+5.2 Kompożizzjoni tal -kumitati
---+46. Kull kumitat għandu jkollu mandat dokumentat, li jinkludi l -kamp ta’ applikazzjoni …
---+47. Il- kumitati għandhom jappoġġjaw il - funzjoni superviżorja f’oqsma speċifiċi u jiffaċilitaw l …
---+48. Il- kumitati kollha għandhom ikunu ppreseduti minn membru mhux eżekuttiv tal -korp ta’ ġestjoni …
---+49. Membri indipendenti tal- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandhom ikunu …
---+50. Fejn il- kumitati għandhom jiġu stabbiliti skont id -Direttiva 2013/36/UE jew skont il- liġi …
---+51. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw, filwaqt li jitqies id - daqs tal - korp ta’ ġestjoni u …
---+52. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu l -possibilità tar- rotazzjoni okkażjonali tal -presidenti u …
---+53. Il-kumitati tar-riskju u tan- nomina għandhom ikunu magħmula minn membri mhux eżekuttivi tal- …
---+54. F’G-SIIs u O-SIIs, il-kumitat tan- nomina għandu jinkludi maġġoranza ta’ membri li huma …
---+55. Il-membri tal-kumitat tan- nomina għandu jkollhom, b’mod individwali u kollettiv, għarfien …

5.2 Kompożizzjoni tal -kumitati

5.2 Kompożizzjoni tal -kumitati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
46. Kull kumitat għandu jkollu mandat dokumentat, li jinkludi l -kamp ta’ applikazzjoni …

Kull kumitat għandu jkollu mandat dokumentat, li jinkludi l -kamp ta’ applikazzjoni tar-responsabbiltajiet tiegħu, mill - korp ta’ ġe stjoni fil- funzjoni superviżorja tiegħu u jistabbilixxi proċeduri ta’ ħidma xierqa.

47. Il- kumitati għandhom jappoġġjaw il - funzjoni superviżorja f’oqsma speċifiċi u jiffaċilitaw l …

Il- kumitati għandhom jappoġġjaw il - funzjoni superviżorja f’oqsma speċifiċi u jiffaċilitaw l - iżvilupp u l - implimentazzjoni ta’ qafas sod ta’ governanza interna. Id -delegazzjoni lill-kumitati bl- ebda mod ma teħles lill - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu milli jwettaq b’mod kollettiv id-dmirijiet u r- responsabbiltajiet tiegħu.

48. Il- kumitati kollha għandhom ikunu ppreseduti minn membru mhux eżekuttiv tal -korp ta’ ġestjoni …

Il- kumitati kollha għandhom ikunu ppreseduti minn membru mhux eżekuttiv tal -korp ta’ ġestjoni li jista’ jeżerċita ġudizzju oġġettiv.

49. Membri indipendenti tal- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandhom ikunu …

Membri indipendenti15 tal- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandhom ikunu involuti b’mod attiv fil-kumitati.


15 Kif definit fit - Taqsima 9.3 tal- linji gwida konġunti tal -ESMA u tal-EBA dwar il-valutazzjoni tal-idoneità tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni u tad -detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin skont id-Direttiva 2013/36/UE u d-Direttiva 2014/65/UE.

50. Fejn il- kumitati għandhom jiġu stabbiliti skont id -Direttiva 2013/36/UE jew skont il- liġi …

Fejn il- kumitati għandhom jiġu stabbiliti skont id -Direttiva 2013/36/UE jew skont il- liġi nazzjonali, għandhom ikunu magħmula minn tal - anqas tliet membri.

51. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw, filwaqt li jitqies id - daqs tal - korp ta’ ġestjoni u …

L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw, filwaqt li jitqies id - daqs tal - korp ta’ ġestjoni u tal - għadd ta’ membri indipendenti tal- korp ta’ ġestjoni fil -funzj oni superviżorja tiegħu, li l -kumitati ma jkunux magħmula mill - istess grupp ta’ membri li jifforma kumitat ieħor.

52. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu l -possibilità tar- rotazzjoni okkażjonali tal -presidenti u …

L- istituzzjonijiet għandhom iqisu l -possibilità tar- rotazzjoni okkażjonali tal -presidenti u tal-membri tal- kumitati, filwaqt li jitqiesu l -esperjenza, l- għarfien u l - ħiliet speċifiċi li individwalment jew kollettivament huma meħtieġa għal dawk il -kumitati.

53. Il-kumitati tar-riskju u tan- nomina għandhom ikunu magħmula minn membri mhux eżekuttivi tal- …

Il-kumitati tar-riskju u tan- nomina għandhom ikunu magħmula minn membri mhux eżekuttivi tal- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħ u tal- istituzzjoni kkonċernata. Il -kumitat tal-verifika għandu jkun magħmul skont l -Artikolu 41 tad-Direttiva 2006/43/KE16 . Il-kumitat tar-remunerazzjoni għandu jkun magħmul skont it - Taqsima 2.4.1 tal-linji gwida tal-EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni17 .


16 Direttiva 2006/43/KE tal -Parlament Ewropew u tal- Kunsill tas -17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal- Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id -Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87) kif l- aħħar emendata bid -Direttiva 2014/56/UE tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill tas -16 ta’ April 2014.

17 Il-linji gwida tal-EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni skont l-Artikoli 74(3) u 75(2) tad-Direttiva 2013/36/UE u l-iżvelar skont l -Artikolu 450 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (EBA/GL/2015/22).

54. F’G-SIIs u O-SIIs, il-kumitat tan- nomina għandu jinkludi maġġoranza ta’ membri li huma …

F’G-SIIs u O-SIIs, il-kumitat tan- nomina għandu jinkludi maġġoranza ta’ membri li huma indipendenti u għandu jkun ippresedut minn membru indipendenti. F’istituzzjonijiet sinifikanti oħra, determinati minn awtoritajiet kompetenti jew bil -l iġi nazzjonali, il -kumitat tan-nomina għandu jinkludi għadd suffiċjenti ta’ membri li huma indipendenti; istituzzjonijiet bħal dawn jistgħu jqisu wkoll bħala l - aħjar prattika li l -kumitat tan-nomina jkun ippresedut minn membru indipendenti.

55. Il-membri tal-kumitat tan- nomina għandu jkollhom, b’mod individwali u kollettiv, għarfien …

Il-membri tal-kumitat tan- nomina għandu jkollhom, b’mod individwali u kollettiv, għarfien, ħiliet u kompetenza xierqa dwar il - proċess tal - għażla u r - rekwiżiti ta’ idoneità kif stabbiliti fid - Direttiva 2013/36/UE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/