+ANNESS IV Kontroll intern tal-produzzjoni
|
ANNESS IV Kontroll intern tal-produzzjoni
ANNESS IV
Kontroll intern tal-produzzjoni
(Modulu A)
|
1.
|
Il-kontroll intern tal-produzzjoni huwa l-proċedura ta’ valutazzjoni ta’ konformità, li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3, u 4, u jassigura, u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti tal-att delegat adottat skont l-Artikolu 4.
|
|
2.
|
Dokumentazzjoni teknika Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmilha possibbli li tiġi vvalutata l-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti tal-att delegat adottat skont l-Artikolu 4. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri sakemm ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u t-tħaddim tal-prodott. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, kull meta applikabbli, mill-anqas l-elementi li ġejjin:
—
deskrizzjoni ġenerali tal-prodott u tal-użu maħsub tiegħu,
—
disinn kunċettwali u disinji tal-manifattura u skemi tal-komponenti, tas-subassemblaġġ, taċ-ċirkwiti, eċċ.
—
deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet meħtieġa biex wieħed jifhem id-disinji u l-iskemi msemmija u t-tħaddim tal-prodott,
—
lista tal-istandards armonizzati, speċifikazzjonijiet komuni jew speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħrajn li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, applikati kompletament jew parzjalment, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti meta dawk l-istandards armonizzati ma jkunux ġew applikati. Fil-każ ta’ standards armonizzati applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li ġew applikati,
—
ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn li saru, l-eżamijiet li twettqu, eċċ.,
—
ir-riżultati tal-kejl imwettaq fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn, inklużi d-dettalji tal-konformità ta’ dan il-kejl meta mqabbla mar-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 4,
—
rapporti tat-testijiet, u
—
kopja tal-informazzjoni pprovduta f’konformità mar-rekwiżit ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 7.
|
|
3.
|
Manifattura Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jassiguraw il-konformità tal-prodott mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 u mar-rekwiżiti tal-att delegat adottat skont l-Artikolu 4.
|
|
4.
|
Il-markatura CE u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE Il-manifattur għandu jwaħħal il-markatura tal-konformità meħtieġa ma’ kull prodott individwali li jissodisfa r-rekwiżiti tal-att delegat adottat skont l-Artikolu 4.
Il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni ta’ konformità bil-miktub għal kull mudell ta’ prodott f’konformità mal-Artikolu 44 u jżommha, flimkien mad-dokumentazzjoni teknika, għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għal għaxar snin minn meta l-prodott ikun imqiegħed fis-suq jew fis-servizz. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità għandha tidentifika l-prodott li tkun tfasslet għalih.
Jekk tintalab, għandha tkun magħmula disponibbli kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità lill-awtoritajiet rilevanti.
|
|
5.
|
Rappreżentant awtorizzat L-obbligi tal-manifatturi stabbiliti fil-punt 4 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tagħhom, f’isimhom u fir-responsabbiltà tagħhom, dment li l-obbligi jkunu speċifikati fil-mandat.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|