|
Politiki u miżuri fir-rigward tal-elementi li ġejjin:
(a) l-identifikazzjoni ta’ approċċi kosteffettivi għar-rinnovazzjoni ta’ tipi ta’ bini u żoni klimatiċi differenti, b’konsiderazzjoni tal-punti ta’ attivazzjoni rilevanti potenzjali fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini;
(b) standards minimi nazzjonali tar-rendiment fl-użu tal-enerġija skont l-Artikolu 9 u politiki u azzjonijiet oħra li jimmiraw lejn is-segmenti bl-agħar rendiment tal-istokk tal-bini nazzjonali, inkluż is-salvagwardji kif imsemmija fl-Artikolu 17(19);
(c) il-promozzjoni ta’ rinnovazzjoni profonda tal-bini, inkluż rinnovazzjoni profonda fi stadji;
(d) l-għoti tas-setgħa u l-protezzjoni lill-klijenti vulnerabbli u t-tnaqqis tal-faqar enerġetiku, inklużi politiki u miżuri skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2023/1791, u l-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni;
(e) il-ħolqien ta’ punti uniċi ta’ servizz jew mekkaniżmi simili skont l-Artikolu 18 għall-għoti ta’ pariri u assistenza tekniċi, amministrattivi u finanzjarji;
(f) id-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ, inkluż permezz ta’ networks ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali, u l-eliminazzjoni gradwali tal-fjuwils fossili fit-tisħin u t-tkessiħ bil-ħsieb tal-eliminazzjoni gradwali kompleta tal-bojlers tal-fjuwils fossili sal-2040;
(g) il-prevenzjoni u t-trattament ta’ kwalità għolja tal-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni f’konformità mad-Direttiva 2008/98/KE, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġerarkija tal-iskart, u l-objettivi tal-ekonomija ċirkolari;
(h) il-promozzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-bini f’konformità mal-mira indikattiva għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini stabbilita fl-Artikolu 15a(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
(i) l-użu ta’ installazzjonijiet tal-enerġija solari fuq il-bini;
(j) it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu għall-kostruzzjoni, ir-rinnovazzjoni, it-tħaddim u t-tmiem tal-ħajja tal-bini, u l-użu tal-assorbimenti tal-karbonju;
(k) il-promozzjoni ta’ approċċi distrettwali u tal-viċinat u programmi integrati ta’ rinnovazzjoni fil-livell distrettwali, li jistgħu jindirizzaw kwistjonijiet bħall-enerġija, il-mobbiltà, l-infrastruttura ekoloġika, it-trattament tal-iskart u tal-ilma u aspetti oħra tal-ippjanar urban u jistgħu jqisu r-riżorsi lokali u reġjonali, iċ-ċirkolarità u s-suffiċjenza;
(l) it-titjib tal-bini li huwa proprjetà ta’ korpi pubbliċi, inklużi politiki u miżuri skont l-Artikoli 5, 6 u 7 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 l;
(m) il-promozzjoni ta’ teknoloġiji u infrastruttura intelliġenti għall-mobbiltà sostenibbli fil-bini;
(n) l-indirizzar tal-ostakli għas-suq u l-fallimenti tas-suq;
(o) l-indirizzar tad-diskrepanzi fil-ħiliet u l-promozzjoni tal-edukazzjoni, it-taħriġ immirat, it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid fis-settur tal-kostruzzjoni u fis-setturi tal-effiċjenza enerġetika u tal-enerġija rinnovabbli (kemm dawk pubbliċi kif ukoll dawk privati), bil-ħsieb li jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed forza tax-xogħol bil-livell xieraq ta’ ħiliet li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet fis-settur tal-bini, b’enfasi speċjali fuq il-gruppi sottorappreżentati;
(p) kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u għodod konsultattivi oħra; u
(q) il-promozzjoni ta’ soluzzjonijiet modulari u industrijalizzati għall-kostruzzjoni u r-rinnovazzjoni tal-bini.
Għall-politiki u l-miżuri kollha:
— l-isem tal-politika jew tal-miżura
— deskrizzjoni qasira (kamp ta’ applikazzjoni, objettiv u kundizzjonijiet ta’ operazzjoni preċiżi)
— tip ta’ politika jew miżura (eż. leġiżlattiva; ekonomika; fiskali; ta’ taħriġ, ta’ sensibilizzazzjoni)
— baġit ippjanat u sorsi ta’ finanzjament
— entitajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politika
— status ta’ implimentazzjoni
— perjodu ta’ implimentazzjoni
|
Politiki u miżuri fir-rigward tal-elementi li ġejjin:
(a) iż-żieda fir-reżiljenza tal-bini għat-tibdil fil-klima;
(b) il-promozzjoni tas-suq tas-servizzi tal-enerġija;
(c) iż-żieda fis-sikurezza kontra n-nirien;
(d) iż-żieda fir-reżiljenza għar-riskji ta’ diżastri, inkluż ir-riskji relatati ma’ attività siżmika intensa;
(e) it-tneħħija ta’ sustanzi perikolużi inkluż l-asbestos;
(f) l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità;
(g) ir-rwol tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u tal-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini fl-approċċi distrettwali u tal-viċinat;
(h) l-indirizzar ta’ diskrepanzi fil-kapaċitajiet umani; u
(i) l-indirizzar tat-titjib tal-kwalità ambjentali interna.
Għall-politiki u l-miżuri kollha:
— riżorsi u kapaċitajiet amministrattivi
— standards minimi tar-rendiment tal-enerġija
— il-faqar enerġetiku, l-akkomodazzjoni soċjali
— residenzjali (familja waħda, aktar minn familja waħda)
— sorsi ta’ enerġija rinnovabbli
— eliminazzjoni gradwali tal-fjuwils fossili fit-tisħin u fit-tkessiħ
— emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu
— l-ekonomija ċirkolari u l-iskart
— punti uniċi ta’ servizz
— passaporti tar-rinnovazzjoni
— teknoloġiji intelliġenti
— mobilità sostenibbli fil-bini
— approċċi distrettwali u tal-viċinat
— kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u għodod konsultattivi
|