+Artikolu 59 Rapportar mill-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa
---+Artikolu 59 1
---+Artikolu 59 2
|
Artikolu 59 Rapportar mill-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 59 1
|
1. Kull korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu jippubblika rapport ta’ attività kull sentejn i u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tiegħu. Meta Stat Membru jiddeżinja aktar minn korp wieħed tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa, il-korp koordinatur imsemmi fl-Artikolu 55(1) għandu jkun responsabbli għar-rapport tal-attività u jitlob l-informazzjoni meħtieġa mill-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa. Dak ir-rapport tal-attività għandu jsegwi struttura miftiehma mil-Bord tal-EHDS skont l-Artikolu 94(2), il-punt (d), u għandu jkun fih mill-inqas il-kategoriji ta’ informazzjoni li ġejjin:
|
(a)
|
informazzjoni relatata mal-applikazzjonijiet għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa u talbiet għal data dwar is-saħħa sottomessi, bħat-tipi ta’ applikanti ta’ data dwar is-saħħa, l-għadd ta’ permessi tad-data maħruġa jew miċħuda, kategoriji ta’ għanijiet tal-aċċess u l-kategoriji ta’ data elettronika dwar is-saħħa aċċessata, u sommarju tar-riżultati tal-użi tad-data elettronika dwar is-saħħa, fejn applikabbli;
|
|
(b)
|
informazzjoni dwar l-issodisfar tal-impenji regolatorji u kuntrattwali mill-utenti tad-data dwar is-saħħa u mid-detenturi tad-data dwar is-saħħa, kif ukoll l-għadd u l-ammont ta’ penali amministrattivi imposti mill-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa;
|
|
(c)
|
informazzjoni dwar l-awditi mwettqa fuq l-utenti tad-data dwar is-saħħa biex tiġi żgurata l-konformità tal-ipproċessar li huma jwettqu f’ambjent tal-pproċessar sigur skont l-Artikolu 73(1), il-punt (e);
|
|
(d)
|
informazzjoni rigward l-awditi interni u ta’ partijiet terzi dwar il-konformità ta’ ambjenti tal-ipproċessar siguri mal-istandards, l-ispeċifikazzjonijiet u r-rekwiżiti definiti, kif imsemmi fl-Artikolu 73(3);
|
|
(e)
|
informazzjoni dwar it-trattament ta’ talbiet minn persuni fiżiċi relatata mal-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom għall-protezzjoni tad-data;
|
|
(f)
|
deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa mwettqa b’rabta mal-involviment u l-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti;
|
|
(g)
|
dħul mill-permessi tad-data u mit-talbiet għad-data dwar is-saħħa;
|
|
(h)
|
in-numru medju ta’ jiem bejn l-applikazzjonijiet għal aċċess għal data dwar is-saħħa jew talbiet ta’ data dwar is-saħħa u l-aċċess għad-data;
|
|
(i)
|
in-numru ta’ tikketti tal-kwalità tad-data maħruġa minn detenturi tad-data dwar is-saħħa, diżaggregati skont il-kategorija tal-kwalità;
|
|
(j)
|
in-numru ta’ pubblikazzjonijiet ta’ riċerka rieżaminati bejn il-pari, dokumenti ta’ politika u proċeduri regolatorji bl-użu ta’ data aċċessata permezz tal-EHDS;
|
|
(k)
|
in-numru ta’ prodotti u servizzi tas-saħħa diġitali, inklużi l-applikazzjonijiet għall-IA, żviluppati bl-użu ta’ data aċċessata permezz tal-EHDS.
|
|
|
Artikolu 59 2
|
2. Ir-rapport tal-attività msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni u lill-Bord tal-EHDS fi żmien sitt xhur mit-tmiem tat-tieni sena tal-perjodu ta’ rapportar rilevanti. Ir-rapport tal-attività għandu jkun aċċessibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|