+ANNESS II METODOLOĠIJI
|
ANNESS II METODOLOĠIJI
ANNESS II
METODOLOĠIJI
Parti A: metodoloġija għad-determinazzjoni tal-għadd u tal-post tal-punti ta’ kampjunar u għall-istħarriġ kampjunarju
|
Attività
|
Kriterji minimi għall-metodoloġija
|
|
1.
|
Determinazzjoni tal-punti ta’ kampjunar (stħarriġ kampjunarju) għall-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija
|
|
L-istħarriġ kampjunarju għandu jitfassal minn qafas tal-kampjunar komplut li jkun fih l-aħjar informazzjoni disponibbli dwar id-distribuzzjoni tal-proprjetajiet tal-ħamrija, bħal informazzjoni li tirriżulta minn kejl rilevanti skont l-Artikolu 9(3) u (4)
L-iskema ta’ kampjunar għandha tkun kampjunar aleatorju stratifikat ottimizzat fuq l-aħjar informazzjoni disponibbli dwar il-varjabbiltà tad-deskritturi tal-ħamrija, u l-istratifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-unitajiet tal-ħamrija stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 4(2). Il-punti ta’ kampjunar relatati mal-kejl imsemmi fl-Artikolu 9(4) jistgħu jitqiesu parzjalment jew kompletament fl-iskema ta’ kampjunar, irrispettivament mid-disinn tagħhom
L-għadd u l-post tal-punti ta’ kampjunar għandhom jirrappreżentaw il-varjabbiltà tad-deskritturi tal-ħamrija magħżula fl-unitajiet tal-ħamrija, b’perċentwali massimu ta’ errur (jew koeffiċjent tal-varjazzjoni) ta’ 5 %
L-allokazzjoni u d-daqs tal-kampjun għandhom jiġu ddeterminati billi jiġu applikati proċeduri xierqa (eż. l-algoritmu ta’ Bethel - Bethel, 1989 (1)) li huma kapaċi jieħdu kont tal-errur ta’ stima massimu meħtieġ
L-istħarriġ kampjunarju mfassal mill-Istati Membri għal kull ċiklu ta’ monitoraġġ jista’ jinbidel jew jibqa’ l-istess
Aktar dettalji dwar id-determinazzjoni tal-għadd u l-post tal-punti ta’ kampjunar għandhom jiġu pprovduti skont l-Artikolu 24(1), il-punt (a)
|
|
2.
|
Stħarriġ kampjunarju fuq il-post
|
|
Għandhom jittieħdu kampjuni minn postijiet eżatti tal-kampjunar sakemm ċirkostanzi debitament ġustifikati, bħal ħamrija mifqugħa bl-ilma jew livell għoli ta’ kontenut ta’ blat, ma jipprevjenux il-kampjunar tal-postijiet
Meta jittieħdu kampjuni aggregati tal-ħamrija, dawn għandhom ikunu taħlita ta’ mill-inqas 5 subkampjuni
Meta jittieħdu kampjuni tal-ħamrija f’żoni mhux forestali, ir-residwi u l-fdalijiet organiċi għandhom jitneħħew mill-wiċċ
Meta jittieħdu kampjuni tal-ħamrija f’żoni forestali, l-art forestali, jekk rilevanti suddiviża f’saffi tal-mifrex u dawk organiċi, għandha tiġi kkampjunata separatament u l-ħxuna u l-piż għandhom jiġu rreġistrati
Kampjuni jew subkampjuni għall-kampjun aggregat, għandhom, fejn ikun possibbli, jittieħdu sa fond ta’ mill-inqas 30 cm ta’ ħamrija. Għandha tiġi rreġistrata informazzjoni bħat-tip ta’ ħamrija u jekk possibbli l-orizzonti ġenetiċi tal-ħamrija. Is-subkampjuni għandhom jitħalltu flimkien sabiex jinkiseb kampjun aggregat omoġenju. Il-kampjunar jista’ jsir permezz ta’ fond fiss jew skont l-orizzont, iżda d-data għandha tiġi rrapportata skont il-fond fiss
Il-kampjuni tad-densità volumetrika tal-massa apparenti għandhom ikunu kampjuni mhux disturbati meħuda f’fond rilevanti, inkluż taħt it-30 cm għas-sottoħamrija. Kampjuni relatati mal-kompattazzjoni tal-ħamrija (konduttività idrawlika saturata u kapaċità tal-arja) jistgħu jkunu l-istess kampjuni mhux disturbati bħal dawk meħuda għad-densità volumetrika tal-massa apparenti. Fejn kontenut għoli ta’ frammenti ħoxnin fil-ħamrija jipprevjeni t-teħid ta’ kampjuni, il-kampjunar jista’ jiġi eskluż f’dak il-post għall-kejl tad-densità volumetrika tal-massa apparenti
Aktar dettalji dwar l-istħarriġ kampjunarju fuq il-post għandhom jingħataw skont l-Artikolu 24(1), il-punt (a), inkluż dwar kif għandhom jiġu ttrattati sitwazzjonijiet speċifiċi bħal ħamrija baxxa u fond ta’ kampjunar differenti
|
Parti B: metodoloġija għad-determinazzjoni jew l-istima tal-valuri tad-deskritturi tal-ħamrija
Fejn metodoloġija ta’ referenza hija stabbilita fit-tabella ta’ hawn taħt, il-metodoloġiji li ġejjin għandhom jintużaw skont l-Artikolu 9:
|
—
|
il-metodoloġija ta’ referenza;
|
|
—
|
metodoloġija ekwivalenti għall-metodoloġija ta’ referenza; jew
|
|
—
|
metodoloġija oħra, dment li din tkun disponibbli fil-letteratura xjentifika jew disponibbli għall-pubbliku u jkun hemm disponibbli funzjoni ta’ trasferiment ivvalidata.
|
Jekk tkun disponibbli metodoloġija tas-CEN, din għandha tkun ippreferuta fuq il-metodoloġija ta’ referenza. F’dak il-każ, il-metodoloġija ta’ referenza inizjali għandha titqies li hija metodoloġija ekwivalenti.
|
Deskrittur tal-ħamrija
|
Metodoloġija ta’ referenza
|
Kriterji metodoloġiċi minimi
|
Funzjoni ta’ trasferiment ivvalidata meħtieġa (jekk tintuża metodoloġija differenti mill-metodoloġija ta’ referenza)?
|
|
Konsistenza tal-ħamrija (kontenut ta’ tafal, ta’ xaħx u ta’ ramel – meħtieġa għad-determinazzjoni ta’ deskritturi oħra u ta’ meded relatati)
|
ISO 11277 Determinazzjoni tad-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli fil-materjal minerali tal-ħamrija – Metodu permezz ta’ tgħarbil u sedimentazzjoni
|
Mhux applikabbli
|
IVA
|
|
Konduttività elettrika
|
Għażla 1: ISO 11265 Determinazzjoni tal-konduttività elettrika speċifika
Għażla 2: metodu ta’ kejl tal-estratt tal-pejst saturat tal-ħamrija (eEC) (SOP tal-FAO: GLOSOLAN-SOP-08 (2))
|
Mhux applikabbli
|
IVA
|
|
Rata ta’ erożjoni tal-ħamrija
|
|
L-istima tar-rata ta’ erożjoni tal-ħamrija għandha tqis l-azzjonijiet kollha meħuda biex jiġi mmitigat jew ikkumpensat ir-riskju ta’ erożjoni, inkluż miżuri ta’ mitigazzjoni ta’ wara nar
L-istima tar-rata ta’ erożjoni tal-ħamrija għandha tinkludi l-proċessi rilevanti kollha ta’ erożjoni bħall-erożjoni mill-ilma, mir-riħ, mill-ħsad u mill-ħdim tar-raba’
L-erożjoni tal-ħamrija mill-ilma għandha tiġi vvalutata billi jitqiesu l-fatturi li ġejjin:
|
—
|
il-karatteristiċi tal-ħamrija (eż. l-erodibbiltà, l-iffurmar ta’ qoxra tal-ħamrija, il-ħruxija tal-ħamrija, in-natura ġeblija)
|
|
—
|
it-topografija (eż. kemm hi wieqfa u twila l-inklinazzjoni
|
|
—
|
il-klima (eż. erożività mix-xita – intensità u durata)
|
|
—
|
kopertura tal-veġetazzjoni, it-tip ta’ għelejjel, l-użu tal-art u l-prattiki ta’ ġestjoni għall-kontroll jew għat-tnaqqis tal-erożjoni
|
|
—
|
il-prattiki ta’ ġestjoni (eż. għelejjel ta’ kopertura, ħdim tar-raba’ mnaqqas, mulching, eċċ.)
|
|
Mhux applikabbli
|
|
|
|
L-erożjoni tal-ħamrija permezz tar-riħ għandha tiġi vvalutata billi jitqiesu l-fatturi li ġejjin:
|
—
|
il-karatteristiċi tal-ħamrija (eż. l-erodibbiltà)
|
|
—
|
il-klima (eż. it-tira, il-veloċità tar-riħ, l-evaporazzjoni)
|
|
—
|
il-veġetazzjoni (eż. it-tip ta’ għalla)
|
|
—
|
il-prattiki ta’ ġestjoni għall-kontroll jew għat-tnaqqis tal-erożjoni (eż. l-ilqugħ kontra r-riħ)
|
L-erożjoni tal-ħamrija minn prattiki ta’ ġestjoni bħall-ħdim tar-raba’ jew l-esportazzjoni tal-bijomassa għandha tiġi vvalutata b’mod kwantitattiv abbażi ta’ metodoloġija disponibbli fil-letteratura xjentifika jew disponibbli għall-pubbliku
|
|
|
Karbonju Organiku fil-Ħamrija (SOC)
|
ISO 10694 Determinazzjoni tal-karbonju organiku u totali wara l-kombustjoni xotta, filwaqt li jiġi żgurat li l-karbonju kollu jiġi inċinerat
Is-SOC għandu jiġi kkalkulat billi jiġi ddeterminat il-kontenut totali tal-karbonju u jitnaqqas il-karbonju preżenti bħala karbonat, li għandu jiġi ddeterminat skont l-ISO 10693
|
Mhux applikabbli
|
IVA
|
|
Stokkijiet tas-SOC
|
Il-metodoloġija kif stipulata fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1999 f’konformità mal-Linji Gwida tal-IPCC għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-2006
|
Mhux applikabbli
|
IVA
|
|
Densità volumetrika tal-massa apparenti fis-sottoħamrija
|
ISO 11272 għad-determinazzjoni tad-densità volumetrika tal-massa apparenti xotta
Fejn jintgħażel parametru ekwivalenti, il-metodoloġija għandha tkun standard Ewropew jew internazzjonali fejn disponibbli; jekk tali standard ma jkunx disponibbli, il-metodoloġija magħżula għandha tkun disponibbli fil-letteratura xjentifika jew disponibbli għall-pubbliku
|
Il-metodoloġija tista’ tiġi rfinata skont il-proporzjon ta’ frammenti ħoxnin
|
IVA
|
|
Fosforu estrattabbli
|
Preferut: ISO 11263 għad-determinazzjoni spettrometrika tal-fosforu li jinħall f’soluzzjoni ta’ idroġenukarbonat tas-sodju (P-Olsen)
Jistgħu jintużaw metodi oħra bħala alternattiva
|
Mhux applikabbli
|
IVA
|
|
—
|
konċentrazzjoni ta’ metalli tqal fil-ħamrija: As, Sb, Cd, Co, Cr (total), Cu, Hg, Pb, Ni, Tl, V, Zn
|
|
—
|
konċentrazzjonijiet ta’ kontaminanti oħra (inkluż PFAS, pestiċidi u l-metaboliti tagħhom) definiti jew magħżula mill-Istati Membri
|
|
Għall-metalli tqal:
ISO 54321: Aqua Regia
Fakultattiv: frazzjonijiet bijodisponibbli ta’ kontaminanti, bħall-ISO 17586 bl-użu ta’ aċidu nitriku dilwit
|
Għall-kontaminanti għajr għall-metalli tqal: għandhom jintużaw standards Ewropej jew internazzjonali fejn disponibbli; jekk tali standard ma jkunx disponibbli, il-metodoloġija magħżula għandha tkun disponibbli fil-letteratura xjentifika jew disponibbli għall-pubbliku
|
Għall-metalli tqal:
IVA
Għall-kontaminanti għajr għall-metalli tqal: mhux applikabbli jekk standards Ewropej jew internazzjonali ma jkunux disponibbli
|
|
Il-kapaċità taż-żamma tal-ilma fil-ħamrija, il-kapaċità tal-arja u l-konduttività idrawlika saturata
|
Metodoloġija biex jiġi ddeterminat il-valur għal punt wieħed tal-kampjun:
|
(1)
|
Il-kapaċità taż-żamma tal-ilma fil-ħamrija u l-kapaċità tal-arja:
|
Għażla 1: LABORATORJU: ISO 11274 għad-determinazzjoni tal-karatteristika taż-żamma tal-ilma.
Għażla 2: STIMA: għandhom jiġu applikati funzjonijiet ta’ pedotrasferiment li jeħtieġu varjabbli ta’ input bħad-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli, densità volumetrika tal-massa apparenti, konċentrazzjoni ta’ karbonju organiku fil-ħamrija
|
Kriterji minimi għall-istima tal-kapaċità totali taż-żamma tal-ilma fil-ħamrija, il-kapaċità tal-arja u l-konduttività idrawlika saturata ta’ unità tal-ħamrija jew fuq skala ta’ baċir jew ta’ sottobaċir ta’ xmara:
|
—
|
għaż-żona tal-ħamrija mhux issiġillata jew żoni li ma ġarrbux tneħħija tal-ħamrija, stima tal-valur totali tal-kapaċità taż-żamma tal-ilma fil-ħamrija, il-kapaċità tal-arja u l-konduttività idrawlika saturata
|
|
—
|
għaż-żona ta’ ħamrija ssiġillata u mneħħija, għandu jiġi kkunsidrat li l-kapaċità taż-żamma tal-ilma, il-kapaċità tal-arja u l-konduttività idrawlika saturata ta’ żoni impermeabbli titqies li tiġi stabbilita għal żero, b’valuri proporzjonalment intermedji attribwiti lil żoni semiimpermeabbli u żoni artifiċjali oħra
|
|
IVA (għall-valur tal-punt)
|
|
|
|
(2)
|
Konduttività idrawlika saturata:
|
Għażla 1:
LABORATORJU: ISO 17313: Determinazzjoni tal-konduttività idrawlika ta’ materjali porużi saturati
Għażla 2:
STIMA: għandhom jiġu applikati funzjonijiet ta’ pedotrasferiment li jeħtieġu varjabbli ta’ input bħad-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli, id-densità volumetrikatal-massa apparenti, il-konċentrazzjoni ta’ karbonju organiku fil-ħamrija
|
|
|
|
Nitroġenu fil-ħamrija
|
Għażla 1:
ISO 11261 għad-determinazzjoni tan-nitroġenu totali fil-ħamrija bl-użu ta’ metodu modifikat ta’ Kjeldahl
Għażla 2:
ISO 13878 għad-determinazzjoni tan-nitroġenu totali b’kombustjoni xotta
|
Mhux applikabbli
|
IVA
|
|
Aċidità tal-ħamrija
|
ISO 10390 għad-determinazzjoni tal-pH f’estratt ta’ H2O, KCl u CaCl2
|
Mhux applikabbli
|
IVA
|
|
Saturazzjoni tal-bażi u konċentrazzjonijiet skambjabbli ta’ sodju, potassju, kalċju u manjeżju
|
ISO 11260 għad-determinazzjoni tal-kapaċità effettiva ta’ skambju ta’ katjoni u l-livell ta’ saturazzjoni tal-bażi bl-użu ta’ BaCl2
|
Mhux applikabbli
|
IVA
|
|
Densità volumetrika tal-massa apparenti fil-“ħamrija tal-wiċċ” (orizzont A (3))
|
ISO 11272 għad-determinazzjoni tad-densità volumetrika tal-massa apparenti xotta
|
Il-metodoloġija tista’ tiġi rfinata skont il-proporzjon ta’ frammenti ħoxnin
|
IVA
|
|
Deskritturi marbuta mal-bijodiversità tal-ħamrija u l-attività bijoloġika
|
|
Meta jkunu disponibbli għandhom jintużaw standards Ewropej jew internazzjonali; jekk tali standard ma jkunx disponibbli, il-metodoloġija magħżula għandha tkun disponibbli fil-letteratura xjentifika jew disponibbli għall-pubbliku
|
Mhux applikabbli
|
Parti C: kriterji metodoloġiċi minimi għad-determinazzjoni tal-valuri tal-indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija
Għall-indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija, il-metodoloġiji użati għandhom jikkonformaw mad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 u fl-Anness I. Tali metodoloġiji għandhom jużaw mill-inqas is-servizzi ta’ Copernicus jew, preferibbilment, l-aħjar data disponibbli inkluż immaġnijiet ta’ telerilevament, li għandhom jiġu ssupplimentati b’inventarji nazzjonali rilevanti.
Għall-indikatur taż-żona ta’ insedjament, l-Istati Membri jistgħu jużaw id-data miġbura skont ir-Regolament (UE) 2018/841, dment li tali data tiġi rrapportata fil-livell distrettwali tal-ħamrija.
Il-metodoloġiji magħżula għandhom ikunu disponibbli fil-letteratura xjentifika jew disponibbli għall-pubbliku.
(1) Bethel, J. 1989. “Sample Allocation in Multivariate Surveys”. Survey Methodology 15: 47–57.
(2)
https://www.fao.org/3/cb3355en/cb3355en.pdf.
(3) Kif definit fil-Linji Gwida tal-FAO għad-Deskrizzjoni tal-Ħamrija, il-Kapitolu 5 (https://www.fao.org/3/a0541e/a0541e.pdf).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L2360
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|