+2.2 L-involviment tal-azzjonisti
---+43. Skont il- forma ġuridika tad -ditta ta’ investiment u skont il- liġi nazzjonali applikabbli, l …
---+44. Meta l-approvazzjoni tar-remunerazzjoni tal-membri individwali tal- korp maniġerjali u persunal …
---+45. Sabiex l -azzjonist i jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati f’konformità mal -paragrafi …
---+46. Il- funzjoni superviżorja tibqa’ responsab bli mill- proposti ppreżentati fil - laqgħa tal …

2.2 L-involviment tal-azzjonisti

2.2 L-involviment tal-azzjonisti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
43. Skont il- forma ġuridika tad -ditta ta’ investiment u skont il- liġi nazzjonali applikabbli, l …

Skont il- forma ġuridika tad -ditta ta’ investiment u skont il- liġi nazzjonali applikabbli, l - approvazzjoni ta’ politika ta’ remunerazzjoni tad- ditta ta’ investiment u, fejn xieraq, id - deċiżjonijiet relatati mar -remunerazzjoni tal-membri tal- korp maniġerjali u persunal identifikat ieħor jistgħu jiġu assenjati wkoll għal - laqgħa tal -azzjonisti skont id-dritt nazzjonali tal-kumpanija12 . Il-vot tal-azzjonisti jista’ jkun jew konsultattiv jew vinkolanti.


12 Ara wkoll id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Azzjonisti 2007/36, kif emendata mid-Direttiva 2017/828, l-Artikoli 9a u 9b.

44. Meta l-approvazzjoni tar-remunerazzjoni tal-membri individwali tal- korp maniġerjali u persunal …

Meta l-approvazzjoni tar-remunerazzjoni tal-membri individwali tal- korp maniġerjali u persunal identifikat ie ħor tkun assenjata lill -azzjonisti, l- azzjonisti għandhom japprovaw il -komponenti kollha ta’ remunerazzjoni, inkluż il - ħlasijiet ta’ terminazzjoni. Meta l -approvazzjoni tal-politika ta’ remunerazzjoni tkun soġġetta għall -approvazzjoni mill-azzjonisti dawn ukoll għandhom japprovaw ex ante l -ammont massimu tal- ħlasijiet li jista’ jingħata lill - korp maniġerjali u lill - persunal identifikat ieħor fil - każ ta’ terminazzjoni bikrija ta’ kuntratt jew kriterji għad - determinazzjoni tat-tali ammonti.

45. Sabiex l -azzjonist i jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati f’konformità mal -paragrafi …

Sabiex l -azzjonist i jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati f’konformità mal -paragrafi 43 u 44, il- funzjoni superviżorja għandha tiżgura li d - ditta ta’ investiment tipprovdilhom informazzjoni adegwata rigward il- politika ta’ remunerazzjoni mfassla sabiex tgħinhom jivvalutaw l-istruttura tal- inċentivi u l -limitu sa fejn it- teħid ta’ riskju qiegħed jiġi inċentivat u kkontrollat kif ukoll il-kost globali tal-istruttura tar-remunerazzjoni. It-tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta sew minn qabel il - laqgħa tal -azzjonisti rilevanti. Informazzjoni dettaljata dwar il-politiki tar-remunerazzjoni u dwar il- modifiki tagħhom, dwar il - proċeduri u l - proċessi tat - teħid ta’ deċiżjonijiet sabiex jiġi stabbilit pakkett tar - remunerazzjoni għandha tiġi pprovduta u għandha tinkludi dan li ġej:

  • a. il-komponenti tar-remunerazzjoni;
  • b. il- karatteristiċi ewlenin u l -objettivi tal-pakketti tar-remunerazzjoni u l-allinjament tagħhom mal - istrateġija tan - negozju u ta’ riskju, inkluż l - aptit għar -riskju u l-valuri korporattivi tad-ditta ta’ investiment;
  • c. kif ikun żgurat li l - politika ta’ remunerazzjoni hija newtrali għall - ġeneru;
  • d. kif il- punti taħt (b) qegħdin jiġu kkunsidrati f’aġġustamenti ex ante/ex post, b’mod partikolari għall -persunal identifikat.
46. Il- funzjoni superviżorja tibqa’ responsab bli mill- proposti ppreżentati fil - laqgħa tal …

Il- funzjoni superviżorja tibqa’ responsab bli mill- proposti ppreżentati fil - laqgħa tal -azzjonisti, kif ukoll għall -implimentazzjoni u s-sorveljanza proprji ta’ kwalunkwe bidla fil-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni. EBA Public

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/