+ANNESS IV Regoli dwar id-data li għandha tiġi mmonitorjata u rrapportata skont l-Artikoli 13a u 13b

ANNESS IV Regoli dwar id-data li għandha tiġi mmonitorjata u rrapportata skont l-Artikoli 13a u 13b




ANNESS IV

Regoli dwar id-data li għandha tiġi mmonitorjata u rrapportata skont l-Artikoli 13a u 13b

PARTI A: DATA LI GĦANDHA TIĠI MMONITORJATA U RRAPPORTATA MILL-ISTATI MEMBRI

(a) 

in-numri ta’ identifikazzjoni tal-vetturi tqal ġodda kollha kif imsemmijin fl-Artikolu 2 li huma rreġistrati fit-territorju tal-Istat Membru;

▼M4

(b) 

l-isem tal-manifattur li lilu tiġi attribwita l-vettura heavy-duty f’konformità mal-Artikolu 7a, il-punt (a), (b) jew (c);

▼M1

(c) 

id-ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur);

(d) 

il-kodiċi għall-karozzerija kif speċifikat fl-entrata 38 taċ-ċertifikat tal-konformità, inklużi, meta applikabbli, iċ-ċifri supplimentari msemmijin fl-Appendiċi 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/858;

(e) 

fil-każ tal-vetturi tqal imsemmijin fl-Artikolu 2(1), l-ewwel paragrafu, il-punt (a) jew (b), l-informazzjoni dwar l-impjant tal-enerġija speċifikata fl-entrati 23, 23.1 u 26 taċ-ċertifikat tal-konformità;

(f) 

il-veloċità massima tal-vettura tqila kif speċifikata fl-entrata 29 taċ-ċertifikat tal-konformità;

(g) 

l-istadju tat-tlestija, kif indikat fil-mudell magħżul taċ-ċertifikat tal-konformità f’konformità mal-punt 2 tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 ( 15 );

(h) 

il-kategorija ta’ vetturi kif speċifikat fl-entrata 0.4 taċ-ċertifikat tal-konformità;

(i) 

l-għadd ta’ fusien, kif speċifikat fl-entrata 1 taċ-ċertifikat tal-konformità;

(j) 

il-TPMLM, kif speċifikata fl-entrata 16.1 taċ-ċertifikat tal-konformità;

(k) 

it-timbru tal-hash kriptografika tal-fajl tar-rekords tal-manifattur kif speċifikat fl-entrata 49.1 taċ-ċertifikat tal-konformità; għall-vetturi tqal rreġistrati sat-30 ta’ Ġunju 2025, l-Istati Membri jistgħu jirrapportaw biss l-ewwel tmien karattri tal-hash kriptografika;

(l) 

l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi kif speċifikati fl-entrata 49.5 taċ-ċertifikat tal-konformità;

(m) 

iċ-ċifra tat-tagħbija medja kif speċifikata fl-entrata 49.6 taċ-ċertifikat tal-konformità;

(n) 

id-data tar-reġistrazzjoni;

(o) 

il-TPMLM għal vettura tqila tal-kategorija N3 b’kombinazzjoni tqila ħafna (EHC) imsemmija fl-Artikolu 3, il-punt (25), kif speċifikata fl-entrata 16.4 taċ-ċertifikat tal-konformità jew taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni ta’ vettura individwali;

(p) 

għall-vetturi bi skop speċjali, id-deżinjazzjoni tagħhom kif speċifikata fl-entrata 51 taċ-ċertifikat tal-konformità;

(q) 

l-għadd ta’ fusien motorizzati, kif speċifikat fl-entrata 3 taċ-ċertifikat tal-konformità;

(r) 

għall-vetturi tqal approvati skont l-Artikolu 2(3), il-punt (b) tar-Regolament (UE) 2018/858, l-informazzjoni li l-vettura tqila kienet iddisinjata u mibnija jew adattata għall-użu mis-servizzi tal-protezzjoni ċivili, mis-servizzi tat-tifi tan-nar u mill-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku;

(s) 

għall-vetturi tqal rreġistrati għall-użu mis-servizzi tal-protezzjoni ċivili, mis-servizzi tat-tifi tan-nar jew mill-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku, il-konferma li l-vettura hija rreġistrata għall-użu mis-servizzi tal-protezzjoni ċivili, mis-servizzi tat-tifi tan-nar jew mill-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubblika u li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a(5), ta’ dan ir-Regolament. Għall-vetturi tqal kollha inklużi l-vetturi tqal approvati individwalment, l-informazzjoni korrispondenti għandha tkun l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fiċ-ċertifikat tal-konformità tal-UE jew fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tal-vettura individwali tal-UE jew fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni individwali nazzjonali f’konformità mal-mudelli stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 irrispettivament minn kwalunkwe eżenzjoni nazzjonali applikabbli skont l-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) 2018/858;

▼M4

(t) 

għal vetturi tal-kategorija M, l-isem tal-manifattur tal-vettura sħiħa jew kompluta li għalih japplikaw l-obbligi ta’ rapportar kif previsti fil-kolonna “Manifattur tal-vettura” tal-ewwel tabella fil-Parti B tal-Anness IV;

(u) 

għall-vetturi tal-kategorija M, il-kodiċi tal-identifikatur dinji tal-manifattur (WMI) li jikkonsisti fi tliet karattri, f’konformità mal-Anness II, il-Parti 2, it-Taqsima A, il-punt 2.2., tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/535 (1) , tal-manifattur tal-vettura sħiħa jew kompluta imsemmi fil-punt (t). Meta t-tielet karattru tal-kodiċi WMI jkun “9”, barra minn hekk, it-tielet, ir-raba’ u l-ħames karattri tat-taqsima tal-indikatur tal-vettura (VIS), li huma assenjati biex jidentifikaw lil dak il-manifattur f’konformità mal-Anness II, il-Parti 2, it-Taqsima A, il-punt 2.2.3., ta’ dan ir-Regolament.

▼M1

PARTI B: DATA LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA MILL-MANIFATTURI U MINN ENTITAJIET OĦRAJN

F’konformità mal-Artikolu 13b ta’ dan ir-Regolament, kull rapportatur għandu jirrapporta d-data li ġejja għal dawk il-vetturi tqal li għalihom huwa obbligat jipproduċi Fajl tar-Rekords tal-Manifattur (MRF) jew Fajl ta’ Informazzjoni dwar il-Vettura (VIF) skont ir-Regolament (UE) 2017/2400 (UE) u ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1362.

▼C2

Għall-vetturi tqal msemmijin fil-Parti A, il-punti (r) u (s), ta’ dan l-Anness, il-manifattur imsemmi fl-Artikolu 7a għandu jinforma wkoll lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 3a(4) u (5), jekk il-vettura tqila li kieku kienet tkun eżentata mill-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 3a(1), (2) u (3) m’hijiex eżentata minn dawk l-obbligi.

▼M1



Kategoriji ta’ vetturi/subgruppi tal-vetturi

Rapportaturi

Manifattur tal-vettura primarja ()

Manifattur tal-vettura interim ()

Manifattur tal-vettura () ()

Servizz tekniku ddeżinjat ()

N/kollha

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

— MRF ()

— Informazzjoni addizzjonali ►M4   (9)  ◄

Mhux applikabbli

M/kollha

— VIF ()

— MRF ()

— Informazzjoni addizzjonali ►M4   (9)  ◄

tal-vettura primarja

Mhux applikabbli

— VIF ()

— MRF ()

— Informazzjoni addizzjonali ►M4   (9)  ◄

tal-vettura kompleta jew kompluta

Mhux applikabbli

O/kollha

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

— MRF ()

— Informazzjoni addizzjonali ►M4   (9)  ◄

— MRF ()

— Informazzjoni addizzjonali ►M4   (9)  ◄

(1)   

L-Artikolu 3, il-punt (29), tar-Regolament (UE) 2017/2400

(2)   

L-Artikolu 3, il-punt (31), tar-Regolament (UE) 2017/2400

(3)   

L-Artikolu 3, il-punt (4a), tar-Regolament (UE) 2017/2400

(4)   

Fajl tar-rekords tal-manifattur (MRF), l-Artikolu 3, il-punt (23), tar-Regolament (UE) 2017/2400

(5)   

Fajl ta' informazzjoni dwar il-vettura (VIF), l-Artikolu 3, il-punt (25), tar-Regolament (UE) 2017/2400

(6)   

L-Artikolu 2,il- punt (5), tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2022/1362

(7)   

Fajl tar-rekords tal-manifattur (MRF), l-Artikolu 2, il-punt (9), tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2022/1362

(8)   

L-Artikolu 8(6) u (7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1362

►M4  (9)   

Kif speċifikat fit-tabella bit-titolu “Informazzjoni addizzjonali”.

 ◄

▼M4



Informazzjoni addizzjonali

Nru

Parametru tal-monitoraġġ

Sors (1)

Kategoriji ta’ vetturi li għalihom japplika l-parametru tal-monitoraġġ (2)

15

L-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur)

 

Kollha

24

L-isem u l-indirizz tal-manifattur tat-trażmissjoni (3)

Il-punt 0.4 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness VI tar-Regolament (UE) 2017/2400

Kategorija N;

Kategorija M: vettura primarja biss;

Kategorija O.

25

L-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur tat-trażmissjoni) (3)

Il-punt 0.1 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness VI tar-Regolament (UE) 2017/2400

Kategorija N;

Kategorija M: vettura primarja biss;

Kategorija O.

32

L-isem u l-indirizz tal-manifattur tal-fusien (3)

Il-punt 0.4 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) 2017/2400

Kategorija N;

Kategorija M: vettura primarja biss;

Kategorija O.

33

L-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur tal-fusien) (3)

Il-punt 0.1 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) 2017/2400

Kategorija N;

Kategorija M: vettura primarja biss;

Kategorija O.

39

L-isem u l-indirizz tal-manifattur tat-tajers

Il-punt 1 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2017/2400

Kategorija N;

Kategorija M: vettura primarja biss;

Kategorija O.

40

L-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur tat-tajers)

Il-punt 3 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2017/2400

Kategorija N;

Kategorija M: vettura primarja biss;

Kategorija O.

72

Numru tal-liċenzja biex tiġi operata l-għodda ta’ simulazzjoni

 

Kollha

75

L-emissjonijiet tal-massa tas-CO2 tal-magna tul iċ-ċiklu tat-test tranżitorju (WHTC) (4) (g/kWh)

Il-punt 1.4.2 tal-addendum tal-Appendiċi 5, jew il-punt 1.4.2 tal-addendum tal-Appendiċi 7, tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (5), skont liema jkun applikabbli

Kategorija N;

Kategorija M: vettura primarja biss.

76

Il-konsum ta’ fjuwil tal-magna tul id-WHTC (g/kWh) (6)

Il-punt 1.4.2 tal-addendum tal-Appendiċi 5, jew il-punt 1.4.2 tal-addendum tal-Appendiċi 7, tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 582/2011, skont liema jkun applikabbli

Kategorija N;

Kategorija M: vettura primarja biss.

77

L-emissjonijiet tal-massa tas-CO2 tal-magna tul iċ-ċiklu stazzjonarju armonizzat dinji (WHSC) (7) (g/kWh)

Il-punt 1.4.1 tal-addendum tal-Appendiċi 5, jew il-punt 1.4.1 tal-addendum tal-Appendiċi 7, tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 582/2011, skont liema jkun applikabbli

Kategorija N;

Kategorija M: vettura primarja biss.

78

Il-konsum tal-fjuwil tal-magna tul id-WHSC (g/kWh) (6)

Il-punt 1.4.1 tal-addendum tal-Appendiċi 5, jew il-punt 1.4.1 tal-addendum tal-Appendiċi 7, tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 582/2011, skont liema jkun applikabbli

Kategorija N;

Kategorija M: vettura primarja biss.

101

Għall-vetturi heavy-duty b’data ta’ simulazzjoni mill-1 ta’ Lulju 2020, in-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-magna

Il-punt 1.2.1. tal-addendum tal-Appendiċi 5, 6 jew 7 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 582/2011, skont liema jkun applikabbli

Kategorija N;

Kategorija M: vettura primarja biss.

102

Għall-vetturi heavy-duty b’data ta’ simulazzjoni mill-1 ta’ Lulju 2021, il-fajl ta’ valuri separati b’virgola tal-istess isem bħall-job file u b’estensjoni.vsum li jinkludi r-riżultati aggregati għal kull profil tal-missjoni u kundizzjoni ta’ tagħbija simulati

Fajl iġġenerat bl-għodda ta’ simulazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2017/2400 fil-verżjoni tal-interfaċċa grafika tal-utent (GUI) tiegħu

Kollha

103

L-isem u l-indirizz tal-manifattur tal-magni b’kombustjoni interna

Il-punt 0.5 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2017/2400

Kategorija N;

Kategorija M: vettura primarja biss.

104

L-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur tal-magni b’kombustjoni interna)

Il-punt 0.1 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2017/2400

Kategorija N;

Kategorija M: vettura primarja biss.

105

L-isem u l-indirizz tal-manifattur tas-sistema tal-magna elettrika / tal-komponent integrat tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika (IEPC) / tal-komponent integrat tas-sistema tal-motopropulsjoni ta’ vettura elettrika ibrida (IHPC) tat-Tip 1 (3)

Il-punt 0.5 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness Xb tar-Regolament (UE) 2017/2400

Kategorija N;

Kategorija M: vettura primarja biss;

Kategorija O.

106

L-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur tas-sistema tal-magna elettrika / tal-IEPC / tal-IHPC tat-Tip 1) (3)

Il-punt 0.1 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness Xb tar-Regolament (UE) 2017/2400

Kategorija N;

Kategorija M: vettura primarja biss;

Kategorija O.

107

L-isem u l-indirizz tal-manifattur taċ-ċelloli tal-fjuwil (3)

Il-punt 0.5 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness Xb tar-Regolament (UE) 2017/2400

Kategorija N;

Kategorija M: vettura primarja biss.

108

L-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur taċ-ċelloli tal-fjuwil) (3)

Il-punt 0.1 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness Xb tar-Regolament (UE) 2017/2400

Kategorija N;

Kategorija M: vettura primarja biss.

109

L-isem u l-indirizz tal-manifattur ta’ sistemi tal-ħżin tal-enerġija elettrika (3)

Il-punt 0.5 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness Xb tar-Regolament (UE) 2017/2400

Kategorija N;

Kategorija M: vettura primarja biss;

Kategorija O.

110

L-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur ta’ sistemi tal-ħżin tal-enerġija elettrika) (3)

Il-punt 0.1 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness Xb tar-Regolament (UE) 2017/2400

Kategorija N;

Kategorija M: vettura primarja biss;

Kategorija O.

111

Il-preżenza ta’ magna b’kombustjoni interna biex titħaddem l-unità refriġeratorja (iva/le)

 

Kategorija O

112

Koeffiċjent K (W/m2-K)

Il-punt 7.2.4 tal-mudell taċ-ċertifikat ta’ konformità tat-tagħmir mal-Ftehim dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti tal-Ikel li Jitħassru u dwar it-Tagħmir Speċjali li għandu jintuża għal Trasport bħal dan (ATP) (8), speċifikat fl-Anness 1, l-Appendiċi 3, tal-Ftehim

Kategorija O (9)

113

Preżenza ta’ art li tiċċaqlaq attwata (iva/le)

 

Kategorija O

114

Trejler b’għoli intern tal-karozzerija, kif definit fil-punt 1(4) tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1362, akbar minn 3,5 m (iva/le)

 

Kategorija O

115

Preżenza ta’ art sekondarja li tkopri aktar minn 50 % tat-tul intern tal-karozzerija tat-trejler, kif definit fil-punt 1(5) tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1362 (iva/le)

 

Kategorija O

116

Ċertifikazzjoni tat-trasport ikkombinat bejn ferrovija u triq skont il-Fuljett tal-Unjoni Internazzjonali Ferrovjarja (UIC) 596-5 (10) jew il-Fuljett tal-UIC 597 (11) (iva/le)

 

Kategorija O

117

Ċertifikazzjoni tat-trasport ikkombinat bejn lanċa u triq skont l-MSC.479(102) (12) (iva/le)

 

Kategorija O

118

In-numru taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tal-ADR għat-trejlers EX/III

Il-punt 1 tal-mudell għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni għal vetturi li jġorru ċerti oġġetti perikolużi speċifikat fil-Parti 9, il-Kapitolu 9.1, il-punt 9.1.3.5 tal-Ftehim dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq (ADR) (13)

Kategorija O (14)

119

Informazzjoni dwar teknoloġiji speċifiċi tal-vetturi li mhumiex koperti minn xi wieħed mill-parametri ta’ monitoraġġ ta’ hawn fuq (fakultattiva)

 

Kollha (15)

(1)   

Meta jintużaw valuri standard għal komponent, unità teknika separata jew sistema li għaliha jirreferi parametru ta’ monitoraġġ għall-fini tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 skont ir-Regolament (UE) 2017/2400 jew ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1362 minflok il-valuri ċċertifikati, ir-rapportaturi għandhom jirreferu għad-dokumentazzjoni interna tagħhom bħala s-sors għall-parametru ta’ monitoraġġ korrispondenti. Meta s-sors ta’ parametru ta’ monitoraġġ ma jkunx speċifikat b’mod espliċitu, ir-rapportaturi għandhom jirreferu wkoll għad-dokumentazzjoni interna tagħhom.

(2)   

Meta vettura heavy-duty ma jkollhiex komponent, unità teknika separata jew sistema, jew karatteristika teknika li għaliha jirreferi parametru ta’ monitoraġġ, il-parametru ta’ monitoraġġ korrispondenti ma għandux jiġi rrapportat għall-vettura inkwistjoni.

(3)   

Meta vettura heavy-duty jkun fiha diversi komponenti, unitajiet tekniċi separati jew sistemi tal-istess tip prodotti minn manifatturi differenti, il-parametru ta’ monitoraġġ għandu jiġi rrapportat għal kull manifattur.

(4)   

Ċiklu Tranżitorju Armonizzat f’Livell Dinji.

(5)   

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u li jemenda l-Annessi I u III għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, 25.6.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/582/oj).

(6)   

Għal vetturi heavy-duty li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil, dan il-parametru ta’ monitoraġġ għandu jiġi rrapportat separatament għal kull fjuwil iddikjarat matul id-determinazzjoni tas-CO2 f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/2400.

(7)   

Ċiklu Tranżitorju Armonizzat f’Livell Dinji.

(8)   

Il-Ftehim dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti tal-Ikel li Jitħassru u dwar it-Tagħmir Speċjali li għandu jintuża għal Trasport bħal dan (ATP), magħmul f’Ġinevra fl-1 ta’ Settembru 1970 u li daħal fis-seħħ fil-21 ta’ Novembru 1976, kif emendat.

(9)   

Dan il-parametru għandu jiġi rrapportat biss għal trejlers b’ċertifikat ta’ konformità tal-ATP.

(10)   

Il-Fuljett tal-UIC 596-5 Semitrejlers b’sistema tal-qbid għat-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti tqal.

(11)   

Il-Fuljett tal-UIC 597 Semitrejlers fuq bogies.

(12)   

Ir-Riżoluzzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) MSC.479(102) (adottata fil-11 ta’ Novembru 2020), Linji Gwida Riveduti għall-Iżgurar ta’ Arranġamenti għat-Trasport ta’ Vetturi tat-Triq fuq Bastimenti Ro-Ro.

(13)   

Il-Ftehim dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq (ADR), magħmul f’Ġinevra fit-30 ta’ Settembru 1957 u li daħal fis-seħħ fid-29 ta’ Jannar 1968, kif emendat.

(14)   

Dan il-parametru għandu jiġi rrapportat biss għal trejlers EX/III b’ċertifikat ta’ approvazzjoni tal-ADR.

(15)   

Dan il-parametru jista’ jiġi rrapportat b’mod fakultattiv għal vetturi b’teknoloġiji speċifiċi tal-vetturi li mhumiex koperti minn xi parametru ta’ monitoraġġ ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tagħhom.

▼M1

PARTI C: MEDED TAĊ-ĊIFRI TAR-REŻISTENZA TAL-ARJA (CDXA) GĦALL-FINI TA’ PUBBLIKAZZJONI F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 13c

▼M4

Għall-fini li tkun pubblikament disponibbli ċ-ċifra CdxA li tinsab fil-fajl tar-rekords tal-manifattur f’konformità mal-Artikolu 13c, il-Kummissjoni għandha tuża l-meded definiti fit-tabella li ġejja li fiha l-medda korrispondenti għal kull ċifra CdxA:

▼M1



Medda

Ċifra CdxA [m2]

CdxA min (CdxA ≥ CdxA min)

CdxA mass (CdxA < CdxA mass)

A1

0,00

3,00

A2

3,00

3,15

A3

3,15

3,31

A4

3,31

3,48

A5

3,48

3,65

A6

3,65

3,83

A7

3,83

4,02

A8

4,02

4,22

A9

4,22

4,43

A10

4,43

4,65

A11

4,65

4,88

A12

4,88

5,12

A13

5,12

5,38

A14

5,38

5,65

A15

5,65

5,93

A16

5,93

6,23

A17

6,23

6,54

A18

6,54

6,87

A19

6,87

7,21

A20

7,21

7,57

A21

7,57

7,95

A22

7,95

8,35

A23

8,35

8,77

A24

8,77

9,21

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1242
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.