+7. Il- kwalità tad - data
---+50. L- istituzzjonijiet li qed jipparteċipaw fl - eżerċizzju ta’ benchmarking tad - differenza bejn …
---+51. L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu lista tal - membri tal - persunal kollha u …
---+52. Id- differenza bejn il - ġeneri fil - pagi għandha tiġi kkalkolata bħala d - differenza bejn ir …
---+53. Għal kull membru tal - persunal li għandu jiġi inkluż fil - kalkolu tad - differenza bejn il - …
---+54. L- istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw id - differenza bejn il - ġeneri fil - pagi għall - …
---+55. L- istituzzjonijiet li għandhom 250 membru tal - persunal jew aktar għandhom jikkalkolaw id - …
---+56. L- istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw id - differenza fil - pagi f’termini tar - …
---+57. Id-differe nza bejn il - ġeneri fil - pagi bbażata fuq ir - rimunerazzjoni grossa għandha tiġi …
---+58. L- istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mal - istruzzjonijiet li ġejjin fit - tħejjija tal - …
---+59. Iċ - ċifri kollha għandhom jiġu sottomessi bħala perċentwali b’żewġ pożizzjonijiet deċimali …

7. Il- kwalità tad - data

7. Il- kwalità tad - data

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
50. L- istituzzjonijiet li qed jipparteċipaw fl - eżerċizzju ta’ benchmarking tad - differenza bejn …

L- istituzzjonijiet li qed jipparteċipaw fl - eżerċizzju ta’ benchmarking tad - differenza bejn il - ġeneri fil - pagi għandhom jikkalkolaw id - differenza bejn il - ġeneri fil - pagi fuq bażi individwali, filwaqt li jqisu l- membri tal - persunal, inklużi l - membri tal - persunal li jaħdmu f’fergħat fl - istess Stat Membru, li huma attivi b’mod predominanti fl - Istat Membru fejn tinsab l - istituzzjoni. Il - membri tal - persunal li jinsabu b’mod predominanti f’fergħat fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz ma għandhomx jitqiesu.

51. L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu lista tal - membri tal - persunal kollha u …

L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu lista tal - membri tal - persunal kollha u jiddeterminaw liema membri tal - persunal għandhom jiġu inklużi fil - kalkolu tad - differenza bejn il - ġeneri fil - pagi, f’konformità mal - kriterji li ġejjin:

  • a. id- differenza bejn il - ġeneri f il- pagi għandha tiġi kkalkolata għall - membri tal - persunal li jkunu persunal fi tmiem is - sena finanzjarja, jiġifieri l - membri tal - persunal li jkunu telqu mill - istituzzjoni matul is - sena finanzjarja ma jiġux ikkunsidrati f’dan l - eżerċizzju;
  • b. il- membri tal -per sunal li jirċievu inqas mir - rimunerazzjoni annwali totali regolari tagħhom minħabba li kienu fi tmiem is - sena finanzjarja fuq kwalunkwe forma ta’ liv tal - ġenituri, liv tal - mard fit - tul jew liv speċjali fit - tul għandhom jiġu esklużi mill - eżerċizzju; il - liv fit - tul għandu jinftiehem bħala liv ta’ mill - inqas perjodu ta’ żmien konsekuttiv ta’ tliet xhur;
  • c. il- membri tal - persunal li jkunu ġew irreklutati matul l - aħħar tliet xhur tas - sena finanzjarja ma għandhomx jitqiesu f’dan l - eżerċizzju;
  • d. il- membri tal - korp maniġ erjali fil- funzjoni maniġerjali għandhom jiġu ttrattati bħala persunal u persunal identifikat;
  • e. il- membri tal - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja ma għandhomx jiġu inklużi fil - kalkolu, sakemm ma jkunux rappreżentanti tal - impjegati;
  • f. il- membri tal - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu li huma rappreżentanti tal - impjegati għandhom jitqiesu fil - kalkolu bħala persunal u għandhom jitqiesu biss fil - kalkolu għall - persunal identifikat jekk ikun persunal identifikat abbażi tal - funzjoni li għandu bħ ala membru tal - persunal.
52. Id- differenza bejn il - ġeneri fil - pagi għandha tiġi kkalkolata bħala d - differenza bejn ir …

Id- differenza bejn il - ġeneri fil - pagi għandha tiġi kkalkolata bħala d - differenza bejn ir - rimunerazzjoni medja tal - irġiel u tan - nisa espressa bħala perċentwal tar - rimunerazzjoni medja tal - irġiel. L - istituzzjonijiet għandhom jużaw għ all- kalkolu r - rimunerazzjoni grossa annwali tal - persunal EBA Public

fuq bażi ekwivalenti għal full - time. F’konformità mal - Linji Gwida tal - EBA dwar politiki ta’ rimunerazzjoni tajbin skont id - Direttiva 2013/36/UE, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw ir - rimunerazzjoni totali mogħtija kif ukoll, fuq bażi tal - aħjar sforz, l - arranġamenti tal - ħin tax - xogħol, il- perjodi ta’ liv annwali u benefiċċji finanzjarji u mhux finanzjarji oħrajn meta jikkalkolaw id - differenza bejn il - ġeneri fil - pagi, filwaqt li jqisu d - dispożizzjonijiet tal - paragrafu li ġej.

53. Għal kull membru tal - persunal li għandu jiġi inkluż fil - kalkolu tad - differenza bejn il - …

Għal kull membru tal - persunal li għandu jiġi inkluż fil - kalkolu tad - differenza bejn il - ġeneri fil -pagi f’konformità mal -paragrafu 51, l - istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu r - rimunerazzjoni grossa annwali totali tagħhom bħala s - somma tar - rimunerazzjoni fissa u varjabbli, filwaqt li jikkunsidraw dan li ġej:

  • a. Il- benefiċċji mhux monetarji (eż. karozza tal - kumpanija, self mingħajr imgħax, kindergarten tal - kumpaniji bla ħlas eċċ.) għandhom jitqiesu fl - ekwivalenti monetarji intaxxati tagħhom.
  • b. Il- pagamenti regolari fis - sistema tal - pensjonijiet u fl - assigurazzjoni tas - saħħa għall - persunal kollu ma għandhomx jiġu kkunsidrati. Għandhom jiġu kkunsidrati l - benefiċċji diskrezzjonarji tal - pensjoni.
  • c. Għandha tintuża r - rimunerazzjoni varjabbli sħiħa mogħtija għall - perjodi ta’ prestazzjoni kollha li jkunu ntemmu matul is - sena finanzjarja li fuqha jkun ibbażat il - kalkolu, anki jekk ikunu jikkonċernaw perjodi ta’ prestazzjoni itwal minn sena. Dan għandu jinkludi rimunerazzjoni varjabbli bbażata fuq perjodi ta’ prestazzjoni pluriennali mhux rotanti kif speċifikat fil -paragrafu 46.
  • d. Ir- rimunerazzjoni varjabbli garantita (bonus ta’ awtentikazzjoni) u l - pagamenti ta’ terminazzjoni tal - impjieg (pereżempju, meta l - kuntratt tal - persunal ikun għadu ma ntemmx fi tmiem is - sena finanzjarja) ma għandhomx jitqiesu fil - kalkolu.
  • e. Għall - membri tal - persunal li kienu qed jaħdmu fuq bażi part - time, inkluż għal partijiet tas - sena finanzjarja, jew li ma kinux impjegati għas - sena finanzjarja sħiħa jew li kienu fuq forom oħrajn ta’ liv matul partijiet tas - sena (pereżempju, liv bla ħlas jew liv tal - ġenituri), l - ammont annwali sħiħ ta’ rimunerazzjoni varjabbli u fissa għandu jiġi stabbilit fuq bażi tal - aħjar sforz li l - membri tal - persunal kienu jirċievu kieku tħallsu għas - sena finanzjarja kollha fuq bażi full - time. L - istituzzjonijiet jistgħu jikkalkolaw l - ammonti billi jestrapolaw ir - rimunerazzjoni, pereżempju, mogħtija għal impjieg part - time, għar - rimunerazzjoni grossa annwali totali fuq bażi annwali full - time (pereżempju, ir - rimunerazzjoni tal - persunal li jaħdem fuq kuntratt part - time ta’ 50 % tiġi mmultiplikata b’fattur ta’ 2 biex wieħed jasal għar - rimunerazzjoni annwali full - time).
54. L- istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw id - differenza bejn il - ġeneri fil - pagi għall - …

L- istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw id - differenza bejn il - ġeneri fil - pagi għall - persunal kollu (inkluż il - persunal identifikat, identifikat fuq bażi individwali) u separatament għall - persunal identifikat tagħhom. L - istituzzjonijiet għandhom, f’konformità mal - liġi nazzjonali u mal - GDPR, jagħmlu kull sforz raġonevoli biex jiddeterminaw il- ġeneru tal - persunal tagħhom. L - istituzzjonijiet jistgħu jħallu barra membri tal - persunal li l - ġeneru tagħhom ma jistax jiġi aċċertat.

55. L- istituzzjonijiet li għandhom 250 membru tal - persunal jew aktar għandhom jikkalkolaw id - …

L- istituzzjonijiet li għandhom 250 membru tal - persunal jew aktar għandhom jikkalkolaw id - differenza bejn il - ġeneri fil - pagi għal kull kwartil tar - rimunerazzjoni totali tagħhom u b’kollox. L - EBA Public

istituzzjonijiet b’inqas minn 250 membru tal - persunal għandhom jissottomettu biss id - data dwar id- differenza bejn il - ġeneri fil - pagi abbażi taċ - ċifri totali għall - persunal kollu. L - istituzzjonijiet li għandhom 250 membru tal - persunal identifikat jew aktar għandhom jikkalkolaw id - differenza bejn il- ġeneri fil - pagi għal kull kwartil tar - rimunerazzjoni totali tagħhom u b’kollox. L - istituzzjonijiet b’inqas minn 250 membru tal - persunal identifikat għandhom jissottomettu biss id - data dwar id-differenza bejn il - ġeneri fil - pagi abbażi taċ - ċifri totali għall - persunal identifikat.

56. L- istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw id - differenza fil - pagi f’termini tar - …

L- istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw id - differenza fil - pagi f’termini tar - rappreżentanza ta’ kull ġeneru bħala perċentwal tal - persunal maskili u femminili abbażi tal - għadd tal - persunal kollu u tal - persunal identifikat kollu, rispettivament. Fejn applikabbli skont il -paragrafu 55, għal kull kwartil – fejn il- perċentwali tar - rappreżentanza tal - irġiel u tan - nisa flimkien għandhom jirriżultaw, fejn applikabbli, f’100 00 % għal kull kwartil ikkalkolat u għaċ - ċifri totali għall - persunal kollu u għall - persunal identifikat.

57. Id-differe nza bejn il - ġeneri fil - pagi bbażata fuq ir - rimunerazzjoni grossa għandha tiġi …

Id-differe nza bejn il - ġeneri fil - pagi bbażata fuq ir - rimunerazzjoni grossa għandha tiġi espressa bħala d - differenza bejn il - livelli ta’ rimunerazzjoni tal - persunal maskili u femminili, bħala:

  • a. id- differenza bejn ir - rimunerazzjoni medja tal - irġiel u r - rimunerazzjoni medja tan - nisa, espressa bħala perċentwal tar - rimunerazzjoni medja tal - irġiel; u
  • b. id- differenza bejn ir - rimunerazzjoni medjana tal - irġiel u r - rimunerazzjoni medjana tan - nisa, espressa bħala perċentwal tar - rimunerazzjoni medjana tal - irġiel.5

5 Differenza bejn il - ġeneri fil - pagi f’perċentwali = (rimunerazzjoni medja tal - irġiel – rimunerazzjoni medja tan - nisa) *100 / rimunerazzjoni medja tal - irġiel

58. L- istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mal - istruzzjonijiet li ġejjin fit - tħejjija tal - …

L- istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mal - istruzzjonijiet li ġejjin fit - tħejjija tal - kalkolu:

  • a. Ir- rimunerazzjoni tal - membri tal - persunal (irrispettivament mill - ġeneru tagħhom) għandha tiġi adattata skont l - ammont, li jibda bl - inqas ammont. Kull ammont ta’ rimunerazzjoni għal membru tal - persunal għandu jiġi allokat għall - ġeneru maskili jew femminili u għandu jiġi rreġistrat jekk il - membru tal - persunal huwiex persunal identifikat jew le.
  • b. Il- membri tal - persunal ta’ ġeneru differenti mill - ġeneru maskili jew femminili għandhom jiġu allokati għall - ġeneru li jidentifikaw ruħhom miegħu jew, jekk dan ma jkunx magħruf jew jekk ikun differenti mill - ġeneru maskili jew femminili, dawn il - membri tal - persunal għandhom jiġu allokati għall - ġeneru maskili jew femminili li b’kollox għandu l - inqas għadd ta’ membri tal - persunal.
  • c. Il- lista stabbilita tal - persunal għandha, fejn applikabbli taħt il -paragrafu 55, tiġi sseparata fi kwartili.
  • d. Il- medjan u l - medja tar - rimunerazzjoni għall - membri tal - persunal irġiel u nisa kollha, u separatament għall - membri tal - persunal irġiel u nisa identifikati, għandhom jiġu kkalkolati b’mod totali u, fejn applikabbli taħt il -paragrafu 55, għal kull kwartil.
59. Iċ - ċifri kollha għandhom jiġu sottomessi bħala perċentwali b’żewġ pożizzjonijiet deċimali …

Iċ - ċifri kollha għandhom jiġu sottomessi bħala perċentwali b’żewġ pożizzjonijiet deċimali (eż. “17,23 %” jew “ - 17,23 %” fil - każ ta’ valur negattiv). Fejn id - differenza bejn il - ġeneri fil - pagi għal EBA Public

kategorija waħda ma tkunx tista’ tiġi kkalkolata, minħabba li jkun hemm biss membri tal - persunal nisa, il - punt tad - data fl- Anness IV għandu jiġi assenjat il - valur “M/A”, filwaqt li fejn ikun hemm biss membri tal - persunal irġiel, ir - riżultat għandu juri “100,00 %”.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/