|
+ANNESS II Speċifikazzjonijiet tekniċi |
ANNESS II Speċifikazzjonijiet tekniċi
ANNESS II Speċifikazzjonijiet tekniċi 0. Definizzjonijiet: Għall-fini ta’ dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“installat” tfisser it-tqegħid inizjali tat-tagħmir rilevanti kollu tal-punt tal-irriċarġjar, inkluż il-hardware, is-software u l-infrastruttura elettrika assoċjata, bħall-konnessjonijiet tal-provvista tal-elettriku, it-transformers, u sistemi elettriċi oħra, biex ikun jista’ jsir l-irriċarġjar tal-vetturi elettriċi;
(b)
“rinnovat” tfisser sostituzzjoni maġġuri jew sħiħa tat-tagħmir rilevanti tal-punt tal-irriċarġjar. 1.1. Punti tal-irriċarġjar b’potenza normali għall-vetturi elettriċi ħfief:
—
punti tal-irriċarġjar b’potenza normali b’kurrent alternat (AC) għall-vetturi elettriċi ħfief installati jew rinnovati mit-8 ta' Jannar 2026 għandhom ikunu mgħammra, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, mill-inqas b’sokits jew b’konnetturi tal-vetturi tat-Tip 2 għall-irriċarġjar tal-Modalità 3 kif deskritt fl-istandard EN IEC 62196-2:2022 jew, jekk il-potenza tagħhom tkun inqas minn jew ugwali għal 3,7 kW u l-fini primarju tagħhom ikun l-irriċarġar tal-vetturi elettriċi fil-Modalità 2, b’sokits konformi mal-istandard IEC 60884-1:2022; punti tal-irriċarġjar b’potenza normali b’kurrent alternat (AC) installati qabel dik id-data għandhom ikomplu jikkonformaw mal-istandard EN IEC 62196-2:2017 sakemm jiġu rinnovati;
—
punti tal-irriċarġjar b’potenza normali b’kurrent dirett (DC) għall-vetturi elettriċi ħfief installati jew rinnovati mit-8 ta' Jannar 2026 għandhom ikunu mgħammra, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, mill-inqas b’konnetturi tal-vetturi tas-sistema tal-iċċarġjar konġunt “Combo 2” għall-irriċarġjar tal-Modalità 4 kif deskritt fl-istandard EN IEC 62196-3:2022; punti tal-irriċarġjar b’potenza normali b’kurrent dirett (DC) installati qabel dik id-data għandhom ikomplu jikkonformaw mal-istandard EN IEC 62196-3:2014 sakemm jiġu rinnovati.
1.2. Punti tal-irriċarġjar b’potenza għolja għall-vetturi elettriċi ħfief:
—
punti tal-irriċarġjar b’potenza għolja b’kurrent alternat (AC) għall-vetturi elettriċi ħfief installati jew rinnovati mit-8 ta' Jannar 2026 għandhom ikunu mgħammra, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, mill-inqas b’konnetturi tal-vetturi tat-Tip 2 għall-irriċarġjar tal-Modalità 3 kif deskritt fl-istandard EN IEC 62196-2:2022; punti tal-irriċarġjar b’potenza għolja b’kurrent alternat (AC) installati qabel dik id-data għandhom ikomplu jikkonformaw mal-istandard EN IEC 62196-2:2017 sakemm jiġu rinnovati;
—
punti tal-irriċarġjar b’potenza għolja b’kurrent dirett (DC) għall-vetturi elettriċi ħfief installati jew rinnovati mit-8 ta' Jannar 2026 għandhom ikunu mgħammra, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, mill-inqas b’konnetturi tal-vetturi tas-sistema tal-iċċarġjar konġunt “Combo 2” għall-irriċarġjar tal-Modalità 4 kif deskritt fl-istandard EN IEC 62196-3:2022; punti tal-irriċarġjar b’potenza għolja b’kurrent dirett (DC) installati qabel dik id-data għandhom ikomplu jikkonformaw mal-istandard EN IEC 62196-3:2014 sakemm jiġu rinnovati.
1.3. Punti tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi tal-kategorija L: 1.3.1. Il-punti tal-irriċarġjar b’kurrent alternat (AC) aċċessibbli pubblikament u rriżervati għall-vetturi elettriċi tal-kategorija L b’output tal-potenza ugwali għal 3,7 kW jew inqas għandhom ikunu mgħammra, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, mill-inqas b’wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
sokits jew konnetturi tal-vetturi tat-Tip 3 A kif deskritt fl-istandard EN IEC 62196-2:2022 (għall-irriċarġjar tal-Modalità 3);
(b)
sokits konformi mal-istandard IEC 60884-1:2002 (għall-irriċarġjar tal-Modalità 1 jew tal-Modalità 2). 1.3.2. Il-punti tal-irriċarġjar b’kurrent alternat (AC) aċċessibbli għall-pubbliku riżervati għall-vetturi elettriċi tal-kategorija L ta’ iktar minn 3,7 kW installati jew rinnovati mit-8 ta' Jannar 2026 għandhom ikunu mgħammra, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, mill-inqas b’sokits jew b’konnetturi tal-vetturi tat-Tip 2 għall-irriċarġjar tal-Modalità 3 kif deskritt fl-istandard EN IEC 62196-2:2022; punti tal-irriċarġjar b’kurrent alternat (AC) aċċessibbli għall-pubbliku riżervati għall-vetturi elettriċi tal-kategorija L ta’ iktar minn 3,7 kW installati qabel dik id-data għandhom ikomplu jikkonformaw mal-istandard EN IEC 62196-2:2017 sakemm jiġu rinnovati. 1.3.3. Il-punti tal-irriċarġjar b’potenza normali b’kurrent dirett (DC) aċċessibbli għall-pubbliku u l-punti tal-irriċarġjar b’potenza għolja riżervati għall-vetturi elettriċi tal-kategorija L installati jew rinnovati mit-8 ta' Jannar 2026 għandhom ikunu mgħammra, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, mill-inqas b’konnetturi tal-vetturi tas-sistema tal-iċċarġjar konġunt “Combo 2” għall-irriċarġjar tal-Modalità 4 kif deskritt fl-istandard EN IEC 62196-3:2022; punti tal-irriċarġjar b’potenza normali b’kurrent dirett (DC) aċċessibbli għall-pubbliku u punti tal-irriċarġjar b’potenza għolja installati qabel dik id-data għandhom ikomplu jikkonformaw mal-istandard EN IEC 62196-3:2014 sakemm jiġu rinnovati. 1.4. Punti tal-irriċarġjar b’potenza normali u punti tal-irriċarġjar b’potenza għolja għall-karozzi tal-linja elettriċi:
—
punti tal-irriċarġjar b’potenza normali b’kurrent alternat (AC) u punti tal-irriċarġjar b’potenza għolja għall-karozzi tal-linja elettriċi li jiġu installati jew rinnovati mit-8 ta' Jannar 2026 għandhom ikunu mgħammra, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, mill-inqas b’konnetturi tat-Tip 2 għall-irriċarġjar tal-Modalità 3 kif deskritt fl-istandard EN IEC 62196-2:2022; punti tal-irriċarġjar b’potenza normali b’kurrent alternat (AC) u punti tal-irriċarġjar b’potenza għolja installati qabel dik id-data għandhom ikomplu jikkonformaw mal-istandard EN IEC 62196-2:2017 sakemm jiġu rinnovati;
—
punti tal-irriċarġjar b’potenza normali b’kurrent dirett (DC) u punti tal-irriċarġjar b’potenza għolja għall-karozzi tal-linja elettriċi installati jew rinnovati mit-8 ta' Jannar 2026 għandhom ikunu mgħammra, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, mill-inqas b’konnetturi tal-vetturi tas-sistema tal-iċċarġjar konġunt “Combo 2” għall-irriċarġjar tal-Modalità 4 kif deskritt fl-istandard EN IEC 62196-3:2022; punti tal-irriċarġjar b’potenza normali b’kurrent dirett (DC) u punti tal-irriċarġjar b’potenza għolja installati qabel dik id-data għandhom ikomplu jikkonformaw mal-istandard EN IEC 62196-3:2014 sakemm jiġu rinnovati.
1.5. L-apparat awtomatizzat tal-interfaċċa ta’ kuntatt għax-xarabank elettriċi li jirriċarġjaw b’mod konduttiv fil-modalità 4, skont l-istandard EN 61851-23-1:2020, għandu jkun mgħammar tal-inqas b’interfaċċi mekkaniċi u elettriċi, kif definit fl-istandard EN 50696:2021, fir-rigward ta’:
—
l-apparat awtomatizzat ta’ konnessjoni (ACD) immuntat fuq l-infrastruttura (pantografu);
—
l-apparat awtomatizzat ta’ konnessjoni (ACD) immuntat fuq is-saqaf tal-vettura;
—
l-apparat awtomatizzat ta’ konnessjoni (ACD) immuntat taħt il-vettura;
—
l-apparat awtomatizzat ta’ konnessjoni (ACD) immuntat fuq l-infrastruttura u li jagħmel konnessjoni mal-ġenb jew mas-saqaf tal-vettura.
1.6. Punti tal-irriċarġjar b’potenza għolja għall-vetturi elettriċi tqal:
—
Punti tal-irriċarġjar b’potenza għolja b’kurrent dirett (DC) għall-infrastruttura tal-irriċarġjar li kapaċi tforni l-elettriku kemm għall-vetturi elettriċi ħfief kif ukoll għall-vetturi elettriċi tqal għandhom ikunu mgħammra, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, mill-inqas b’konnetturi tal-vetturi tas-sistema tal-iċċarġjar konġunt “Combo 2” għall-irriċarġjar tal-Modalità 4 kif deskritt fl-istandard EN IEC 62196-3:2022.
1.7. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-irriċarġjar induttiv statiku bla fili għall-vetturi elettriċi ħfief: Punti tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi ħfief iddedikati għall-irriċarġjar induttiv statiku bla fili għandhom jikkonformaw, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, ma’:
—
EN IEC 61980-1:2021 “Sistemi ta’ trasferiment tal-potenza bla fili (WPT, Wireless Power Transfer) għall-vetturi elettriċi – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali”;
—
EN IEC 61980-2: 2023 “Sistemi ta’ trasferiment tal-potenza bla fili (WPT) għall-vetturi elettriċi – Parti 2: Rekwiżiti speċifiċi għall-komunikazzjoni u għall-attivitajiet tas-sistema ta’ trasferiment tal-potenza bla fili tal-kamp manjetiku (MF-WPT, Magnetic Field Wireless Power Transfer)”;
—
EN IEC 61980-3: 2022 “Sistemi ta’ trasferiment tal-potenza bla fili (WPT) għall-vetturi elettriċi – Parti 3: Rekwiżiti speċifiċi għas-sistemi ta’ trasferiment tal-potenza bla fili tal-kamp manjetiku (MF-WPT, Magnetic Field Wireless Power Transfer)”.
1.8. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-irriċarġjar induttiv statiku bla fili għal vetturi elettriċi tqal. 1.9. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-irriċarġjar induttiv dinamiku bla fili għall-vetturi tal-passiġġieri u l-vetturi elettriċi ħfief. 1.10. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-irriċarġjar induttiv dinamiku bla fili għall-vetturi elettriċi tqal. 1.11. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-irriċarġjar induttiv statiku bla fili għax-xarabank elettriċi. 1.12. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-irriċarġjar induttiv dinamiku bla fili għax-xarabank elettriċi. 1.13. Speċifikazzjonijiet tekniċi għas-sistema ta’ triq elettrika għall-provvista tal-enerġija dinamika fl-ajru permezz ta’ pantografu għall-vetturi elettriċi tqal. 1.14. Speċifikazzjonijiet tekniċi għas-sistema ta’ triq elettrika (ERS, Electric Road System) għall-provvista tal-enerġija dinamika fil-livell tal-art permezz ta’ binarji konduttivi għall-vetturi elettriċi ħfief u tqal: L-infrastruttura tal-irriċarġjar għall-kurrent alternanti (AC) u għall-kurrent dirett (DC) iddedikata għas-sistema ta’ triq elettrika (ERS) għall-provvista tal-enerġija dinamika fil-livell tal-art permezz ta’ binarji konduttivi għall-vetturi elettriċi ħfief u tqal mgħammra b’kolletturi tal-kurrent konduttivi fil-livell tal-art, biex tippermetti l-ġbir konduttiv tal-kurrent mill-vetturi tat-triq minn binarju ta’ alimentazzjoni integrat fit-triq għandha tikkonforma, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, ma’:
—
CLC/TS 50717:2022 “Rekwiżiti tekniċi għall-kolletturi tal-kurrent għas-sistema ta’ alimentazzjoni fil-livell tal-art fuq il-vetturi tat-triq li jkunu qed jitħaddmu.”;
1.15. Speċifikazzjonijiet tekniċi għat-tpartit ta’ batteriji għall-vetturi elettriċi tal-kategorija L. 1.16. Jekk ikun fattibbli fuq livell tekniku, speċifikazzjonijiet tekniċi għat-tpartit ta’ batteriji għall-karozzi elettriċi tal-passiġġieri u vetturi elettriċi ħfief. 1.17. Jekk ikun fattibbli fuq livell tekniku, speċifikazzjonijiet tekniċi għat-tpartit ta’ batteriji għall-vetturi elettriċi tqal. 1.18. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-istazzjonijiet tal-irriċarġjar biex jiġi żgurat l-aċċess għall-utenti b’diżabilità. 2. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-iskambju ta’ komunikazzjoni fis-settur tal-irriċarġjar tal-vetturi elettriċi 2.1. Speċifikazzjonijiet tekniċi rigward il-komunikazzjoni bejn il-vettura elettrika u l-punt tal-irriċarġjar (komunikazzjoni mill-vettura għall-grilja): 2.1.1. Il-punti tal-irriċarġjar aċċessibbli pubblikament għall-kurrent alternanti (AC) u l-kurrent dirett (DC) għall-vetturi elettriċi ħfief u tqal installati jew rinnovati mit-8 ta' Jannar 2026 għandhom jikkonformaw, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, mill-inqas mal-istandards li ġejjin:
—
EN ISO 15118-1:2019 “Vetturi tat-triq – Interfaċċa tal-komunikazzjoni minn vettura għall-grilja Parti 1: Informazzjoni ġenerali u definizzjoni tal-każ tal-użu”;
—
EN ISO 15118-2:2016 “Vetturi tat-triq – Interfaċċa tal-komunikazzjoni minn vettura għall-grilja Parti 2: Rekwiżiti tan-network u tal-protokoll tal-applikazzjoni”;
—
EN ISO 15118-3:2016 “Vetturi tat-triq – Interfaċċa tal-komunikazzjoni minn vettura għall-grilja Parti 3: Rekwiżiti tas-saff fiżiku u tas-saff ta” kollegament tad-data’;
—
EN ISO 15118-4:2019 “Vetturi tat-triq – Interfaċċa tal-komunikazzjoni minn vettura għall-grilja Parti 4: Test tal-konformità tan-network u tal-protokoll tal-applikazzjoni”;
—
EN ISO 15118-5:2019 “Vetturi tat-triq – Interfaċċa tal-komunikazzjoni minn vettura għall-grilja Parti 5: Test tal-konformità tas-saff fiżiku u tas-saff ta” kollegament tad-data’.
2.1.2. Il-punti tal-irriċarġjar aċċessibbli pubblikament għall-kurrent alternanti (AC) u għall-kurrent dirett (DC) għall-vetturi elettriċi ħfief u tqal installati jew rinnovati mill-1 ta’ Jannar 2027 għandhom jikkonformaw, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, mill-inqas mal-istandard EN ISO 15118-20:2022 “Vetturi tat-triq – Interfaċċa tal-komunikazzjoni mill-vettura għall-grilja – Parti 20: Rekwiżiti tas-saff tan-network u tas-saff tal-applikazzjoni tat-tieni ġenerazzjoni”. Meta tali punti tal-irriċarġjar joffru servizzi awtomatiċi ta’ awtentikazzjoni u ta’ awtorizzazzjoni, bħal waħħal il-plagg u ċċarġja, dawn għandhom jikkonformaw, għal finijiet ta’ interoperabbiltà u ta’ sigurtà, kemm mal-istandard EN ISO 15118-2:2016 kif ukoll mal-istandard EN ISO 15118-20:2022. 2.1.3. Il-punti tal-irriċarġjar għall-kurrent alternanti (AC) u għall-kurrent dirett (DC) għall-vetturi elettriċi ħfief u tqal installati jew rinnovati mill-1 ta’ Jannar 2027 għandhom jikkonformaw, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, mill-inqas mal-istandards li ġejjin:
(a)
EN IEC 61851-1:2019 “Sistema tal-iċċarġjar konduttiv għall-vetturi elettriċi – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali” (għall-irriċarġjar tal-Modalità 2);
(b)
EN ISO 15118-20:2022 “Vetturi tat-triq – Interfaċċa tal-komunikazzjoni minn vettura għall-grilja – Parti 20: Rekwiżiti tas-saff tan-network u tas-saff tal-applikazzjoni tat-tieni ġenerazzjoni” (għall-irriċarġjar tal-Modalità 3 jew tal-Modalità 4). 2.2. Speċifikazzjonijiet tekniċi fir-rigward tal-komunikazzjoni bejn il-punt tal-irriċarġjar u s-sistema ta’ ġestjoni tal-punt tal-irriċarġjar (komunikazzjoni back-end). 2.3. Speċifikazzjonijiet tekniċi fir-rigward tal-komunikazzjoni bejn l-operatur tal-punt tal-irriċarġjar, il-fornituri tas-servizzi tal-elettromobbiltà u l-pjattaformi tar-roaming elettroniku. 2.4. Speċifikazzjonijiet tekniċi fir-rigward tal-komunikazzjoni bejn l-operatur tal-punt tal-irriċarġjar u l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni. 3. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-provvista tal-idroġenu għall-vetturi tat-trasport bit-triq 3.1. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-konnetturi għall-punti tar-riforniment li jfornu l-idroġenu gassuż (ikkompressat) għall-vetturi ħfief għandhom jikkonformaw, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, mill-inqas mar-rekwiżiti tal-interoperabbiltà deskritti fl-istandard EN 17127:2024. 3.2. Il-karatteristiki tal-kwalità tal-idroġenu mqassam mill-punti ta’ riforniment tal-idroġenu għall-vetturi bil-mutur għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti deskritti fl-istandard EN 17124: 2022. Il-metodi biex jiġi żgurat li l-kwalità tal-idroġenu tintlaħaq huma deskritti wkoll fl-istandard.
3.3.
L-algoritmu tar-riforniment tal-idroġenu għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-istandard EN 17127:2024. 3.4. Ladarba jkun ġie konkluż il-proċess ta’ ċertifikazzjoni tal-istandard EN ISO 17268:2020, il-konnetturi għall-vetturi bil-mutur għar-riforniment tal-idroġenu gassuż għandhom jikkonformaw tal-inqas ma’ dak l-istandard. 3.5. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-konnetturi għall-punti tar-riforniment li jfornu l-idroġenu gassuż (ikkompressat) għall-vetturi tqal għandhom jikkonformaw, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, mill-inqas mar-rekwiżiti deskritti fl-istandard EN 17127:2024. 3.6. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-konnetturi għall-punti tar-riforniment li jipprovdu l-idroġenu likwifikat għall-vetturi tqal. 4. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-metan għat-trasport bit-triq 4.1. Il-punti ta’ riforniment għall-gass naturali kkompressat (CNG) għall-vetturi bil-mutur għandhom jikkonformaw ma’ pressjoni tal-forniment (pressjoni tas-servizz) ta’ 20,0 MPa gejġ (200 bar) f’temperatura ta’ 15-il °C. Pressjoni massima tal-forniment ta’ 26,0 MPa b’“kumpens għat-temperatura” hija permessa skont l-istandard EN ISO 16923:2018. 4.2. Il-profil tal-konnettur għandu jikkonforma mar-Regolament Nru 110 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti li jirreferi għall-partijiet I u II fl-istandard EN ISO 14469:2017. 4.3. Il-punti ta’ riforniment għall-metan likwifikat għall-vetturi bil-mutur għandhom jikkonformaw ma’ pressjoni tal-forniment li tkun inqas mill-pressjoni operattiva massima permessa tat-tank tal-vettura kif indirizzat fl-istandard EN ISO 16924:2018, “Stazzjonijiet tal-forniment tal-gass naturali — stazzjonijiet tal-LNG għall-forniment tal-vetturi”. Barra minn hekk, il-profil tal-konnettur għandu jikkonforma mal-istandard EN ISO 12617:2017 “Vetturi tat-triq — Konnettur għar-riforniment tal-gass naturali likwifikat (LNG) — konnettur ta’ 3,1 MPa”. 5. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-provvista tal-elettriku għat-trasport marittimu u n-navigazzjoni interna 5.1. Il-provvista tal-elettriku mix-xatt għal vapuri li jbaħħru, inkluż id-disinn, l-installazzjoni u l-ittestjar tas-sistemi, għandhom jikkonformaw tal-inqas mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-istandard IEC/IEEE 80005-1:2019/AMD1:2022 għal konnessjonijiet max-xatt b’vultaġġ għoli. 5.2. Il-plugs, is-sokits u l-akkoppjaturi tal-vapuri għall-konnessjoni max-xatt b’vultaġġ għoli, għandhom jikkonformaw mill-inqas mal-ispeċifikazzjoni teknika tal-istandard IEC 62613-1:2019 5.3. Il-provvista tal-elettriku mix-xatt għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni għandha tikkonforma tal-inqas mal-istandard EN 15869-2:2019 jew l-istandard EN 16840:2017 skont ir-rekwiżiti tal-enerġija. 5.4. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tal-irriċarġjar tal-batteriji mix-xatt għall-bastimenti marittimi, li jkollhom interkonnettività u interoperabbiltà tas-sistema għall-bastimenti marittimi. 5.5. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tal-irriċarġjar tal-batteriji mix-xatt għall-bastimenti tan-navigazzjoni interna, li jkollhom interkonnettività u interoperabbiltà tas-sistema għall-bastimenti tan-navigazzjoni interna. 5.6. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interfaċċi tal-komunikazzjoni mill-bastiment għall-port permezz tal-grilja elettrika fis-sistemi awtomatizzati tal-provvista tal-elettriku mix-xatt (OPS) u tal-irriċarġjar tal-batteriji għall-bastimenti marittimi. 5.7. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interfaċċa tal-komunikazzjoni mill-bastiment għall-port permezz tal-grilja elettrika fis-sistemi awtomatizzati tal-provvista tal-elettriku mix-xatt (OPS) u tal-irriċarġjar tal-batteriji għall-bastimenti tan-navigazzjoni interna. 5.8. Jekk ikun fattibbli fuq livell tekniku, speċifikazzjonijiet tekniċi għat-tpartit ta’ batteriji u għall-irriċarġjar fi stazzjonijiet max-xatt għall-bastimenti tan-navigazzjoni interna. 6. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-bunkering tal-idroġenu għat-trasport marittimu u n-navigazzjoni interna 6.1. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tar-riforniment u l-bunkering għall-idroġenu gassuż (ikkumpressat) għall-bastimenti marittimi li jaħdmu bl-idroġenu. 6.2. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tar-riforniment u l-bunkering għall-idroġenu gassuż (ikkumpressat) għall-bastimenti tan-navigazzjoni interna li jaħdmu bl-idroġenu. 6.3. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tar-riforniment u l-bunkering għall-idroġenu likwifikat għall-bastimenti marittimi li jaħdmu bl-idroġenu. 6.4. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tar-riforniment u l-bunkering għall-idroġenu likwifikat għall-bastimenti tan-navigazzjoni interna li jaħdmu bl-idroġenu. 7. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-bunkering tal-metanol għat-trasport marittimu u n-navigazzjoni interna 7.1. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tar-riforniment u l-bunkering għall-metanol għall-bastimenti marittimi li jaħdmu bil-metanol. 7.2. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tar-riforniment u l-bunkering għall-metanol għall-bastimenti tan-navigazzjoni interna li jaħdmu bil-metanol. 8. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-bunkering tal-ammonijaka għat-trasport marittimu u n-navigazzjoni interna 8.1. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tar-riforniment u l-bunkering għall-ammonijaka għall-bastimenti marittimi li jaħdmu bl-ammonijaka. 8.2. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tar-riforniment u l-bunkering għall-ammonijaka għall-bastimenti tan-navigazzjoni interna li jaħdmu bl-ammonijaka. 9. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tar-riforniment tal-metan likwifikat għat-trasport marittimu u n-navigazzjoni interna 9.1. Il-punti tar-riforniment għall-metan likwifikat għall-vapuri li jbaħħru, li mhumiex koperti mill-Kodiċi Internazzjonali tal-Kostruzzjoni u t-Tagħmir ta’ Bastimenti li Jġorru Gassijiet Likwifikati bl-Ingrossa (il-Kodiċi IGC) għandhom jikkonformaw tal-inqas mal-istandard EN ISO 20519:2017. 9.2. Il-punti tar-riforniment għall-metan likwifikat għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni għandhom jikkonformaw tal-inqas mal-istandard EN ISO 20519:2017 (il-partijiet 5.3 sa 5.7) għal finijiet ta’ interoperabbiltà biss. 10. Speċifikazzjonijiet tekniċi relatati mat-tikkettar tal-fjuwil 10.1. It-tikketta “Fjuwils - Identifikazzjoni tal-kompatibbiltà tal-vettura - Espressjoni grafika għall-informazzjoni għall-konsumatur” għandha tikkonforma mal-istandard EN 16942:2016+A1:2021. 10.2. It-tikketta “Identifikazzjoni tal-kompatibbiltà tal-vetturi u tal-infrastrutturi - Espressjoni grafika għall-informazzjoni għall-konsumatur dwar il-provvista tal-enerġija għall-EV” għandha tikkonforma tal-inqas mal-istandard EN 17186:2019. 10.3. Il-metodoloġija komuni għat-tqabbil tal-prezzijiet ta’ unità għall-fjuwils alternattivi stabbilita bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/732 ( 8 ). 10.4. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-istazzjonijiet tal-irriċarġjar elettriku u l-faċilitajiet ta’ riforniment tal-idroġenu għat-trasport ferrovjarju. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|