+Artikolu 383b 4.

Artikolu 383b 4.

Istituzzjoni tista' tintroduċi fatturi ta' riskju addizzjonali li jikkorrispondu għal strumenti tal-indiċi kwalifikati għall-klassijiet ta' riskju li ġejjin:

(a) 

riskju ta' firxiet tal-kreditu tal-kontroparti;

(b) 

riskju ta' firxa tal-kreditu ta' referenza; u

(c) 

riskju ta' ekwità.

Għall-finijiet tar-riskji delta, strument tal-indiċi għandu jitqies ikkwalifikat meta jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 325i. Għal riskji vega, l-istrumenti tal-indiċi kollha għandhom jitqiesu bħala kwalifikati.

Istituzzjoni għandha tikkalkula s-sensittivitajiet ta' CVA u ta' ħeġġijiet eliġibbli għal fatturi tar-riskju tal-indiċi kwalifikati minbarra s-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju mhux tal-indiċi.

Istituzzjoni għandha tikkalkula s-sensittivitajiet għar-riskju delta u vega għal fattur tar-riskju tal-indiċi kwalifikat bħala sensittività unika għall-indiċi kkwalifikat sottostanti. Meta 75 % tal-kostitwenti ta' indiċi kkwalifikat jiġu mmappjati għall-istess settur kif stabbilit fl-Artikoli 383p, 383s u 383v, l-istituzzjoni għandha timmappja l-indiċi kkwalifikat għal dak l-istess settur. Inkella, l-istituzzjoni għandha timmappja s-sensittività għall-bucket tal-indiċi kkwalifikat applikabbli.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit