+ANNESS XX Struzzjonijiet dwar id-divulgazzjoni tal-użu tal-approċċ standardizzat għar-riskju ta’ kreditu (esklużi r-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti u l-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni)

ANNESS XX Struzzjonijiet dwar id-divulgazzjoni tal-użu tal-approċċ standardizzat għar-riskju ta’ kreditu (esklużi r-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti u l-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni)

ANNESS XX

Struzzjonijiet dwar id-divulgazzjoni tal-użu tal-approċċ standardizzat għar-riskju ta’ kreditu (esklużi r-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti u l-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni)

1. L-istrumenti soġġetti għall-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR (skoperturi għas-CCR), kif ukoll l-istrumenti li għalihom japplikaw ir-rekwiżiti fil-Kapitolu 5 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR (skoperturi tat-titolizzazzjoni), mhumiex koperti mill-mudelli li għalihom l-istruzzjonijiet huma pprovduti f’dan l-Anness.

Tabella EU CRD – Rekwiżiti ta’ divulgazzjoni kwalitattiva relatati mal-approċċ standardizzat. Format flessibbli

2. L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fil-punti minn (a) sa (d) tal-Artikolu 444 tar-Regolament (UE) 575/2013 ( 18 ) (“CRR”) billi jsegwu l-istruzzjonijiet ipprovduti hawn taħt f’dan l-Anness sabiex jimlew it-Tabella EU CRD li hija ppreżentata fl-Anness XIX ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.


Ringiela referenza

Referenzi legali u struzzjonijiet

Spjegazzjoni

(a)

Il-punt (a) tal-Artikolu 444 CRR

L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw l-ismijiet tal-istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu (ECAIs) nominati u tal-aġenziji ta’ kreditu għall-esportazzjoni (ECAs) użati u r-raġunijiet għal kwalunkwe tibdil f’dawk in-nomini matul il-perjodu ta’ divulgazzjoni.

(b)

Il-punt (b) tal-Artikolu 444 CRR

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw il-klassijiet tal-iskoperturi, speċifikati fl-Artikolu 112 CRR, li għalihom l-istituzzjonijiet jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR bl-użu tal-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI nominata jew tal-ECA.

(c)

Il-punt (c) tal-Artikolu 444 CRR

Meta jintuża emittent jew valutazzjoni tal-kreditu tal-ħruġ sabiex jiġi ddeterminat il-piż tar-riskju li għandu jiġi assenjat għal skopertura mhux inkluża fil-portafoll tan-negozjar f’konformità mal-Artikolu 139 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR, l-istituzzjonijiet għandhom jiddeskrivu l-proċess użat.

(d)

Il-punt (d) tal-Artikolu 444 CRR

Għal kull waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi speċifikati fl-Artikolu 112 CRR, l-istituzzjonijiet għandhom jindikaw l-iskala alfanumerika ta’ kull ECAI nominata/ECA (kif imsemmi fir-ringiela (a) ta’ dan il-mudell) bil-piżijiet tar-riskju li jikkorrispondu għall-istadji tal-kwalità tal-kreditu kif stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR, ħlief meta l-istituzzjoni tikkonforma mal-assoċjazzjoni standard ippubblikata mill-EBA

Mudell EU CR4 – Skopertura għar-riskju ta’ kreditu u l-effetti tas-CRM. Format fiss

3. L-istituzzjonijiet li jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju ta’ kreditu f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR għandhom jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fil-punti (g), (h) u (i) tal-Artikolu 453 CRR u fil-punt (e) tal-Artikolu 444 CRR billi jsegwu l-istruzzjonijiet ipprovduti hawn taħt f’dan l-Anness sabiex jimlew il-Mudell EU CR4 li huwa ppreżentat fl-Anness XIX ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.


Referenza tal-kolonna

Referenzi legali u struzzjonijiet

Spjegazzjoni

a

Skoperturi qabel is-CCF u qabel is-CRM – Skoperturi fil-karta bilanċjali:

L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw l-iskopertura fil-karta bilanċjali skont l-ambitu tal-konsolidament prudenzjali f’konformità mal-Artikolu 111 CRR, wara l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu f’konformità mal-Artikolu 110 CRR, l-aġġustamenti addizzjonali fil-valur f’konformità mal-Artikoli 34 u 105 CRR, l-ammonti mnaqqsa f’konformità mal-punt (m) tal-Artikolu 36(1) CRR, tnaqqis fil-fondi proprji u tħassir oħrajn (kif iddefiniti fil-qafas kontabilistiku applikabbli), iżda qabel (i) l-applikazzjoni tal-fatturi ta’ konverżjoni tal-kreditu kif speċifikati fl-istess Artikolu u (ii) l-applikazzjoni tat-tekniki tas-CRM speċifikati fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR. Il-valuri tal-iskopertura għal-lokazzjonijiet huma soġġetti għall-Artikolu 134(7) CRR.

b

Skoperturi qabel is-CCF u qabel is-CRM – Skoperturi li ma jidhrux fil-karta bilanċjali:

L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw il-valur tal-iskopertura li ma tidhirx fil-karta bilanċjali skont l-ambitu tal-konsolidament prudenzjali, wara t-tnaqqis tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu u l-ammonti mnaqqsa f’konformità mal-punt (m) tal-Artikolu 36(1) CRR, iżda qabel l-applikazzjoni tal-fatturi ta’ konverżjoni tal-kreditu f’konformità mal-Artikolu 111 CRR u qabel l-effett tat-tekniki tas-CRM (b’applikazzjoni tal-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR).

c

Skoperturi wara s-CCF u wara s-CRM – Skoperturi fil-karta bilanċjali:

L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw l-ammont tal-iskopertura fil-karta bilanċjali skont l-ambitu tal-konsolidament prudenzjali (f’konformità mal-Artikolu 111 CRR), wara l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu f’konformità mal-Artikolu 110 CRR, l-aġġustamenti addizzjonali fil-valur f’konformità mal-Artikoli 34 u 105 CRR, l-ammonti mnaqqsa f’konformità mal-punt (m) tal-Artikolu 36(1) CRR, tnaqqis fil-fondi proprji u tħassir ieħor kif iddefiniti fil-qafas kontabilistiku applikabbli, wara l-applikazzjoni tal-mitiganti tar-riskju ta’ kreditu u tal-fatturi ta’ konverżjoni tal-kreditu kollha. Dan huwa l-ammont li għalih jiġu applikati l-piżijiet tar-riskju (f’konformità mal-Artikolu 113 CRR u mat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR). Huwa ammont nett ekwivalenti ta’ kreditu, wara li jiġu applikati t-tekniki tas-CRM u s-CCF.

d

Skoperturi wara s-CCF u wara s-CRM – Skoperturi li ma jidhrux fil-karta bilanċjali:

L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw l-ammont tal-iskopertura li ma tidhirx fil-karta bilanċjali wara li jqisu l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu kif iddefiniti fir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 183/2014 (1), l-aġġustamenti addizzjonali fil-valur u tnaqqis ieħor fil-fondi proprji, wara l-applikazzjoni tal-mitiganti tar-riskju ta’ kreditu u tal-fatturi ta’ konverżjoni tal-kreditu kollha. Dan huwa l-ammont li għalih jiġu applikati l-piżijiet tar-riskju (f’konformità mal-Artikolu 113 CRR u mat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR). Huwa ammont nett ekwivalenti ta’ kreditu, wara li jiġu applikati t-tekniki tas-CRM u s-CCF.

e

RWEAs

L-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju (RWEAs) ikkalkolati f’konformità mat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR

f

Densità tal-RWEA

(Kolonna e/Kolonni(c+d) ta’ dan il-mudell)

Il-proporzjon għandu jiġi kkalkolat billi l-RWEAs tal-klassi tal-iskopertura rispettiva (kolonna e ta’ dan il-mudell) jiġu diviżi bl-ammont tal-iskopertura rispettivi wara li jitqiesu l-mitiganti tar-riskju ta’ kreditu u l-fatturi ta’ konverżjoni tal-kreditu kollha (somma tal-ammonti fil-kolonni c u d ta’ dan il-mudell).

(1)   

IR-REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 183/2014 tal-20 ta’ Diċembru 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment, fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġi speċifikat il-kalkolu tal-aġġustamenti għar-riskju ta’ kreditu speċifiċi u ġenerali (ĠU L 57, 27.2.2014, p. 3).


Numru tar-ringiela

Referenzi legali u struzzjonijiet

Spjegazzjoni

1 - 16

Klassijiet tal-iskoperturi kif iddefiniti f’konformità mal-Artikolu 112 CRR

L-iskoperturi assenjati għall-klassi tal-iskoperturi “entrati li jirrappreżentaw il-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni” li jissemmew fil-punt (m) tal-Artikolu 112 CRR mhumiex inklużi.

16

Il-klassi tal-iskoperturi ta’ “Entrati oħrajn” tirreferi għal:

— assi soġġetti għal piż tar-riskju speċifiku stabbilit fl-Artikolu 134 CRR;

— assi mhux imnaqqsa b’applikazzjoni tal-Artikolu 39 CRR (pagamenti eċċessivi ta’ taxxa, riport lura ta’ telf ta’ taxxa u assi ta’ taxxa differita li ma jiddependux fuq il-profittabilità futura), tal-Artikolu 41 CRR (assi ta’ fond tal-pensjoni b’benefiċċji definiti), tal-Artikolu 46 CRR (investimenti mhux sinifikanti f’CET1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju), tal-Artikolu 48 CRR (assi ta’ taxxa differita u investimenti diretti, indiretti u sintetiċi fi strumenti tas-CET1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju sal-limitu definit), tal-Artikolu 49 CRR u tal-Artikolu 471 CRR (parteċipazzjonijiet f’entitajiet tal-assigurazzjoni kemm jekk entitajiet tal-assigurazzjoni jkunu taħt superviżjoni skont id-direttiva dwar il-konglomerati kif ukoll jekk le), tal-Artikolu 60 CRR u tal-Artikolu 475 CRR (investimenti diretti, indiretti u sintetiċi mhux sinifikanti u sinifikanti fi strumenti tas-CET1, tal-grad 1 addizzjonali (AT1) u tal-Grad 2 (T2) maħruġa minn entitajiet tas-settur finanzjarju), tal-Artikolu 70 CRR (parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi insinifikanti u sinifikanti tat-T2 (T2) maħruġa minn entità tas-settur finanzjarju) meta ma jkunux allokati għal klassijiet tal-iskoperturi oħrajn, u għal parteċipazzjonijiet kwalifikanti barra mis-settur finanzjarju meta ma jkunux ponderati b’1 250  % għar-riskju (b’applikazzjoni tal-punt (k) tal-Artikolu 36 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu I tal-Parti Tnejn tas-CRR).

Mudell EU CR5 – Approċċ standardizzat. Format fiss

4. L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 444 CRR billi jsegwu l-istruzzjonijiet ipprovduti hawn taħt f’dan l-Anness sabiex jimlew il-Mudell EU CR5 li huwa ppreżentat fl-Anness XIX ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.


Referenza tal-kolonna

Referenzi legali u struzzjonijiet

Spjegazzjoni

a - o

Piż tar-riskju:

L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw l-informazzjoni dwar l-allokazzjoni tal-piżijiet tar-riskju fil-klassi tal-iskopertura rispettiva skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR.

p

Total:

L-ammont totali ta’ skoperturi fil-karta bilanċjali u li ma jidhrux fil-karta bilanċjali skont l-ambitu tal-konsolidament prudenzjali:

— wara l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu f’konformità mal-Artikolu 110 CRR, l-aġġustamenti addizzjonali tal-valur f’konformità mal-Artikoli 34 u 105 CRR, l-ammonti mnaqqsa f’konformità mal-punt (m) tal-Artikolu 36(1) CRR, fondi proprji u tħassir oħrajn (kif iddefiniti fil-qafas kontabilistiku applikabbli) għal skoperturi fil-karta bilanċjali, f’konformità mal-Artikolu 111 CRR;

— wara t-tnaqqis tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu u l-ammonti mnaqqsa f’konformità mal-punt (m) tal-Artikolu 36(1) CRR għal skoperturi li ma jidhrux fil-karta bilanċjali, f’konformità mal-Artikolu 111 CRR;

— wara (i) l-applikazzjoni tal-fatturi ta’ konverżjoni kif speċifikati fl-istess Artikolu u (ii) l-applikazzjoni tat-tekniki tas-CRM speċifikati fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR kemm għall-iskoperturi fil-karta bilanċjali kif ukoll għall-iskoperturi li ma jidhrux fil-karta bilanċjali

q

Li minnhom mhux klassifikati:

Skoperturi li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata u li jiġu applikati piżijiet tar-riskju speċifiċi skont il-klassi tal-iskopertura tagħhom, kif speċifikati fl-Artikolu 113 sal-Artikolu 134 CRR


Numru tar-ringiela

Referenzi legali u struzzjonijiet

Spjegazzjoni

1 - 16

Klassijiet tal-iskoperturi f’konformità mal-Artikolu 112 CRR

L-iskoperturi assenjati għall-klassi tal-iskoperturi “entrati li jirrappreżentaw il-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni” li huma msemmija fil-punt (m) tal-Artikolu 112 CRR mhumiex inklużi.

16

Il-klassi tal-iskoperturi ta’ “Entrati oħrajn” tirreferi għal:

— assi soġġetti għal piż tar-riskju speċifiku stabbilit fl-Artikolu 134 tal-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR;

— assi mhux imnaqqsa b’applikazzjoni tal-Artikolu 39 CRR (pagamenti eċċessivi ta’ taxxa, riport lura ta’ telf ta’ taxxa u assi ta’ taxxa differita li ma jiddependux fuq il-profittabilità futura), tal-Artikolu 41 CRR (assi ta’ fond tal-pensjoni b’benefiċċji definiti), tal-Artikolu 46 u tal-Artikolu 469 CRR (investimenti mhux sinifikanti f’CET1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju), tal-Artikolu 49 u tal-Artikolu 471 CRR (parteċipazzjonijiet f’entitajiet tal-assigurazzjoni kemm jekk l-entitajiet tal-assigurazzjoni jkunu taħt superviżjoni skont id-direttiva dwar il-konglomerati kif ukoll jekk le), tal-Artikolu 60 u l-Artikolu 475 CRR (investimenti diretti, indiretti u sintetiċi mhux sinifikanti u sinifikanti f’livell 1 addizzjonali (AT1) ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju), tal-Artikolu 70 u tal-Artikolu 477 CRR (parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi insinifikanti u sinifikanti ta’ T2 minn entità tas-settur finanzjarju) meta ma jkunux allokati għal klassijiet tal-iskoperturi oħrajn, u għal parteċipazzjonijiet kwalifikanti barra mis-settur finanzjarju meta ma jkunux ponderati b’1 250  % għar-riskju (b’applikazzjoni tal-punt (k) tal-Artikolu 36 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu I tal-Parti Tnejn tas-CRR).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0637
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.