+Titolu I - Is-suġġett, il-kamp ta’ applikazzjoni u d-definizzjonijiet
---+1. It-tieni subpragrafu tal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u …
---+2. Dawn il-linji gwida huma indirizzati għal: a) SGDs u awtoritajiet maħtura, kif definit fil-punt …
---+3. Jekk l-operat tal-SGD jiġi amministrat minn entità privata, l-awtoritajiet maħtura għandhom …
---+4. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet maħtura li meta jeżerċitaw …
---+5. Għall-finijiet ta’ dawn il-linji gwida, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: i. …

Titolu I - Is-suġġett, il-kamp ta’ applikazzjoni u d-definizzjonijiet

Titolu I - Is-suġġett, il-kamp ta’ applikazzjoni u d-definizzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
1. It-tieni subpragrafu tal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u …

It-tieni subpragrafu tal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti jafda lill-EBA bil-kompitu li toħroġ linji gwida dwar l-impenji ta’ pagament. Għal dan l-għan, dawn il-linji gwida jipprovdu t-termini li għandhom jiġu inklużi fl-arranġamenti kuntrattwali u statutorji li skonthom istituzzjoni tal-kreditu tipprovdi impenji ta’ pagament lil SGD (Skema ta’ Garanzija tad-Depożiti), kif ukoll kriterji għall-eliġibbiltà u l-immaniġġjar tal-kollateral.

2. Dawn il-linji gwida huma indirizzati għal: a) SGDs u awtoritajiet maħtura, kif definit fil-punt …

Dawn il-linji gwida huma indirizzati għal:

  • a) SGDs u awtoritajiet maħtura, kif definit fil-punt (1) u (18) rispettivament tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE;
  • b) awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni kif definiti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtoritá Bankarja Ewropea) kif emendat sussegwentement (ir-Regolament EBA); kif ukoll għal
  • c) awtoritajiet kompetenti skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(i) tar-Regolament (UE) 1093/2010 f’dak li jirrigwarda t-trattament prudenzjali tal-impenji ta’ pagament.

Dawn il-linji gwida japplikaw b’konformità mal-qafas ġuridiku nazzjonali li jipprevedi l-SGDs jew l-awtoritajiet maħtura bis-setgħa li jaċċettaw impenji ta’ pagament fil-limiti tal-mezzi finanzjarji disponibbli biex jiġu kkunsidrati sabiex jintlaħaq il-livell fil-mira.

3. Jekk l-operat tal-SGD jiġi amministrat minn entità privata, l-awtoritajiet maħtura għandhom …

Jekk l-operat tal-SGD jiġi amministrat minn entità privata, l-awtoritajiet maħtura għandhom jivverifikaw li, skont il-liġi li tirregola tali arranġament, l-SGD tgawdi l-protezzjoni tal-kreditur prevista mid-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali.

4. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet maħtura li meta jeżerċitaw …

L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet maħtura li meta jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b’konformità mal-Artikoli 69, 70 u 71 tad-Direttiva 2014/59/UE li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti ta’ investiment, huma jagħtu kunsiderazzjoni xierqa għall-assigurazzjoni effettiva tal-protezzjoni tal-kreditur lill-SGD.

5. Għall-finijiet ta’ dawn il-linji gwida, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: i. …

Għall-finijiet ta’ dawn il-linji gwida, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

  • i. "impenji ta’ pagament" tfisser impenji ta’ pagament kif definiti fil-punt (13) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE’
  • ii. "assi b’riskju baxx" tfisser assi b’riskju baxx kif definit fil-punt (14) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE. L-assi b’riskju baxx għall-finijiet tal-kollateral f’dawn il-linji gwida jistgħu jikkonsistu fi strumenti finanzjarji jew flus;
  • iii. "arranġament ta’ impenn ta’ pagament" ifisser l-arranġament li għandu jidħol fis-seħħ bejn l-SGD u l-istituzzjoni tal-kreditu, li jipprovdi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-inklużjoni tal-impenji ta’ pagament ta’ istituzzjoni tal-kreditu fil-limitu tal-mezzi finanzjarji disponibbli, u b’mod partikolari (i) l-indikazzjoni mill-SGD tal-ammont tal-impenn ta’ pagament u (ii) l-obbligu rrevokabbli u kollateralizzat tal-istituzzjoni tal-kreditu biex tħallas l-Ammont tal-Impenn tal-Pagament fuq talba tal-SGD sad-data tal-iskadenza stabbilita fl-arranġament.
  • iv. "ammont ta’ impenn ta’ pagament" ifisser is-sehem u l-ammont monetarju tal-kontribuzzjoni għad-DGS kif meħtieġ mid-DGS, li l-istituzzjoni tal-kreditu timpenja ruħha li tipprovdi permezz tal-impenn ta’ pagament skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-arranġament tal-impenn ta’ pagament;
  • v. "arranġament ta’ sikurezza ta’ kollateral finanzjarju", b’konformità mad-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(1)(c) tad-Direttiva 2002/47/KE, tfisser arrangament, irregolat bil-liġi li titrasponi d-Direttiva 2002/47/KE, li skontha, l-istituzzjoni ta’ kreditu tassigura l-obbligi impenjati fl-arranġament tal-impenn tal-pagament billi tipprovdi kollateral li jikkonsisti f’assi b’riskju baxx bħala sigurtà għall-SGD, meta l-pussess sħiħ tal-assi b’riskju baxx pprovduti bħala kollateral jibqa’ tal-istituzzjoni tal-kreditu meta jiġi stabbilit id-dritt tas-sigurtà;
  • vi. "titolu ta’ Arranġament ta’ Trasferiment ta’ Kollateral Finanzjarju" b’konformità mad-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva dwar il-Kollateral Finanzjarju, tfisser arranġament regolat bil-liġi li titrasponi d-Direttiva dwar il-Kollateral Finanzjarjul li skontha l-istituzzjoni tal-kreditu tiżgura l-obbligi impenjati fl-arranġament tal-impenn ta’ pagament billi jiġi ttrasferit il-pussess sħiħ tal-assi b’riskju baxx lill-SGD;
  • vii. "Arranġament ta’ kollateral finanzjarju" tfisser arranġament ta’ sigurtà ta’ kollateral finanzjarju jew titolu ta’ arranġament ta’ trasferiment ta’ kollateral finanzjarju;
  • viii. "avveniment ta’ infurzar", tfisser avveniment li jinvolvi l-aċċellerazzjoni tal-obbligu sabiex jitħallas l-ammont tal-impenn ta’ pagament sabiex isir dovut b’mod immedjat. Skont it-termini tal-Arranġamenti ta’ Kollateral Finanzjarju u b’konformità mal-Artikolu 2(1)(l) tad-Direttiva 2002/47/KE jew bit-tħaddim tal-liġi, l-okkorrenza tal-avveniment tal-infurzar jintitola lill-SGD li tirrealizza l-kollateral tal-assi b’riskju baxx ipprovdut mill-istituzzjoni ta’ kreditu permezz ta’ bejgħ jew ta’ approprjazzjoni mingħajr il-bżonn ta’ avviż jew awtorizzazzjoni ġurisdizzjonali minn qabel;
  • ix. "proċeduri ta’ stralċ" tfisser proċeduri ta’ stralċ kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/24/KE fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet tal-kreditu;
  • x. "miżuri ta’ riorganizzazzjoni" tfisser riorganizzazzjoni kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/24/KE dwar ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu
  • xi. "miżuri ta’ intervent bikrija" tfisser miżuri li jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikoli 27 sa 30 tad-Direttiva 2014/59/UE li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti ta’ investiment;
  • xii. "miżuri ta’ mmaniġġjar ta’ kriżi" tfisser miżuri ta’ mmaniġġjar ta’ kriżi kif definit fl-Artikolu 2(102) tad-Direttiva 2014/59/UE li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti ta’ investiment.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/