+Artikolu 9 Governanza
---+Artikolu 9 1
---+Artikolu 9 2
---+Artikolu 9 3
---+Artikolu 9 4
---+Artikolu 9 5
---+Artikolu 9 6
---+Artikolu 9 7
---+Artikolu 9 8
---+Artikolu 9 9
---+Artikolu 9 10
---+Artikolu 9 11
---+Artikolu 9 12
|
Artikolu 9 Governanza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1
|
1. Operatur ta’ SIPS għandu jiddokumenta oġġettivi li jagħtu prijorità kbira fuq is-sigurtà u l-effiċjenza tas-SIPS. L-oġġettivi għandhom jappoġġjaw b’mod espliċitu l-istabbiltà finanzjarja u konsiderazzjonijiet rilevanti oħra ta’ interess pubbliku b’mod partikolari swieq finanzjarji miftuħa u effiċjenti.
|
|
Artikolu 9 2
|
2. Operatur ta’ SIPS għandu jkollu arranġamenti ta’ governanza effettivi u dokumentati li jipprovdu linji ċari u diretti ta’ responsabbiltà u kontabbiltà. Dawn l-arranġamenti għandhom ikunu disponibbli lill-awtorità kompetenti, lis-sidien u lill-parteċipanti. L-operatur ta’ SIPS għandu jagħmel verżjonijiet fil-qosor tagħhom disponibbli għall-pubbliku.
|
|
Artikolu 9 3
|
3. L-irwoli u r-responsabbiltajiet tal-Bord jiġu definiti b’mod ċar. L-irwoli u r-responsabbiltajiet jinkludu dawn li ġejjin:
|
(a)
|
l-istabbiliment ta’ miri strateġiċi ċari għas-SIPS;
|
|
(b)
|
l-istabbiliment ta’ proċeduri dokumentati għall-funzjonament tas-SIPS, inkluż proċeduri għall-identifikazzjoni, l-indirizz u l-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess tal-membri tiegħu;
|
|
(c)
|
bl-eċċezzjoni ta’ SIPS tal-Eurosistema, jiżgura l-għażla effettiva, il-monitoraġġ, u, fejn xieraq, it-tneħħija ta’ membri tal-Maniġment;
|
|
(d)
|
bl-eċċezzjoni ta’ SIPS tal-Eurosistema, l-istabbiliment ta’ politiki ta’ kumpens xieraq, konsistenti mal-aqwa prattiċi u bbażati fuq kisbiet fuq żmien twil.
|
|
|
Artikolu 9 4
|
4. Ħlief għas-SIPS tal-Eurosistema, il-Bord għandu jirrevedi kemm il-prestazzjoni ġenerali u l-prestazzjoni tal-membri tal-Bord individwali mill-inqas ta’ kull sena.
|
|
Artikolu 9 5
|
5. Il-kompożizzjoni tal-Bord għandha tiżgura l-integrità u, ħlief fil-każ ta’ SIPS tal-Eurosistema, taħlita adattata ta’ ħiliet tekniċi, għarfien u esperjenza kemm tas-SIPS kif ukoll tas-suq finanzjarju inġenerali, li tħalli lill-Bord iwettaq ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tiegħu. Il-kompożizzjoni għandha tqis ukoll l-allokazzjoni ta’ kompetenzi skont id-dritt nazzjonali. Ħlief għas-SIPS tal-Eurosistema, u jekk permess mil-liġi nazzjonali,il-Bord għandu jinkludi membri tal-bord li mhumiex eżekuttivi, inkluż mill-inqas direttur indipendenti wieħed.
|
|
Artikolu 9 6
|
6. Il-Bord għandu jistabbilixxi u jissorvelja qafas ta’ ġestjoni tar-riskju dokumentat, li għandu:
|
(a)
|
jinkludi t-tolleranza għar-riskju u l-politika ta’ aptit għar-riskju tal-operatur ta’ SIPS;
|
|
(b)
|
jassenja responsabbiltajiet u kontabbiltà għad-deċiżjonijiet tar-riskju;
|
|
(c)
|
jindirizza teħid ta’ deċiżjonijiet fi kriżijiet u emerġenzi;
|
|
(d)
|
jindirizza funzjonijiet ta’ kontroll intern.
|
Il-Bord għandu jistabbilixxi kumitat tar-riskju biex jassistih fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tiegħu relatati mar-riskju. Il-kumitat tar-riskju għandu jagħti parir lill-Bord dwar il-ġestjoni tar-riskju tas-SIPS.
Il-Bord għandu jiżgura li jkun hemm tliet linji ta’ difiża ċari u effettivi (operazzjonijiet, ġestjoni tar-riskju u awditu intern), li huma separati minn xulxin u għandhom biżżejjed awtorità, indipendenza, riżorsi u aċċess għall-Bord.
|
|
Artikolu 9 7
|
7. L-approvazzjoni tal-Bord għandha tkun meħtieġa għal deċiżjonijiet li għandhom impatt sinifikanti fuq il-profil ta’ riskju tas-SIPS u għad-dokumenti ta’ riskju ewlenin li jirregolaw l-operazzjonijiet tas-SIPS. Bħala minimu, il-Bord għandu japprova u jirrevedi kull sena l-qafas komprensiv ta’ ġestjoni tar-riskju msemmi fl-Artikolu 10(1), il-pjan ta’ rkupru u stralċ ordnat u l-pjan kapitali msemmi fl-Artikoli 10(4) u 18(6) rispettivament, l-oqfsa dwar ir-riskju ta’ kreditu u ta’ likwidità msemmija fl-Artikoli 11(1) u 13(1) rispettivament, il-qafas kollaterali li jirregola l-ġestjoni tar-riskji msemmi fl-Artikolu 12, l-istrateġija ta’ investiment tas-SIPS imsemmija fl-Artikolu 19(4), il-qafas tar-riskju operazzjonali u l-pjan ta’ kontinwità tal-operat assoċjat imsemmi fl-Artikoli 20(1) u 20(6) rispettivament, il-qafas u l-istrateġija tar-reżiljenza ċibernetika msemmija fl-Artikolu 21(1), u l-qafas ta’ esternalizzazzjoni msemmi fl-Artikolu 22(4).
|
|
Artikolu 9 8
|
8. Il-Bord għandu jiżgura li d-deċiżjonijiet maġġuri li jaffettwaw l-istruttura teknika u funzjonali tas-SIPS, ir-regoli u l-istrateġija ġenerali, b’mod partikolari, fir-rigward tal-għażla tal-arranġament tal-ikklerjar u tas-saldu, l-istruttura operattiva, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodotti ikklerjati jew saldati, u l-użu tat-teknoloġija u proċeduri, jirriflettu kif xieraq l-interessi leġittimi tal-partijiet interessati rilevanti tas-SIPS. Il-partijiet interessati rilevanti u, fejn xieraq, il-pubbliku għandhom jiġu kkonsultati b’mod raġonevoli bil-quddiem fuq tali deċiżjonijiet.
|
|
Artikolu 9 9
|
9. Ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-Maniġment, u fejn applikabbli, tal-Maniġment tal-Fergħa, kif ukoll il-linji ta’ rapportar fi ħdan il-Maniġment, u fejn applikabbli l-Maniġment tal-Fergħa, u l-linji ta’ rapportar bejn il-Maniġment u l-Bord, u fejn applikabbli l-Maniġment tal-Fergħa u l-bord tal-entità ġuridika li tagħha l-fergħa hija parti legalment dipendenti, għandhom jiġu definiti b’mod ċar. Il-kompożizzjoni tal-Maniġment, u fejn applikabbli l-kompożizzjoni tal-Maniġment tal-Fergħa, għandhom jiżguraw integrità personali u taħlita xierqa ta’ ħiliet tekniċi, għarfien u esperjenza kemm tas-SIPS kif ukoll tas-suq finanzjarju in ġenerali, li tħallihom iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom għall-operat u l-ġestjoni tar-riskju tal-operatur ta’ SIPS.
|
|
Artikolu 9 10
|
10. Il-Maniġment, taħt id-direzzjoni tal-Bord, u fejn applikabbli l-Maniġment tal-Fergħa, taħt id-direzzjoni tal-bord u tal-maniġment tal-entità ġuridika li tagħha l-fergħa hija parti legalment dipendenti, għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw dan kollu li ġej:
|
(a)
|
li l-attivitajiet tal-operatur ta’ SIPS huma konsistenti mal-oġġettivi, l-istrateġija u t-tolleranza tar-riskju tiegħu;
|
|
(b)
|
li l-kontrolli interni u l-proċeduri relatati huma ddisinjati, eżegwiti u sorveljati kif xieraq sabiex jippromwovu l-oġġettivi tal-operatur tas-SIPS;
|
|
(c)
|
li kontrolli interni u proċeduri relatati huma soġġetti għal reviżjoni regolari u ttestjar minn funzjonijiet ta’ verifika interna u ġestjoni tar-riskju minn persunal biżżejjed u mħarreġ sew;
|
|
(d)
|
l-involviment attiv tagħhom fil-proċess tal-kontroll tar-riskju;
|
|
(e)
|
li riżorsi suffiċjenti jiġu allokati lill-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tas-SIPS.
|
|
|
Artikolu 9 11
|
11. Meta fergħa tiġi identifikata bħala operatur ta’ SIPS:
|
(a)
|
l-eżerċizzju tal-kompiti meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament għandu jiġi ddelegat kif xieraq lill-Maniġment tal-Fergħa; u
|
|
(b)
|
id-diretturi maniġerjali kollha li jikkostitwixxu l-Maniġment tal-Fergħa għandhom ikunu wkoll membri tal-maniġment tal-entità ġuridika li tagħha l-fergħa hija parti legalment dipendenti.
|
Għall-iskop tal-punt (b), “membri tal-maniġment” tfisser, f’sistema ta’ bord unitarju, il-membri tal-Bord involuti fil-ġestjoni ta’ kuljum tal-entità ġuridika u kwalunkwe uffiċjali eżekuttivi oħra maħtura mill-Bord li huma involuti fil-ġestjoni ta’ kuljum tal-entità ġuridika jew, f’sistema ta’ bord doppju, il-membri tal-bord maniġerjali u kwalunkwe uffiċjali eżekuttivi oħra maħtura mill-Bord jew mill-bord maniġerjali li huma involuti fil-ġesjoni ta’ kuljum tal-entità ġuridika.
|
|
Artikolu 9 12
|
12. Operatur ta’ SIPS meta jiżgura konformità mar-rekwiżiti dwar l-integrità taħt il-paragrafi 5 u 9 għandu jikkunsidra jekk il-membri tal-Bord, u l-Maniġment, u fejn applikabbli l-Maniġment tal-Fergħa, ta’ operatur ta’ SIPS għandhom rekord fir-rigward ta’ kundanni jew penali għal ksur tal-liġi kummerċjali applikabbli, il-liġi dwar l-insolvenza, il-liġi dwar is-servizzi finanzjarji, il-liġi dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u/jew il-finanzjament tat-terroriżmu, il-liġi u l-ksur tar-responsabbiltà professjonali kif ukoll rigward frodi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1355
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|