+51. L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu lista tal - membri tal - persunal kollha u …

51. L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu lista tal - membri tal - persunal kollha u …

L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu lista tal - membri tal - persunal kollha u jiddeterminaw liema membri tal - persunal għandhom jiġu inklużi fil - kalkolu tad - differenza bejn il - ġeneri fil - pagi, f’konformità mal - kriterji li ġejjin:

  • a. id- differenza bejn il - ġeneri f il- pagi għandha tiġi kkalkolata għall - membri tal - persunal li jkunu persunal fi tmiem is - sena finanzjarja, jiġifieri l - membri tal - persunal li jkunu telqu mill - istituzzjoni matul is - sena finanzjarja ma jiġux ikkunsidrati f’dan l - eżerċizzju;
  • b. il- membri tal -per sunal li jirċievu inqas mir - rimunerazzjoni annwali totali regolari tagħhom minħabba li kienu fi tmiem is - sena finanzjarja fuq kwalunkwe forma ta’ liv tal - ġenituri, liv tal - mard fit - tul jew liv speċjali fit - tul għandhom jiġu esklużi mill - eżerċizzju; il - liv fit - tul għandu jinftiehem bħala liv ta’ mill - inqas perjodu ta’ żmien konsekuttiv ta’ tliet xhur;
  • c. il- membri tal - persunal li jkunu ġew irreklutati matul l - aħħar tliet xhur tas - sena finanzjarja ma għandhomx jitqiesu f’dan l - eżerċizzju;
  • d. il- membri tal - korp maniġ erjali fil- funzjoni maniġerjali għandhom jiġu ttrattati bħala persunal u persunal identifikat;
  • e. il- membri tal - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja ma għandhomx jiġu inklużi fil - kalkolu, sakemm ma jkunux rappreżentanti tal - impjegati;
  • f. il- membri tal - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu li huma rappreżentanti tal - impjegati għandhom jitqiesu fil - kalkolu bħala persunal u għandhom jitqiesu biss fil - kalkolu għall - persunal identifikat jekk ikun persunal identifikat abbażi tal - funzjoni li għandu bħ ala membru tal - persunal.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/