+Titolu 3: Limitazzjoni mmirata u proporzjonata tal - aċċess għal prodotti jew servizzi
---+20. Il-politiki u l- proċeduri tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom, fejn …
---+21. Fir- rigward tar - riskji ta’ ML/TF assoċjati ma’ klijenti li huma partikolarment vulnerabbli …
|
Titolu 3: Limitazzjoni mmirata u proporzjonata tal - aċċess għal prodotti jew servizzi
Titolu 3: Limitazzjoni mmirata u proporzjonata tal - aċċess għal prodotti jew servizzi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
20. Il-politiki u l- proċeduri tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom, fejn …
|
Il-politiki u l- proċeduri tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom, fejn permess mil - liġi nazzjonali, jinkludu għażliet u kriterji dwar l - aġġustament tal- karatteristiċi ta’ prodotti jew servizzi offruti lil klijent partikolari fuq bażi individwali u sensittiva għar - riskju. Dawn għandhom jinkludu l- għażliet li ġejjin: - a. joffru kontijiet ta’ pagament b’karatteristiċi bażiċi, fejn istituzzjoni ta’ kreditu tk un obbligata toffri tali kontijiet skont it - traspożizzjoni nazzjonali tad - Direttiva 2014/92/UE; jew
- b. jimponu restrizzjonijiet immirati fuq prodotti u servizzi finanzjarji, bħall - ammont, it -tip jew l- għadd ta’ trasferimenti jew l - ammont ta’ tranżazzjonijiet lejn u minn pajjiżi terzi, b’mod partikolari fejn dawn il - pajjiżi terzi jkunu assoċjati ma’ riskju ogħla ta’ ML/TF, fejn permess skont il - liġi nazzjonali.
|
|
21. Fir- rigward tar - riskji ta’ ML/TF assoċjati ma’ klijenti li huma partikolarment vulnerabbli …
|
Fir- rigward tar - riskji ta’ ML/TF assoċjati ma’ klijenti li huma partikolarment vulnerabbli, bħal dawk il- persuni msemmija fil - paragrafu 19, l- istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom jiżguraw li l -kontrolli u l- proċeduri tagħhom jispeċifikaw li l - limitazzjonijiet possibbli tal -prodotti u s - servizzi stabbiliti fil - paragrafu 20 (b) jiġu applikati filwaqt li titqies is - sitwazzjoni personali tal- individwi, ir - riskji ta’ ML/TF assoċjati magħhom u l - ħtiġijiet bażiċi finanzjarji tagħhom. F’dawk il- każijiet, il - proċeduri għandhom jinkludu l - valutazzjoni tal - għażliet li ġejjin biex pote nzjalment jiġu mmitigati r - riskji assoċjati: - a. l- ebda forniment ta’ faċilitajiet ta’ kreditu jew ta’ overdraft;
- b. limiti ta’ fatturat fix - xahar (sakemm ir - raġunament għal fatturat akbar jew mhux limitat ma jkunx jista’ jiġi spjegat u ġġustifikat);
- c. limiti fuq l- ammont, it -tip u/jew l- għadd ta’ trasferimenti (trasferimenti ulterjuri jew akbar huma possibbli fuq bażi ta’ każ b’każ);
- d. limiti fuq l - ammont ta’ tranżazzjonijiet lil u minn pajjiżi terzi (filwaqt li jitqies l - effett kumulattiv ta’ tranżazzjonijiet iżgħar frekwenti f’perjodu stabbilit ta’ żmien), b’mod partikolari meta dawn il - pajjiżi terzi jkunu assoċjati ma’ riskju ogħla ta’ ML/TF;
- e. limiti fuq id - daqs tad - depożiti;
- f. limiti fuq il - pagamenti ta’ partijiet terzi għal dawk magħmula mill - awtorità li tagħti l - a ppoġġ lil dawn il - klijenti;
- g. limiti fuq pagamenti riċevuti minn partijiet terzi li l - istituzzjoni ma tkunx ivverifikat; u
- h. il- projbizzjoni ta’ ġbid ta’ flus kontanti minn pajjiżi terzi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|