|
+13. Politika ta’ remunerazzjoni għall -persunal identifikat |
13. Politika ta’ remunerazzjoni għall -persunal identifikat198.L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -polit ika ta’ remunerazzjoni għall -persunal identifikat hija konformi mal - prinċipji kollha stabbiliti fl -Artikoli 92 u 94 u, fejn applikabbli, fl-Artikolu 93 tad-Direttiva 2013/36/UE u li hija newtrali għall - ġeneru. 199.L- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw, għal kategoriji differenti ta’ persunal identifikat, politiki ta’ remunerazzjoni speċifiċi u mekkaniżmi tal -allinjament tar- riskju kif xieraq biex jiżguraw li l -impatt tal-kategorija tal- persunal identifikat fuq il -profil tar-riskju tal-istituzzjoni huwa allinjat b’mod xieraq mar - remunerazzjoni tagħhom. 200.Meta l- istituzzjonijiet jikkunsidraw li jħallsu inqas minn 100 % tal-komponent fiss tar-remunerazzjoni fi flus, din id- deċiżjoni għandha tkun raġunata sew u approvata bħala parti mill - politika ta’ remunerazzjoni. 201.Meta istituzzjoni fil- forma ġuridika ta’ kumpanija b’ishma u b’mod partikolari istituzzjoni elenkata tapplika rekwiżit ta’ parteċipazzjoni azzjonarja għal ċerti kategoriji ta’ persunal identifikat, sabiex tikseb allinjament aħjar tal - inċentivi pprovduti għall -persunal bil-profil tar-riskju tal-istituzzjoni fit-tul, l- ammont għandu jkun dokumentat b’mod ċar fil -politiki tal-istituzzjoni. Meta jiġi applikat rekwiżit ta’ parteċipazzjoni azzjonarja, il - persunal għandu jżomm ċertu numru ta’ ishma jew ammont nominali ta’ ishma sakemm dan huwa impjegat fl -istess kariga jew f’kariga ta’ anzjanità ekwivalenti jew ogħla. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|