizzjuża u jenħtieġ li jkunu aċċessibbli biss għal persuni awtorizzati sabiex jissodisfaw l-objettivi ta' din id-Direttiva. Il-komunikazzjoni tal-istrateġiji u l-aġġornamenti sostanzjali tagħhom jenħtieġ li jgħinu wkoll biex il-Kummissjoni tifhem l-iżviluppi fl-approċċi għar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u jikkontribwixxu għall-monitoraġġ tal-impatt u l-valur miżjud ta' din id-Direttiva, li l-Kummissjoni għandha tirrieżamina perjodikament.
|
|
(15)
|
L-azzjonijiet tal-Istati Membri biex jidentifikaw u jgħinu jiżguraw ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jsegwu approċċ ibbażat fuq ir-riskju li jiffoka fuq l-entitajiet l-aktar rilevanti għat-twettiq tal-funzjonijiet tas-soċjetà jew l-attivitajiet ekonomiċi vitali. Sabiex jiġi żgurat approċċ immirat bħal dan, kull Stat Membru jenħtieġ li jwettaq, fi ħdan qafas armonizzat, valutazzjoni tar-riskji naturali u kkawżati mill-bniedem rilevanti, inkluż dawk ta' natura transsettorjali jew transfruntiera, li jistgħu jaffettwaw il-forniment ta' servizzi essenzjali, inkluż inċidenti, diżastri naturali, emerġenzi tas-saħħa pubblika bħal pandemiji u theddid ibridu jew theddid antagonistiku ieħor, inkluż reati terroristiċi, infiltrazzjoni u sabotaġġ kriminali ("valutazzjoni tar-riskju tal-Istat Membru"). Fit-twettiq ta' dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju tal-Istat Membru, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu valutazzjonijiet tar-riskju ġenerali jew speċifiċi għas-settur oħrajn imwettqa skont atti legali oħra tal-Unjoni u jenħtieġ li jikkunsidraw sa fejn is-setturi jiddependu minn xulxin, anki minn setturi fi Stati Membri oħra u pajjiżi terzi. L-eżitu tal-valutazzjonijiet tar-riskju tal-Istati Membri jenħtieġ li jintużaw għall-finijiet li jiġu identifikati l-entitajiet kritiċi u li jiġu megħjuna dawk l-entitajiet jissodisfaw ir-rekwiżiti tagħhom dwar ir-reżiljenza. Din id-Direttiva tapplika biss għall-Istati Membri u l-entitajiet kritiċi li joperaw fl-Unjoni. Madankollu, l-esperjenza u l-għarfien iġġenerati mill-awtoritajiet kompetenti, b'mod partikolari permezz ta' valutazzjonijiet tar-riskju u mill-Kummissjoni, b'mod partikolari permezz ta' diversi forom ta' appoġġ u kooperazzjoni, jistgħu jintużaw, fejn xieraq u f'konformità mal-istrumenti legali applikabbli, għall-benefiċċju ta' pajjiżi terzi, b'mod partikolari dawk fil-viċinat dirett tal-Unjoni, billi jikkontribwixxu għall-kooperazzjoni eżistenti dwar ir-reżiljenza.
|
|
(16)
|
Sabiex jiġi żgurat li l-entitajiet rilevanti kollha jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' reżiljenza ta' din id-Direttiva u biex jitnaqqsu d-diverġenzi f'dak ir-rigward, huwa importanti li jiġu stabbiliti regoli armonizzati li jippermettu identifikazzjoni konsistenti tal-entitajiet kritiċi madwar l-Unjoni, filwaqt li jippermettu wkoll lill-Istati Membri jirriflettu b'mod adegwat ir-rwol u l-importanza ta' dawk l-entitajiet fil-livell nazzjonali. Meta jiġu applikati l-kriterji stabbiliti f'din id-Direttiva, kull Stat Membru jenħtieġ li jidentifika entitajiet li jipprovdu servizz essenzjali wieħed jew aktar u li joperaw u li għandhom infrastruttura kritika li tinsab fit-territorju tiegħu. Entità jenħtieġ li titqies li topera fit-territorju ta' Stat Membru fejn twettaq l-attivitajiet meħtieġa għas-servizz jew is-servizzi essenzjali inkwistjoni u fejn tinsab l-infrastruttura kritika ta' dik l-entità, li tintuża biex tipprovdi dak is-servizz jew dawk is-servizzi. Jekk ma jkun hemm l-ebda entità li tissodisfa dawk il-kriterji fi Stat Membru, dak l-Istat Membru jenħtieġ li ma jkun taħt l-ebda obbligu li jidentifika entità kritika fis-settur jew fis-sottosettur korrispondenti. Fl-interessi tal-effettività, l-effiċjenza, il-konsistenza u ċ-ċertezza legali, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli xierqa fir-rigward tal-fatt li jiġu nnotifikati l-entitajiet li huma ġew identifikati bħala entitajiet kritiċi.
|
|
(17)
|
L-Istati Membri jenħtieġ li jippreżentaw lill-Kummissjoni, b'mod li jissodisfa l-objettivi ta' din id-Direttiva, lista ta' servizzi essenzjali, l-għadd ta' entitajiet kritiċi identifikati għal kull settur u sottosettur stabbilit fl-Anness u għas-servizz jew is-servizzi essenzjali li kull entità tipprovdi u, jekk jiġu applikati, il-limiti. Jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu ppreżentati limiti bħala tali jew f'forma aggregata, li jfisser li l-informazzjoni tista' tiġi kkalkulata bħala medja skont iż-żona ġeografika, skont is-sena, skont is-settur, skont is-sottosettur jew b'mezzi oħra, u tista' tinkludi informazzjoni dwar il-firxa tal-indikaturi pprovduti.
|
|
(18)
|
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji li jiddeterminaw is-sinifikat ta' effett ta' tfixkil prodott minn inċident. Dawk il-kriterji jenħtieġ li jibnu fuq il-kriterji stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) sabiex jikkapitalizzaw fuq l-isforzi mwettqa mill-Istati Membri biex jidentifikaw l-operaturi tas-servizzi essenzjali kif definiti f'dik id-Direttiva u l-esperjenza miksuba f'dak ir-rigward. Kriżijiet kbar, bħall-pandemija tal-COVID-19, urew l-importanza li tiġi żgurata s-sigurtà tal-katina tal-provvista u wrew kif it-tfixkil tagħha jista' jkollu impatt ekonomiku u soċjetali negattiv fuq għadd kbir ta' setturi u bejn il-fruntieri. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw ukoll l-effetti fuq il-katina tal-provvista, sa fejn ikun possibbli, meta jiddeterminaw sa fejn setturi u sottosetturi oħra jiddependu fuq is-servizz essenzjali fornit minn entita' kritika.
|
|
(19)
|
F'konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli, inkluż ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni, it-theddida potenzjali maħluqa minn sjieda barranija ta' infrastrutturi kritiċi fl-Unjoni trid tiġi rikonoxxuta billi s-servizzi, l-ekonomija u l-moviment liberu u s-sikurezza taċ-ċittadini tal-Unjoni jiddependu fuq il-funzjonament xieraq tal-infrastruttura kritika.
|
|
(20)
|
Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tirrikjedi li l-entitajiet li jappartjenu għas-settur tal-infrastruttura diġitali, li jistgħu jiġu identifikati bħala entitajiet kritiċi skont din id-Direttiva, jieħdu miżuri tekniċi, operazzjonali u organizzattivi xierqa u proporzjonati biex jimmaniġġjaw ir-riskji għas-sigurtà tan-network u tas-sistemi tal-informazzjoni u jinnotifikaw inċidenti sinifikanti u theddid ċibernetiku. Billi t-theddid għas-sigurtà tan-network u tas-sistemi tal-informazzjoni jista' jkollu oriġini differenti, id-Direttiva (UE) 2022/2555 tapplika approċċ li jqis kull periklu li jinkludi r-reżiljenza tan-network u tas-sistemi tal-informazzjoni, kif ukoll il-komponenti u l-ambjent fiżiċi ta' dawk is-sistemi.
Peress li r-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2022/2555 f'dak ir-rigward huma mill-inqas ekwivalenti għall-obbligi korrispondenti stabbiliti f'din id-Direttiva, jenħtieġ li l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 11 u fil-Kapitoli III, IV u VI ta' din id-Direttiva ma japplikawx għal entitajiet li jappartjenu għas-settur tal-infrastruttura diġitali sabiex jiġu evitati d-duplikazzjoni u l-piż amministrattiv mhux meħtieġ. Madankollu, meta titqies l-importanza tas-servizzi pprovduti minn entitajiet li jappartjenu għas-settur tal-infrastruttura diġitali għall-entitajiet kritiċi li jappartjenu għas-setturi l-oħra kollha, l-Istati Membri jenħtieġ li jidentifikaw, abbażi tal-kriterji u permezz tal-proċedura prevista f'din id-Direttiva, entitajiet li jappartjenu għas-settur tal-infrastruttura diġitali bħala entitajiet kritiċi. Konsegwentement, l-istrateġiji, il-valutazzjonijiet tar-riskju tal-Istat Membru u l-miżuri ta' appoġġ stabbiliti fil-Kapitolu II ta' din id-Direttiva jenħtieġ li japplikaw. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali sabiex jiksbu livell ogħla ta' reżiljenza għal dawk l-entitajiet kritiċi, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet jkunu konsistenti mal-liġi tal-Unjoni applikabbli.
|
|
(21)
|
Il-liġi dwar is-servizzi finanzjarji tal-Unjoni tistabbilixxi rekwiżiti komprensivi għall-entitajiet finanzjarji biex jiġġestixxu r-riskji kollha li jiffaċċjaw, inkluż ir-riskji operazzjonali, u biex jiżguraw il-kontinwità tan-negozju. Tali liġi tinkludi r-Regolamenti (UE) Nru 648/2012 (8), (UE) Nru 575/2013 (9) u (UE) Nru 600/2014 (10) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi 2013/36/UE (11) u 2014/65/UE (12)tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dak il-qafas legali huwa kkomplementat permezz tar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), li jistabbilixxi rekwiżiti applikabbli għall-entitajiet finanzjarji biex jiġġestixxu r-riskji tat- Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT), inkluż fir-rigward tal-ħarsien ta' infrastruttura fiżika tal-ICT. Peress li r-reżiljenza ta' dawk l-entitajiet hija għalhekk, koperta b'mod komprensiv, jenħtieġ li l-Artikolu 11 u l-Kapitoli III, IV u VI ta' din id-Direttiva ma japplikawx għal dawk l-entitajiet sabiex jiġu evitati d-duplikazzjoni u l-piż amministrattiv bla bżonn.
Madankollu, meta titqies l-importanza tas-servizzi pprovduti minn entitajiet fis-settur finanzjarju għall-entitajiet kritiċi li jappartjenu għas-setturi l-oħra kollha, l-Istati Membri jenħtieġ li jidentifikaw, abbażi tal-kriterji u permezz tal-proċedura prevista f'din id-Direttiva, l-entitajiet li jappartjenu għas-settur finanzjarju bħala entitajiet kritiċi. Konsegwentement, l-istrateġiji, il-valutazzjonijiet tar-riskju tal-Istat Membru u l-miżuri ta' appoġġ stabbiliti fil-Kapitolu II ta' din id-Direttiva jenħtieġ li japplikaw. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali sabiex jiksbu livell ogħla ta' reżiljenza għal dawk l-entitajiet kritiċi, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet ikunu konsistenti mal-liġi tal-Unjoni applikabbli.
|
|
(22)
|
L-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru jew jistabbilixxu awtoritajiet kompetenti biex jissorveljaw l-applikazzjoni tar-regoli ta' din id-Direttiva' u, fejn meħtieġ, jinfurzawhom u jiżguraw li dawk l-awtoritajiet jingħataw is-setgħat u r-riżorsi adegwati. Fid-dawl tad-differenzi fl-istrutturi ta' governanza nazzjonali, sabiex jiġu ssalvagwardjati l-arranġamenti settorjali eżistenti jew il-korpi superviżorji u regolatorji tal-Unjoni, u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jaħtru jew jistabbilixxu aktar minn awtorità kompetenti waħda. Fejn Stati Membri jaħtru jew jistabbilixxu aktar minn awtorità kompetenti waħda, jenħtieġ li jiddelinjaw b'mod ċar il-kompiti rispettivi tal-awtoritajiet ikkonċernati u jiżguraw li dawn jikkooperaw bla xkiel u b'mod effettiv. L-awtoritajiet kompetenti kollha jenħtieġ li jikkooperaw ukoll b'mod aktar ġenerali ma' awtoritajiet rilevanti oħra, kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll dak nazzjonali.
|
|
(23)
|
Sabiex jiġu ffaċilitati l-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni transfruntiera u sabiex tkun tista' ssir l-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva, kull Stat Membru jenħtieġ li, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-atti legali tal-Unjoni speċifiċi għas-settur, jaħtar punt uniku ta' kuntatt responsabbli għall-koordinazzjoni tal-kwistjonijiet relatati mar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u mal-kooperazzjoni transfruntiera fil-livell tal-Unjoni ("punt uniku ta' kuntatt"), fejn rilevanti fi ħdan awtorità kompetenti. Kull punt uniku ta' kuntatt jenħtieġ li jassisti u jikkoordina l-komunikazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tiegħu, mal-punti uniċi ta' kuntatt ta' Stati Membri oħra u mal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi.
|
|
(24)
|
L-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva u l-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva (UE) 2022/2555 jenħtieġ li jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni fir-rigward ta' riskji marbuta maċ-ċibersigurtà, theddid ċibernetiku u inċidenti ċibernetiċi u riskji, theddid u inċidenti mhux ċibernetiċi li jaffettwaw lill-entitajiet kritiċi kif ukoll fir-rigward ta' miżuri rilevanti meħuda mill-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva u mill-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva (UE) 2022/2555. Huwa importanti li l-Istati Membri jiżguraw li r-rekwiżiti previsti f'din id-Direttiva u fid-Direttiva (UE) 2022/2555 jiġu implimentati b'manjiera komplementari u li l-entitajiet kritiċi ma jkunux soġġetti għal piż amministrattiv lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta' din id-Direttiva u ta' dik id-Direttiva.
|
|
(25)
|
L-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw lill-entitajiet kritiċi, inkluż dawk li jikkwalifikaw bħala intrapriżi żgħar jew medji, fit-tisħiħ tar-reżiljenza tagħhom, f'konformità mal-obbligi tal-Istati Membri stabbiliti f'din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà legali proprja tal-entitajiet kritiċi biex jiżguraw tali konformità u, meta jagħmlu dan, ikunu qegħdin jipprevjenu piż amministrattiv eċċessiv. L-Istati Membri jistgħu, b'mod partikolari, jiżviluppaw materjali u metodoloġiji ta' gwida, jappoġġaw l-organizzazzjoni ta' eżerċizzji biex jittestjaw ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u jipprovdu konsulenza u taħriġ lill-persunal ta' entitajiet kritiċi. Fejn meħtieġ u ġustifikat mill-objettivi ta' interess pubbliku, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu riżorsi finanzjarji u jenħtieġ li jiffaċilitaw il-kondiviżjoni volontarja tal-informazzjoni u l-iskambju ta' prattiki tajba bejn l-entitajiet kritiċi, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
|
|
(26)
|
Bil-għan li tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi identifikati mill-Istati Membri u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq dawk l-entitajiet kritiċi, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkonsultaw lil xulxin, kull fejn xieraq, sabiex jiżguraw li din id-Direttiva hija applikata b'manjiera konsistenti. Dawk il-konsultazzjonijiet jenħtieġ li jsiru fuq talba ta' kwalunkwe awtorità kompetenti interessata u jenħtieġ li jiffokaw fuq l-iżgurar ta' approċċ konverġenti fir-rigward ta' entitajiet kritiċi interkonnessi li jużaw infrastruttura kritika li tkun fiżikament konnessa bejn żewġ Stati Membri jew aktar, li jappartjenu għall-istess gruppi jew strutturi korporattivi, jew li jkunu ġew identifikati fi Stat Membru wieħed u li jipprovdu servizzi essenzjali lil jew fi Stati Membri oħra.
|
|
(27)
|
Meta d-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali jirrikjedu li l-entitajiet kritiċi jivvalutaw ir-riskji rilevanti għall-finijiet ta' din id-Direttiva u li jieħdu miżuri biex jiżguraw ir-reżiljenza tagħhom stess, dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jitqiesu b'mod adegwat għall-fini tas-superviżjoni tal-konformità tal-entitajiet kritiċi ma' din id-Direttiva.
|
|
(28)
|
Entitajiet kritiċi jenħtieġ li jkollhom fehim komprensiv tar-riskji rilevanti li jkunu esposti għalihom u obbligu li janalizzaw dawk ir-riskji. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jwettqu valutazzjonijiet tar-riskju kull meta jkun meħtieġ minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom u l-evoluzzjoni ta' dawk ir-riskji u, fi kwalunkwe każ, kull erba' snin, sabiex ikunu jistgħu jiġu vvalutati r-riskji kollha rilevanti li jistgħu jfixklu l-forniment tas-servizzi essenzjali tagħhom ("valutazzjoni tar-riskju tal-entita' kritika"). Meta l-entitajiet kritiċi jkunu wettqu valutazzjonijiet tar-riskju oħra jew ikunu fasslu dokumenti skont l-obbligi stabbiliti f'atti legali oħra li jkunu rilevanti għall-valutazzjoni tar-riskju tal-entita' kritika tagħhom, jenħtieġ li huma jkunu jistgħu jużaw dawk il-valutazzjonijiet u d-dokumenti biex jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva dwar il-valutazzjonijiet tar-risklju tal-entita' kritika. Awtorità kompetenti jenħtieġ li tkun tista' tiddikjara li valutazzjoni tar-riskju eżistenti mwettqa minn entità kritika li tindirizza r-riskji rilevanti u l-firxa rilevanti tad-dipendenza hija konformi, kompletament jew parzjalment, mal-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva.
|
|
(29)
|
L-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jieħdu miżuri tekniċi, ta' sigurtà u organizzattivi li huma xierqa u proporzjonati għar-riskji li jiffaċċjaw sabiex jipprevjenu, jipproteġu kontra, jirrispondu għal, jirreżistu, jimmitigaw, jassorbu, jakkomodaw u jirkupraw minn inċident. Filwaqt li l-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jieħdu dawk il-miżuri f'konformità ma' din id-Direttiva, id-dettalji u l-portata ta' tali miżuri jenħtieġ li jirriflettu r-riskji differenti li kull entità kritika identifikat bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskju tal-entita' kritika tagħha u l-ispeċifiċitajiet ta' tali entità b'mod xieraq u proporzjonat. Biex tippromwovi approċċ koerenti għall-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li, wara li tikkonsulta l-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi, tadotta linji gwida mhux vinkolanti biex tispeċifika aktar dawk il-miżuri tekniċi, ta' sigurtà u organizzattivi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li kull entità kritika taħtar uffiċjal ta' kollegament jew ekwivalenti bħala punt ta' kuntatt mal-awtoritajiet kompetenti.
|
|
(30)
|
Fl-interess tal-effettività u r-responsabbiltà, l-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jiddeskrivu l-miżuri li jieħdu, b'livell ta' dettall li jilħaq biżżejjed l-għanijiet ta' effettività u responsabbiltà, wara li jikkunsidraw ir-riskji identifikati, fi pjan ta' reżiljenza jew f'dokument jew dokumenti li huma ekwivalenti għal pjan ta' reżiljenza, u japplikaw dak il-pjan fil-prattika. Fejn entita' kritika tkun diġà ħadet miżuri tekniċi, ta' sigurtà u organizzattivi u fasslet dokumenti skont atti oħra legali li huma rilevanti għal miżuri li jsaħħu r-reżiljenza skont din id-Direttiva, hija jenħtieġ li tkun tista', sabiex tevita duplikazzjoni, tuża dawk il-miżuri u d-dokumenti biex tissodisfa r-rekwiżiti fir-rigward ta' miżuri ta' reżiljenza taħt din id-Direttiva. Sabiex tevita duplikazzjoni, awtorità kompetenti jenħtieġ li tkun tista' tiddikjara l-miżuri ta' reżiljenza eżistenti meħuda minn entità kritika li jindirizzaw l-obbligu tagħha li tieħu miżuri tekniċi, ta' sigurtà u organizzattivi skont din id-Direttiva, bħala konformi, kompletament jew parzjalment, mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.
|
|
(31)
|
Ir-Regolamenti (KE) Nru 725/2004 (14) u (KE) Nru 300/2008 (15) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) jistabbilixxu r-rekwiżiti applikabbli għal entitajiet fis-setturi tal-avjazzjoni u tat-trasport marittimu biex jipprevjenu inċidenti kkawżati minn atti illegali u biex jirreżistu u jtaffu l-konsegwenzi ta' inċidenti bħal dawn. Filwaqt li l-miżuri meħtieġa taħt din id-Direttiva huma usa' f'termini tar-riskji indirizzati u t-tipi ta' miżuri li għandhom jittieħdu, l-entitajiet kritiċi f'dawk is-setturi jenħtieġ li jirriflettu fil-pjan ta' reżiljenza tagħhom jew dokumenti ekwivalenti l-miżuri meħuda skont dawk l-atti legali oħra tal-Unjoni. L-entitajiet kritiċi għandhom iqisu wkoll id-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), li tintroduċi valutazzjoni tat-toroq fil-livell tan-network għall-immappjar tar-riskju ta' inċidenti u spezzjoni mmirata tas-sikurezza tat-toroq biex jiġu identifikati kundizzjonijiet perikolużi, difetti u problemi li jżidu r-riskju ta' inċidenti u korrimenti, abbażi ta' żjarat fuq il-post ta' toroq jew ta' sezzjonijiet tat-toroq eżistenti. L-iżgurar tal-protezzjoni u tar-reżiljenza ta' entitajiet kritiċi huwa tal-akbar importanza għas-settur ferrovjarju u, meta jimplimentaw miżuri ta' reżiljenza skont din id-Direttiva, l-entitajiet kritiċi huma mħeġġa jirreferu għal linji gwida mhux vinkolanti u għal dokumenti ta' prattiki tajba żviluppati taħt flussi ta' xogħol settorjali, bħall-Pjattaforma tas-Sigurtà tal-Passiġġieri Ferrovjarji tal-UE stabbilita permezz tad-Deċiżjoni ta-Kummissjoni 2018/C 232/03 (18).
|
|
(32)
|
Ir-riskju li l-impjegati ta' entitajiet kritiċi jew il-kuntratturi tagħhom jużaw ħażin, pereżempju, id-drittijiet tagħhom ta' aċċess fi ħdan l-organizzazzjoni tal-entità kritika biex jagħmlu ħsara u jikkawżaw ħsara huwa ta' tħassib dejjem jiżdied. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet li taħthom l-entitajiet kritiċi huma permessi, f'każijiet debitament motivati u filwaqt li jqisu l-valutazzjonijiet tar-riskju tal-Istat Membru, jippreżentaw talbiet għal kontrolli tal-isfond fuq persuni li jaqgħu f'kategoriji speċifiċi tal-persunal tagħhom. Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-awtoritajiet rilevanti jivvalutaw tali talbiet fi żmien raġonevoli u jipproċessawhom f'konformità mal-liġi u l-proċeduri nazzjonali u mal-liġi rilevanti u applikabbli tal-Unjoni, inkluż dwar il-protezzjoni tad-data personali. Sabiex tiġi korroborata l-identità ta' persuna li hija s-suġġett ta' kontroll tal-isfond, huwa xieraq li l-Istati Membri jitolbu prova tal-identità, bħal passaport, karta tal-identità nazzjonali jew forma diġitali ta' identifikazzjoni, f'konformità mal-liġi applikabbli.
Kontrolli tal-isfond jenħtieġ li jinkludu verifika tar-rekords kriminali tal-persuna kkonċernata. L-Istati Membri jenħtieġ li jużaw is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali f'konformità mal-proċeduri stipulati fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI (19) u, fejn rilevanti u applikabbli, ir-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) għall-finijiet tal-kisba ta' informazzjoni mir-rekords kriminali miżmuma minn Stati Membri oħra. L-Istati Membri jistgħu wkoll, fejn rilevanti u applikabbli, jibbażaw fuq is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), intelligence u kwalunkwe informazzjoni oġġettiva oħra disponibbli li tista' tkun meħtieġa biex tiġi ddeterminata l-adegwatezza tal-persuna kkonċernata li taħdem fil-pożizzjoni li fir-rigward tagħha l-entità kritika tkun talbet kontroll tal-isfond.
|
|
(33)
|
Jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu għan-notifika ta' ċerti inċidenti biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jirreaġixxu malajr u b'mod adegwat għall-inċidenti u jkollhom ħarsa ġenerali komprensiva tal-impatt, in-natura, il-kawża u l-konsegwenzi possibbli ta' inċidenti li magħhom l-entitajiet kritiċi jittrattaw. L-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jinnotifikaw, mingħajr dewmien żejjed, lill-awtoritajiet kompetenti b'inċidenti li jfixklu b'mod sinifikanti jew li għandhom il-potenzjal li jfixklu b'mod sinifikanti l-forniment ta' servizzi essenzjali. Sakemm ma jkunux jistgħu operazzjonalment jagħmlu dan, l-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jippreżentaw notifika inizjali mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li jsiru jafu b'inċident. In-notifika inizjali jenħtieġ tinkludi biss l-informazzjoni strettament meħtieġa biex l-awtorità kompetenti ssir taf bl-inċident u tippermetti lill-entità kritika tfittex assistenza, jekk ikun meħtieġ. Tali notifika jenħtieġ li tindika, fejn possibbli, il-kawża preżunta tal-inċident. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li r-rekwiżit li tiġi ppreżentata dik in-notifika inizjali ma jiddevjax ir-riżorsi tal-entità kritika minn attivitajiet relatati mat-trattament tal-inċidenti, li jenħtieġ jiġu prijoritizzati. In-notifika inizjali jenħtieġ li tiġi segwita, fejn rilevanti, minn rapport dettaljat mhux aktar tard minn xahar wara l-inċident. Ir-rapport dettaljat jenħtieġ jikkomplementa n-notifika inizjali u jipprovdi ħarsa ġenerali aktar kompluta tal-inċident.
|
|
(34)
|
L-istandardizzazzjoni jenħtieġ li tibqa' primarjament proċess immexxi mis-suq. Madankollu, xorta jista' jkun hemm sitwazzjonijiet fejn ikun xieraq li tintalab konformità ma' standards speċifiċi. L-Istati Membri jenħtieġ li, fejn utli, jinkoraġġixxu l-użu ta' standards u speċifikazzjonijiet tekniċi Ewropej u internazzjonali rilevanti għall-miżuri ta' sigurta' u ta' reżiljenza applikabbli għal entitajiet kritiċi.
|
|
(35)
|
Filwaqt li l-entitajiet kritiċi ġeneralment joperaw bħala parti minn network dejjem aktar interkonness ta' forniment ta' servizz u infrastruttura u spiss jipprovdu servizzi essenzjali f'aktar minn Stat Membru wieħed, uħud minn dawk l-entitajiet kritiċi huma ta' sinifikat partikolari għall-Unjoni u s-suq intern tagħha minħabba li jipprovdu servizzi essenzjali lil jew f'sitt jew aktar Stati Membri u, għalhekk, jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ speċifiku fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar missjonijiet konsultattivi fir-rigward ta' tali entitajiet kritiċi ta' sinifikat Ewropew partikolari. Dawn ir-regoli huma mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar is-superviżjoni u l-infurzar stipulati f'din id-Direttiva.
|
|
(36)
|
Fuq it-talba motivata mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru wieħed jew aktar li lilu jew fih jiġi pprovdut is-servizz essenzjali, fejn hija meħtieġa informazzjoni addizzjonali sabiex ikun jista' jingħata parir lil entità kritika biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva jew biex tiġi vvalutata l-konformità ta' entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari ma' dawk l-obbligi, l-Istat Membru li jkun identifika entità kritika ta' sinifikat partikolari Ewropew bħala entità kritika jenħtieġ li jipprovdi lill-Kummissjoni b'ċerta informazzjoni kif stabbilit f'din id-Direttiva. Bi qbil mal-Istat Membru li identifika l-entità kritika ta' sinifikat partikolari Ewropew bħala entità kritika, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' torganizza missjoni konsultattiva biex tivvaluta l-miżuri stabbiliti minn dik l-entità. Sabiex jiġi żgurat li tali missjonijiet konsultattivi jitwettqu kif suppost, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli komplementari, b'mod partikolari dwar l-organizzazzjoni u t-twettiq tal-missjonijiet konsultattivi, azzjonijiet ta' segwitu li għandhom jittieħdu u l-obbligi għall-entitajiet kritiċi ta' sinifikat Ewropew partikolari kkonċernati. Il-missjoni konsultattiva jenħtieġ li, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li l-Istat Membru li fih titwettaq il-missjoni konsultattiva u li l-entità kritika kkonċernata tikkonforma mar-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva, titwettaq soġġett għar-regoli dettaljati tal-liġi ta' dak l-Istat Membru, pereżempju dwar il-kondizzjonijiet preċiżi li għandhom jiġu sodisfatti biex jinkiseb aċċess għall-bini jew id-dokumenti rilevanti u dwar ir-rimedju ġudizzjarju. L-għarfien espert speċifiku meħtieġ għal tali missjonijiet konsultattivi jista', fejn rilevanti, jintalab permezz taċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f'każ ta' Emerġenza stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22).
|
|
(37)
|
Sabiex tiġi appoġġata l-Kummissjoni u tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u l-iskambju tal-informazzjoni, inkluż l-aħjar prattiki, dwar kwistjonijiet relatati ma' din id-Direttiva, jenħtieġ li jiġi stabbilit Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi bħala grupp ta' esperti tal-Kummissjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li r-rappreżentanti maħtura tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom fil-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi jikkooperaw b'mod effettiv u effiċjenti, inkluż billi jaħtru rappreżentanti li huma fil-pussess ta' approvazzjoni tas-sigurtà, fejn xieraq. Il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi jenħtieġ li jibda jwettaq il-kompiti tiegħu malajr kemm jista' jkun, sabiex jipprovdi mezzi addizzjonali għal kooperazzjoni xierqa matul il-perjodu ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva. Il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi jenħtieġ li jinteraġixxi ma' gruppi ta' ħidma ta' esperti rilevanti oħra speċifiċi għas-settur.
|
|
(38)
|
Il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi jenħtieġ li jikkoopera mal-Grupp ta' Kooperazzjoni stabbilit skont id-Direttiva (UE) 2022/2555 bil-ħsieb li jappoġġa qafas komprensiv għar-reżiljenza ċibernetika u mhux ċibernetika tal-entitajiet kritiċi. Il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi u l-Grupp ta' Kooperazzjoni stabbiliti skont id-Direttiva (UE) 2022/2555 jenħtieġ li jinvolvu ruħhom fi djalogu regolari biex jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva u l-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva (UE) 2022/2555 u biex jiffaċilitaw l-iskambju ta' informazzjoni, b'mod partikolari dwar suġġetti ta' rilevanza għaż-żewġ gruppi.
|
|
(39)
|
Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' din id-Direttiva u mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà legali tal-Istati Membri u l-entitajiet kritiċi li jiżguraw il-konformità mal-obbligi rispettivi tagħhom stabbiliti fiha, il-Kummissjoni jenħtieġ li, fejn tqis li jkun xieraq, tappoġġa lill-awtoritajiet kompetenti u lill-entitajiet kritiċi bl-għan li tiffaċilita l-konformità tagħhom mal-obbligi rispettivi tagħhom. Meta tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri u lill-entitajiet kritiċi fl-implimentazzjoni tal-obbligi skont din id-Direttiva, il-Kummissjoni jenħtieġ li tibni fuq strutturi u għodod eżistenti, bħal dawk taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, stabbilit permezz tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, u n-Network Ewropew ta' Referenza għall-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika. Barra minn hekk, jenħtieġ li tinforma lill-Istati Membri dwar ir-riżorsi disponibbli fil-livell tal-Unjoni, bħal fi ħdan il-Fond għas-Sigurtà Interna, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23), Orizzont Ewropa, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), jew strumenti oħra rilevanti għar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi.
|
|
(40)
|
L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikollhom ċerti setgħat speċifiċi għall-applikazzjoni u l-infurzar xierqa ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-entitajiet kritiċi, fejn dawn l-entitajiet jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom kif speċifikat f'din id-Direttiva. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jinkludu, b'mod partikolari, is-setgħa li jitwettqu spezzjonijiet u awditi, is-setgħa li jissuperviżjonaw, is-setgħa li jirrikjedu lill-entitajiet kritiċi jipprovdu informazzjoni u evidenza relatati mal-miżuri li jkunu ħadu sabiex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom u, fejn meħtieġ, is-setgħa li joħorġu ordnijiet biex jirrimedjaw il-ksur identifikat. Meta joħorġu tali ordnijiet, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jirrikjedux miżuri li jmorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ u proporzjonat biex jiżguraw il-konformità tal-entità kritika kkonċernata, filwaqt li jqisu, b'mod partikolari, il-gravità tal-ksur u l-kapaċità ekonomika tal-entità kritika kkonċernata. B'mod aktar ġenerali, dawk is-setgħat jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn salvagwardji xierqa u effettivi li għandhom jiġu speċifikati fil-liġi nazzjonali f'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Meta jivvalutaw il-konformità ta' entità kritika mal-obbligi tagħha kif stabbiliti fid-Direttiva, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetentitaħt din id-Direttiva jkunu jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti taħt id-Direttiva (UE) 2022/2555 biex jeżerċitaw is-setgħat superviżorji u ta' infurzar tagħhom b'rabta ma' entità taħt dik id-Direttiva li ġiet identifikata bħala entita' kritika skont din id-Direttiva. L-awtoritajiet kompetenti taħt din id-Direttiva u l-awtoritajiet kompetenti taħt id-Direttiva (UE) 2022/2555 jenħtieġ li jikkooperaw u jiskambjaw l-informazzjoni għal dak il-għan.
|
|
(41)
|
Sabiex din id-Direttiva tiġi applikata b'mod effettiv u konsistenti, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tfassal lista ta' servizzi essenzjali. Dik il-lista jenħtieġ li tintuża mill-awtoritajiet kompetenti għall-fini tat-twettiq ta' valutazzjonijiet tar-riskju tal-Istat Membru u tal-identifikazzjoni ta' entitajiet kritiċi skont din id-Direttiva. Minħabba l-approċċ ta' armonizzazzjoni minima ta' din id-Direttiva, dik il-lista mhijiex eżawrjenti, u l-Istati Membri jistgħu jikkomplementawha b'servizzi essenzjali addizzjonali fil-livell nazzjonali sabiex jittieħed kont tal-ispeċifiċitajiet nazzjonali fil-forniment ta' servizzi essenzjali. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (25). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
|
|
(42)
|
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26).
|
|
(43)
|
Minħabba li l-objettivi ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi żgurat li servizzi essenzjali biex jinżammu l-funzjonijiet tas-soċjetà jew l-attivitajiet ekonomiċi essenzjali huma pprovduti mingħajr tfixkil fis-suq interna u biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi li jipprovdu tali servizzi, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu 5, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.
|
|
(44)
|
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27) u ta opinjoni fil-11 ta' Awwissu 2021.
|
|
(45)
|
Għalhekk, id-Direttiva 2008/114/KE jenħtieġ li tiġi mħassra,
|
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
M. BEK
|
|
KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
|
KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
|
|
KAPITOLU II OQFSA NAZZJONALI DWAR IR-REŻILJENZA TAL-ENTITAJIET KRITIĊI
|
KAPITOLU II OQFSA NAZZJONALI DWAR IR-REŻILJENZA TAL-ENTITAJIET KRITIĊI
|
|
KAPITOLU III REŻILJENZA TAL-ENTITAJIET KRITIĊI
|
KAPITOLU III REŻILJENZA TAL-ENTITAJIET KRITIĊI
|
|
Kapitolu IV Entitajiet kritiċi ta' sinifikat Ewropew partikolari
|
Kapitolu IV Entitajiet kritiċi ta' sinifikat Ewropew partikolari
|
|
KAPITOLU V KOOPERAZZJONI U RAPPURTAR
|
KAPITOLU V KOOPERAZZJONI U RAPPURTAR
|
|
KAPITOLU VI SUPERVIŻJONI U INFURZAR
|
KAPITOLU VI SUPERVIŻJONI U INFURZAR
|
|
KAPITOLU VII ATTI DELEGATI U ATTI TA' IMPLIMENTAZZJONI
|
KAPITOLU VII ATTI DELEGATI U ATTI TA' IMPLIMENTAZZJONI
|
|
KAPITOLU VIII DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
KAPITOLU VIII DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
|
ANNESS SETTURI, SOTTOSETTURI U KATEGORIJI TA' ENTITAJIET
|
ANNESS
SETTURI, SOTTOSETTURI U KATEGORIJI TA' ENTITAJIET
|
Settur
|
Sottosetturi
|
Kategoriji ta' entitajiet
|
|
|
|
|
—
|
Impriżi tal-elettriku kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (57), tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), li jwettqu l-funzjoni ta' "provvista" kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (12), ta' dik id-Direttiva
|
|
|
—
|
Operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (29), tad-Direttiva (UE) 2019/944
|
|
|
—
|
Operaturi ta' sistema tat-trażmissjoni kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (35), tad-Direttiva (UE) 2019/944
|
|
|
—
|
Produtturi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (38), tad-Direttiva (UE) 2019/944
|
|
|
—
|
Operaturi nominati tas-suq tal-elettriku kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (8), tar-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)
|
|
|
|
|
|
—
|
Parteċipanti fis-suq kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (25), tar-Regolament (UE) 2019/943 li jipprovdu servizzi ta' aggregazzjoni, ta' rispons tad-domanda jew ta' ħżin tal-enerġija kif definit fl-Artikolu 2, il-punti (18), (20) u (59), tad-Direttiva (UE) 2019/944
|
|
|
(b)
|
Tisħin u tkessiħ distrettwali
|
|
|
—
|
Operaturi tat-tisħin distrettwali jew tkessiħ distrettwali kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (19), tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3)
|
|
|
|
|
—
|
Operaturi ta' pipelines għat-trażmissjoni taż-żejt
|
|
|
—
|
Operaturi ta' faċilitajiet tal-produzzjoni, tar-raffinar u tat-trattament, tal-ħżin u t-trażmissjoni taż-żejt
|
|
|
—
|
Entitajiet ċentrali ta' ħżin kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (f), tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE (4)
|
|
|
|
|
|
—
|
Impriżi tal-fornitura kif definiti fl-Artikolu 2, il- punt (8), tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5)
|
|
|
—
|
Operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (6), tad-Direttiva 2009/73/KE
|
|
|
—
|
Operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (4), tad-Direttiva 2009/73/KE
|
|
|
—
|
Operaturi tas-sistema tal-ħżin kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (10), tad-Direttiva 2009/73/KE
|
|
|
—
|
Operaturi tas-sistema tal-LNG kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (12), tad-Direttiva 2009/73/KE
|
|
|
—
|
Impriżi tal-gass naturali kif definiti fl-Artikolu 2, il- punt (1), tad-Direttiva 2009/73/KE
|
|
|
—
|
Operaturi ta' faċilitajiet tar-raffinar u t-trattament tal-gass naturali
|
|
|
|
|
—
|
Operaturi tal-produzzjoni, tal-ħżin u tat-trażmissjoni tal-idroġenu
|
|
|
|
|
|
—
|
Trasportaturi tal-ajru kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (4), tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 użati għal skopijiet kummerċjali
|
|
|
—
|
Korpi ta' tmexxija tal-ajruport kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (2), tad-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), ajruporti kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), ta' dik id-Direttiva, inkluż l-ajruporti ewlenin elenkati fit-Taqsima 2 tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), u l-entitajiet li joperaw installazzjonijiet anċillari li jinsabu f'dawk l-ajruporti
|
|
|
—
|
Operaturi għall-kontroll tal-ġestjoni tat-traffiku li jipprovdu servizzi ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru (KTA) kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8)
|
|
|
|
|
|
—
|
Maniġers tal-infrastruttura kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (2), tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9)
|
|
|
—
|
Impriżi ferrovjarji kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (1), tad-Direttiva 2012/34/UE, u operaturi tal-faċilità ta' servizz kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (12), ta' dik id-Direttiva
|
|
|
|
|
|
—
|
Kumpaniji għat-trasport ta' passiġġieri u ta' merkanzija fuq l-ilmijiet interni, fuq il-baħar u mal-kosta, kif definiti għat-trasport marittimu fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 725/2004, li ma jinkludux il-bastimenti individwali mħaddma minn dawk il-kumpaniji
|
|
|
|
|
|
—
|
Korpi ta' tmexxija ta' portijiet kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (1), tad-Direttiva 2005/65/KE, inkluż il-faċilitajiet tal-port tagħhom kif definiti fl-Artikolu 2, punt (11), tar-Regolament (KE) Nru 725/2004, u entitajiet li jwettqu xogħlijiet u jħaddmu tagħmir f'dawk il-portijiet
|
|
|
—
|
Operaturi ta' servizzi tat-traffiku tal-bastimenti (VTS) kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (o), tad-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10)
|
|
|
|
|
|
—
|
Awtoritajiet tat-toroq kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (12), tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/962 (11) responsabbli għall-kontroll tal-ġestjoni tat-traffiku, għajr l-entitajiet pubbliċi li għalihom il-ġestjoni tat-traffiku jew l-operazzjonita' sistemi intelliġenti tat-trasport huma parti mhux essenzjali mill-attività ġenerali tagħhom
|
|
|
—
|
Operaturi ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (1), tad-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12)
|
|
|
|
|
|
—
|
L-operaturi ta' servizzi pubbliċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (d), tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13)
|
|
|
|
|
|
—
|
Istituzzjonijiet tal-kreditu kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
|
|
|
4.
|
Infrastrutturi tas-swieq finanzjarji
|
|
|
|
—
|
Operaturi ta' ċentri ta' negozjar kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (24), tad-Direttiva 2014/65/UE
|
|
|
—
|
Kontropartijiet ċentrali (CCPs) kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012
|
|
|
|
|
|
—
|
Fornituri tal-kura tas-saħħa kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (g), tad-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14)
|
|
|
—
|
Laboratorji ta' referenza tal-UE kif definiti fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15)
|
|
|
—
|
Entitajiet li jwettqu attivitajiet ta' riċerka u żvilupp ta' prodotti mediċinali kif definiti fl-Artikolu 1, il-punt (2), tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16)
|
|
|
|
|
|
—
|
Entitajiet li jimmanifatturaw prodotti farmaċewtiċi bażiċi u preparazzjonijiet farmaċewtiċi kif definiti fit-taqsima C diviżjoni 21 tan-NACE Rev. 2
|
|
|
—
|
Entitajiet li jimmanifatturaw apparati mediċi meqjusa kritiċi waqt emerġenza tas-saħħa pubblika ("lista ta' apparati kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika") fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2022/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17)
|
|
|
—
|
Entitajiet li għandhom awtorizzazzjoni għad-distribuzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 79 tad-Direttiva 2001/83/KE
|
|
|
|
|
|
—
|
Fornituri u distributuri ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1)(a), tad- Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), bl-esklużjoni ta' distributuri li d-distribuzzjoni tagħhom tal-ilma għall-konsum mill-bniedem hi parti mhux essenzjali mill-attività ġenerali tagħhom ta' distribuzzjoni ta' komoditajiet u oġġetti oħra
|
|
|
|
|
|
—
|
Impriżi li jiġbru, jarmu jew jittrattaw ilma mormi urban, ilma mormi domestiku jew ilma mormi industrijali kif definit fl-Artikolu 2, il-punti (1), (2) u (3), tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE (19), għajr impriżi li għalihom il-ġbir, ir-rimi jew it-trattament ta' ilma mormi urban, ilma mormi domestiku jew ilma mormi industrijali huwa parti mhux essenzjali mill-attività ġenerali tagħhom
|
|
|
8.
|
Infrastruttura diġitali
|
|
|
|
—
|
Fornituri ta' punt ta' skambju fuq l-internet kif definiti fl-Artikolu 6, il-punt (18), tad-Direttiva (UE) 2022/2555
|
|
|
—
|
Fornituri ta' servizzi DNS kif definiti fl-Artikolu 6, il-punt (20), tad-Direttiva (UE) 2022/2555, għajr operaturi ta' root name servers
|
|
|
—
|
Reġistri tal-ismijiet tad-dominju tal-ogħla livell kif definiti fl-Artikolu 6, il-punt (21), tad-Direttiva (UE) 2022/2555
|
|
|
—
|
Fornituri ta' servizz ta' cloud kif definit fl-Artikolu 6, p il-unt (30), tad-Direttiva (UE) 2022/2555
|
|
|
—
|
Fornituri ta' servizz ta' ċentru tad-data kif definiti fl-Artikolu 6, il-punt (31), tad-Direttiva (UE) 2022/2555
|
|
|
|
|
|
—
|
Fornituri ta' networks ta' twassil tal-kontenut kif definiti fl-Artikolu 6, il-punt (32), tad-Direttiva (UE) 2022/2555
|
|
|
—
|
Fornituri ta' servizzi fiduċjarji kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (19), tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20)
|
|
|
—
|
Fornituri ta' networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (8), tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21)
|
|
|
—
|
Fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2018/1972 sakemm is-servizzi tagħhom huma disponibbli pubblikament
|
|
|
9.
|
L-amministrazzjoni pubblika
|
|
|
|
—
|
Entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika ta' gvernijiet ċentrali kif definiti mill-Istati Membri f'konformità mal-liġi nazzjonali
|
|
|
|
|
|
—
|
Operaturi ta' infrastruttura terrestri, proprjetà tal-Istati Membri jew partijiet terzi, u ġestita u operata mill-istess Stati Membri jew partijiet privati, li jappoġġaw l-forniment ta' servizzi bbażati fl-ispazju, għajr il-fornituri ta' networks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (8), tad-Direttiva (UE) 2018/1972
|
|
|
11.
|
Produzzjoni, ipproċessar u distribuzzjoni tal-ikel
|
|
|
|
—
|
Negozji tal-ikel kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (2), tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) li huma involuti esklużivament fil-loġistika u d-distribuzzjoni bl-ingrossa u l-produzzjoni u l-ipproċessar industrijali fuq skala kbira
|
|
(1) Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125).
(2) Ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54).
(3) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE tal-14 ta' Settembru 2009 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta' ħażniet ta' żejt mhux maħdum u/jew ta' prodotti petroliferi (ĠU L 265, 9.10.2009, p. 9).
(5) Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).
(6) Id-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti (ĠU L 70, 14.3.2009, p. 11).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1).
(9) Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).
(10) Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10).
(11) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/962 tat-18 ta' Diċembru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment tas-servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali fl-UE kollha (ĠU L 157, 23.6.2015, p. 21).
(12) Id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport (ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1).
(13) Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).
(14) Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).
(15) Ir-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE (ĠU L 314, 6.12.2022, p. 26).
(16) Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
(17) Ir-Regolament (UE) 2022/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Jannar 2022 dwar rwol imsaħħaħ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fit-tħejjija għall-kriżijiet u fil-maniġġar tagħhom għall-prodotti mediċinali u għall-apparati mediċi (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 1).
(18) Id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 435, 23.12.2020, p. 1).
(19) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).
(20) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
(21) Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36).
(22) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022L2557
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|