+139. L- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li l - istituzzjonijiet ta’ kreditu …

139. L- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li l - istituzzjonijiet ta’ kreditu …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li l - istituzzjonijiet ta’ kreditu adottaw u aderixxew għall - prattiki sodi tar - riskju tal - kreditu deskritti f'dawn il -linji gwida. Il-valutazzjoni tal - awtoritajiet kompetenti għandha tinkludi, iżda ma tkunx limitata għal, jekk:

  • a. il- funzjoni tar - reviżjoni tar - riskju tal - kreditu interna tal - istituzzjoni ta’ kreditu hix robusta u tinkludix l - iskoperturi tal - għoti ta’ self kollha;
  • b. il- kwalità tal - proċessi u s - sistemi ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għall - identifikazzjoni, il - klassifikazzjoni, il - monitoraġġ u l - indirizzar ta’ bidliet fir - riskju tal - kreditu għall - iskoperturi tal - għoti ta’ self kollha f’manjiera f'waqtha hix adegwata, u l - ġudizzju tal - kreditu għaqli tal - maniġment jikkunsidrax il - kundizzjonijiet attwali u informazzjoni li tħares ‘il quddiem, inklużi fatturi makroekonomiċi, u jekk hix dokumentata sew;
  • c. il- proċessi tal - istituzzjoni tal - kreditu jirriflettux l - aptit għar - riskju tal - istituzzjoni ta’ kreditu b’mod li jiżgura li l - iskoperturi tal - għoti ta’ self li fuqhom żdied ir - riskju tal - kreditu mill - oriġini jew mix - xiri għal livell li jaqbeż l - aptit għar - riskju tal - istituzzjoni tal - kreditu jiġu identifikati fil - pront u mmonitorjati kif xieraq, u l - istimi tal - provvediment tal - ECL jirriflettu b’mod xieraq iż - żidiet fir - riskju tal - kreditu ta’ dawn l - iskoperturi kif jiġu identifikati żidiet. Fejn istituzzjoni ta’ kreditu toriġina jew tixtri skopertura ta’ għoti ta’ self li fuqha r - riskju tal - kreditu fl - akkwist jaqbeż l -aptit tar- riskju tal - istituzzjoni u li għalhekk jirrappreżenta eċċezzjoni għall - politiki u għall - istandards tas - self tal - istituzzjoni, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni stabbilietx u taderixxix għal proċessi u kontrolli xierqa għal: l - identifikazjoni, i r-reviżjoni, l - approvazzjoni u d - dokumentazzjoni inizjali ta’ dawn l - iskoperturi; ir - rappurtar ta’ dawn l- eċċezzjonijiet tal - politika lill - maniġment superjuri u, għal skoperturi sinifikanti individwalment, lill - korp maniġerjali; u l - monitoraġġ xieraq ta’ d awn l- iskoperturi wara r - rikonoxximent inizjali. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll jekk il - proċessi u l- kontrolli tal - istituzzjoni ta’ kreditu jidentifikawx b’mod separat l - istimi tal - provvediment tal - ECL relatati mal - iskoperturi konsistenti mal - aptit għar - riskju tal - istituzzjoni tal - kreditu u dawk relatati ma’ skoperturi ta’ għoti ta’ self b’riskju akbar;
  • d. informazzjoni xierqa dwar ir - riskju tal - kreditu ta’ skoperturi ta’ għoti ta’ self, bidliet fir - riskju tal- kreditu, il - provvediment tal - ECL relatat u bidliet fl - istimi tal - provvediment jingħatawx lill - korp maniġerjali u lill - maniġment superjuri tal - istituzzjoni ta’ kreditu fuq bażi regolari (pereżempju, kull kwart ta’ sena jew, jekk mixtieq, fuq bażi iktar frekwenti);
  • e. previżjonijiet inklużi fil - valutazzjonijiet u fil - kejl tar - riskju tal - kreditu ma jkunux biss raġjonevoli u li jistgħu jiġu sostnuti, iżda jkunux konsistenti wkoll ma’ previżjonijiet użati għal skopijiet oħra mill - istituzzjoni ta’ kreditu, li kollha jsiru disponibbli għall - awtoritajiet kompetenti; u
  • f. il- politiki u l - proċeduri tal - istituzzjoni ta’ kreditu għall - validazzjoni tal - preċiżjoni u l - konsistenza tal - mudelli tal - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu interni jkunux robusti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/